Tista' il-Ministru tikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li jinbnew garaxxijiet fil-housing estate ta' l-Imġarr (Malta)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' bini ta' l-Awtorita' tad-Djar fi Triq Ħarruba, Triq il-Karamelli u Triq l-Amaroz, l-Imġarr, Malta jikkonsisti f'65 unit u 122 garaxx.
Qasam Industrijal ta' Ħ'Attard — Xogħlijiet ġewwa fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru f'fabbrika fl-industrial estate ta' Ħ'Attard li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inkluż il-bini ta' tliett iċmieni ġodda, hux kopert bil-permessi meħtieġa, għax din il-fabbrika qegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-fabbrika msemmija huma koperti bil-permess PA1964/02. Iċ-ċmieni li għalihom saret referenza huma imwaħħlin fuq faċċata interna ġo l-area industrijali u għalhekk ma kellhomx bżonn permess ta' żvilupp.
B'riferenza għar-rispsta ta' mistoqsija parlamentari 16150, jista' il-Ministru jispjega kif kien hawn parkeġġ meta f'din l-area ma stajtx tipparkja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bankini kienu jintużaw għall-parkeġġ fuq iż-żewġ naħat matul il-Ħdud. F'dan is-sens, illum, il-parkeġġ huwa limitat għal fuq naħa waħda tat-triq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16148 u jgħid jekk jikkonsidrax li f'każ ta' każini jkun hemm possibbilta' li jitwaħħlu żewġ meters ta' l-elettriku, wieħed għal bar (b'rata kummerċjali) u ieħor għal bqija tal-każin (b'rata ordinarja) minħabba li x-xogħol volontarju li jsir fil-każini ma jistax jitqies bħala wieħed kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, peress li r-rati huma l-istess, mhix il-prattika tal-Korporazzjoni li tissepara l-meters tal-konsum tal-'bar' u tal-każin. Pero' t-talba tal-Onor. Interpellant qed tkun kunsidrata.
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-ditta li ġiet assenjata s-servizz ta' construction management għal bini ta' triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz f'Għawdex permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea hija Innovative Architectural Structures Ltd għal valur ta' Lm49,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-metru kwadru l-irħam li ġie mportat direttament miċ-Ċina (CIF)? Kif intgħażel dan l-irħam? Ikun fih ħsarat sa ma jitwassal Malta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-prezzijiet CIF li bihom inxtara l-granit miċ-Ċina mit-Taqsima tax-Xogħlijiet huma dawn :-
Granit bajdani b’bush hammered finish f’daqs ta’
400mm x 400mm x 25mm $ 15.63 kull metru kwadru
Granit griż b’bush hammered finish f’daqs ta’
400mm x 200mm x 200mm $ 18.75 kull metru kwadru
L-isem tad-ditta sabiex instab supplier ta’ reputazzjoni tajba fiċ-Ċina ġie pprovdut mill-Ambaxxata Ċiniża f’Malta. Mill-pellets li nfetħu sa llum ma nstabet l-ebda ħsara.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16077 u jgħid kemm ġie jiswa flus il-polishsing plant għall-ilma f'Għawdex? X'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582, 15797, 15939 u 16070 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispiega aħjar x'jifhem b' ''Distribution Losses'' ta' l-elettriku peres li jidher li hemm interpretazzjoni differenti mogħtija għalihom.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chief executive tal-Water Services Corporattion li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kopja tal-Kuntratt tas-CEO tal-WSC dija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 30942 (Seduta 680) fil- 21 ta' Jannar 2002.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cameras li twaħħlu fl-uffiċċji tar-reġjuni tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tan-north u tas-central? Kemm ġew jiswew dawn il-cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management fuq it-triq ta' Ħal Far? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għas-servizz ta' construction management tax-xogħlijiet li ser isiru fit-triq ta' Ħal Far għadu ma ġiex aġġudikat. Din l-aġġudikazzjoni mistennija ssir fil-ġimgħat li ġejjin u sadanittant bdew xi xogħlijiet inizzjali fl-istess triq. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu mħarsa minn uffiċjali tal-Awtorita dwar it-Trasport sakemm din l-aġġudikazzjoni tiġi konkluża. L-allokazzjoni finanzjarja għas-servizz in kwistjoni huwa ta' ħamsin elf lira Maltin (Lm50,000).
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Is-sejħa għall-offerti għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz ta' fondi strutturali saret mill-Ministeru ta' Għawdex.
Għalhekk nitlob lill-Onoroveli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li f'każ ta' każini jkun hemm possibbilta' li jitwaħħlu żewġ meters ta' l-elettriku, wieħed għal bar (b'rata kummerċjali) u ieħor għal bqija tal-każin (b'rata ordinarja) minħabba li x-xogħol volontarju li jsir fil-każini ma jistax jitqies bħala wieħed kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-pass mark għall-eżamijiet ta' l-ewwel sena fil-fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili ta' l-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pass mark għall-eżamijiet tal-ewwel sena tal-istudenti tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili hi ta' 45, kif inhi f'kull Fakulta' oħra fl-Universita'
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ li sar mal-ġenb ta' Triq Glormu Cassar, l/o Belt Valletta in-naħa tal-baħar, hux kopert bil-permessi tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li billi l-parkeġġ kien diġa jeżisti dan mhux ikkonsidrat bħala żvilupp.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-makkinarju li ntqal li nxtara dan l-aħħar għas-somma ta' Lm250,000, inkluż il-prezz ta' kull item separatament? Dan il-makkinarju nxtara ġdid? Mingħand min inxtara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15623 u 15877 u jgħid x'kien id-dħul totali tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dħul minn Provisional Capital Gains Tax jew Final Withholding Tax minn bejgħ ta’ proprjeta’ f’dawn l-aħħar ħames snin, inkluż minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena hu kif ġej:
Sena
Provisional Capital Gains Tax
Lm
Final Withholding Tax
Lm
2000
8,025,028
2001
9,219,939
2002
15,599,218
2003
15,211,167
2004
19,604,241
2,320,067
2005
16,489,869
1,495,928
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15627 u 15886 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Sena
Sisa
Lm
Dazju
Lm
VAT
Lm
2000
23,669,323
6,858
281,450
2001
26,337,537
45,910
270,699
2002
25,127,771
51,852
296,470
2003
23,983,546
74,669
320,851
2004
24,170,014
104,834
145,105
2005(sa llum)
22,059,059
83,303
229,489
Il-VAT fuq fuel tal-Korporazzjoni Enemalta ma tinġabarx meta l-fuel jiġi impurtat iżda wara li l-prodott jinbieġħ mill-Enemalta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582, 15797 u 15939 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.