Legislature:
Category:
Reset
Active:

Care workers ma' Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuni li jixtiequ jaħdmu bħala care workers ma' persuni b'diżabilita' għandhomx bżonn jagħmlu xi kors partikolari? Jeżistu bħalissa vacancies għal care workers fiċ-ċentru taħriġ f'Santa Venera? L-ingaġġ ta' care workers isir permezz ta' sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li biex persuna taħdem bħala care/support worker ma persuni b’diżabilita’ tkun meħtieġa li jkollha ta’ l-anqas livell ordinarju ta’ edukazzjoni fil-Malti u l-Ingliż. Iżda fil-proċess tal-għażla tingħata konsiderazzjoni jekk persuna tkun għamlet il-kors ta’ careworker ma’ persuni b’diżabilita’, immexxi mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Ninsab infurmata wkoll li bħalissa m’hemmx vakanzi ta’ care/support workers fiċ-Ċentru indikat mill-Onor. Interpellant. Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali timla vakanzi f’dawn iċ-Ċentri permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Tas-Swatar HE

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16891, jista' il-Ministru jivverifika l-kundizzjoni ta' Triq Guttenberg, is-Swatar, l/o Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Taxxi Interni — Refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jieħu l-income tax refund dovuta lilu għas-sena 1998 peress li issa ilha pendenti ħafna snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Voting documents

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex il-voting documents għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Marzu 2006 jitqassmu permezz tal-posta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ispiża sabiex il-voting documents għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu 2006 jitqassmu bil-posta reġistrata hija ta’ Lm71,209.25

Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jara li dik il-parti tat-triq arterjali bejn ir-roundabout fit-triq tar-Rabat u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju ta' l-Imtarfa, li llum m'għadhiex tintuża għax it-triq ingħatat l-alignment ġdid, titkisser u terġa' issir ħamrija għax bħalissa qed toħloq eyesore kbir li tara t-tarmac fost ir-raba'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għar-rimarka li l-Onorevoli Interpellant poġġa quddiem il-kamra, hija l-intenzjoni tal-Awtorita' illi l-area ta’ asfalt imsemmija titkisser u tingħata għall-użu tar-raba. Fil-ġranet li ġejjin ser ikun hemm diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet fuq min ser jokkupa din ir-raba.

ADT — Speed cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex responsabbli għall-ispeed cameras fil-bypass ta' l-Imrieħel u ta' Srina Road, Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, kemm inħarġu ċitazzjonijiet s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta hija responsabbli sabiex tapprova applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali u tawtorizza għall-installazzjoni u manutenzjoni ta’ speed cameras kemm mobbli kif ukoll fissi. Kull Kunsill Lokali awtorizzat huwa responsabbli sabiex iżomm rendikont dettaljat taċ-ċitazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu relatati ma’ veloċità eċċessiva fis-sewqan. Jien infurmat ukoll li minn meta ġew installati l-ispeed cameras fil-By Pass ta’ l-Imrieħel mill-1 ta’ Settembru 2005, inħarġu total ta’ 1,952 ċitazzjoni, filwaqt li mill-11 ta’ Jannar, 2005, minn Triq ta’ Srina, Haż-Żebbug, inħarġu 234 ċitazzjoni.

Senior Enforcement Officer

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16744 u jagħti r-raġuni għala l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġie sospiż mix-xogħol tiegħu ta' senior enforcement officer fl-ADT u ilu ma jidħol għax-xogħol għal aktar minn sentejn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ġie sospiż mix-xogħol tiegħu minħabba każ ta' diskrimazzjoni lejn membri tat-team tiegħu u insubordinazzjoni.

Distribution Losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16563 u 16720 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Parkeġġ fil-Belt

Question

B'riferenza għas-sistema ta' traffic management fil-Belt u l-Furjana, jista' il-Ministru jikkonsidra l-użu b'mod aktar regolat tal-foss madwar il-Belt għall-parkeġġ tal-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Gvern qed jevalwa l-organizzazzjoni aħjar tal-parkeġġ fil-foss bejn il-Belt u l-Floriana u jikkumbina dan mal-bżonn ta' trasport vertikali bejn il-Port il-Kbir u ċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-intenzjonijiet tal-Gvern tħabbru fid-Dokument Konsultattiv, "Valletta u Floriana: Strateġija biex tiżdied l-aċċessibilta'" li kopja tiegħu qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Diviżjoni tax-xogħlijiet — Direttur ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ġiex maħtur it-tieni direttur ġenerali tad-diviżjoni tax-xogħlijiet? Jekk fl-affermattiv, kif ġie maqsum ix-xogħol bejn iż-żewġ diretturi ġenerali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nikkonferma li fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ġie maħtur Direttur Ġenerali ġdid għat-Taqsima tas-Servizzi. Id-Direttur Ġenerali għat-Taqsima tax-Xogħlijiet ser jibqa’ responsabbli għad-Dipartimenti tal-Bini u l-Inġinerija, tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u d-Dipartiment ta’ Immaniġjar Finanzjarju. Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tas-Servizzi huwa responsabbli għad-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa u d-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.

Tas-Swatar H.E.

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala filwaqt li t-toroq kollha madwar il-housing estate tas-Swatar, Msida ngħataw wiċċ tat-tarmac, dan ma sarx fl-estate? Hemm xi ħsieb li dawn it-toroq jingħataw wiċċ diċenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghati l-ismijiet ta’ dawn it-toroq sabiex tkun tista’ ssir spezzjoni fuq is-site.

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16563 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bus terminus għall-Universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bus terminus propost għall-universita' hux kopert bil-permessi tal-MEPA? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess? Jekk fin-negattiv, jista' jindika fuq site plan is-sit propost għal bus terminus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-bus terminus propost għall-universita għadhu mhux kopert minn permess tal-MEPA iżda l-Awtoritsa' dwar it-Trasport tefgħet applikazzjoni mall-MEPA għal ħruġ ta’ dan il-permess. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-applikazzjoni tal-MEPA kif ukoll site plan tas-sit propost għal biex isir bus terminus .

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' il-Ministru jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jingħataw l-għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, maqsuma skond il-lokalita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Polishing plant għall-ilma f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16077 u jgħid kemm ġie jiswa flus il-polishsing plant għall-ilma f'Għawdex? X'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-polishing plant t'Għawdex tikkonsisti fi 3 trains, tnejn li jipproduċu 1600m3 kuljum u waħda iżgħar li tipproduċi 800m3 kuljum. Il-polishing plant ġie jiswa Lm415 000.

WSC — Cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cameras li twaħħlu fl-uffiċċji tar-reġjuni tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tan-north u tas-central? Kemm ġew jiswew dawn il-cameras?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma għandha żewġ "security cameras" installati ġewwa l-uffiċini tas-Central Region. Dawn il-"cameras' kienu swew Lm212.40. Il-Korporazzjoni ma għandha l-ebda camera installata ġewwa l-uffiċini tan-North Region u tas-South Region.