Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema tas-sewqan tal-karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-għalliema tas-sewqan tal-karozzi jagħtu lezzjonijiet ta' sewqan fit-triq bil-lejl?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-għalliema tas-sewqan tal-karozzi jistgħu jagħtu lezzjonijiet ta’ sewqan fit-triq bil-lejl.

Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15627 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ADT — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17344 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha impjegati full-time jew b'kuntratt ma' l-ADT inkluż l-isem u l-karigi, il-lokalita' tar-residenza, meta bdew l-impjieg ma' l-ADT u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport għandha 285 impjegati fil-karigi kif elenkati :- Ma nħoss li hi etika li jingħataw ismijiet jew indirizzi ta' individwi li m'humiex uffiċjali pubbliċi. L-impjegati indikati huma kollha full time.

ADT/Public Transport Association

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-public transport association dwar ftehim ġdid għas-servizz offrut mill-karozzi tal-linja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-azzjoni industrijali issejħet minħabba li skond l-Assoċjazzjoni s-sussidju għas-sena 2005 għandu jkun Lm50,000 iżjed milli qed joffri l-Gvern. Il-Gvern jinsisti s-sussidju totali dovut għall-operat tas-servizz bi skeda għas-sena 2005 għandu jkun ta' Lm1.25 miljuni kkumparat mat-talba tal-Assoċjazzjoni ta' Lm1.3 miljuni. Is-sussidju ta' Lm1.25 miljuni li qed joffri l-Gvern huwa bbażat fuq id-differenza bejn id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti (Lm 6.59 miljuni) u l-ispiża tal-operat tas-servizz (Lm 15,430 għal kull karozza tal-linja). Dan ifisser li kull xarabank ser jaqla' Lm 15,430 fis-sena 2005, kkumparat ma' Lm 13,800 għas-sena 2004, jiġifieri żieda ta' Lm 1,630 li huwa aktar minn biżżejjed biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezz tad-diesel u l-għoli tal-ħajja. Skond l-istess Assoċjazzjoni, ir-raġuni uffiċjali għal din l-azzjoni industrijali hija li l-Gvern naqas milli jonora l-ultimatum mogħti minnha stess biex iħallas il-bqija tas-sussidju ta' Lm 200,000 - jiġifieri d-differenza bejn il-Lm 1.3 miljuni mitluba mill-Assoċjazzoni u l-Lm1.1 miljuni imħallsin mill-Gvern s'issa. Raġuni oħra li ngħatat f'diversi komunikazzjoni li l-Assoċjazzjoni kellha mall-media kienet li l-Assoċjazzjoni ma kienetx qiegħda taqbel mall-proposti tal-Gvern għar-riforma tal-Trasport Pubbliku, partikolarment it-tqassim tan-network f'disa' route groups. Kif jaf kulħadd iż-żewġ problemi issa huma riżolti u l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Pubbliku reggħu bdew id-diskussjonijiet dwar ir-riforma, filwaqt li l-bilanċ ta' Lm 150,000 għas-sussidju tal-2005 tħallas nhar il-ġimgħa 3 ta' Marzu.
Leg 10 PQ #17540 Sitting 361 2006-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Grotta ta' San Pawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu dwar l-allegat dħul ta' ilma u qatran fil-passaġġ li jagħti għall-grotta ta' San Pawl fir-Rabat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-14 ta’ Frar 2006, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali spezzjonat is-sit tal-Grotta ta’ San Pawl, Rabat, wara li sar rapport dwar ħsara f’dan il-post. Waqt din l-ispezzjoni ġie innotat li saret ħsara f’xi katusi li jgħaddu minn fuq passaġġ taħt l-art li tgħaqqad il-Grotta ta’ San Pawl mal-Mużew ta’ Wignacourt. B’konsegwenza ta’ din il-ħsara, kull meta tagħmel xita qawwija qiegħed jidħol ilma u tajn ġewwa dan il-passaġġ. Jidher li din il-ħsara ġiet ikkawżata minn xogħol reċenti ta’ surfacing bl-asfalt tat-triq li tgħaddi minn fuq l-istess passaġġ. Skont informazzjoni li għandha s-Sovrintendenza, ir-responsabilta` għat-tiswija ta’ din il-ħsara hija tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qiegħda iżomm kuntatt kemm mal-Kuratur tal-Grotta ta’ San Pawl u mal-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex tassigura li t-tiswija fuq dan is-sit isir minnufih.

MEPA — Applikazzjonijiet għal xogħlijiet fi djar privati

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala saru applikazzjonijiet il-MEPA għal xogħlijiet fi djar privati bħalma huma PA177/06 u PA570/06 f'Birkirkara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant jirrigwardaw xogħlijiet strutturali taħt l-inizjattiva ta' l-Awtorita' tad-Djar tal-Care and Repair, liema xogħlijiet jinħtieġu l-permess tal-MEPA.

Xogħlijiet ta' arti mar-roundabouts

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17387, jista' il-Ministru jikkonferma jekk 'l hekk imsejħa works of art fir-roundabouts humiex koperti bil-permessi tal-MEPA u jekk fl-affermattiv, ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi relattivi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dawn il-works of art jagħmlu parti mill-landscaping tal-proġett tat-toroq tal-Prokoll Taljan V, u għalhekk jaqaw taħt xogħlijiet ta' l-istess toroq.

Impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17389 u jgħid fiex wasal il-bini ta' tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex, kull wieħed separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-impjant f'Għawdex miexi u għandu jitlesta fil-bidu tas-sena 2007. Ix-xogħol fuq l-impjant fit-Tramuntana ta' Malta ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin wara li joħroġ il-permess tal-MEPA. L-impjant mistenni jitlesta qabel nofs is-sena 2007. L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta qiegħed fl-istadju ta' disinn preliminari. Din is-sena ser jibdew l-istudji ta' impatt ambjentali.
Leg 10 PQ #17385 Sitting 359 2006-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Oqbra Puniċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li waqt xogħlijiet li saru mill-privat fil-viċinanzi taċ-ċimiterju tar-Rabat instabu xi oqbra puniċi? Jekk fl-affermattiv, m'miżuri ttieħdu mis-sovrintendenza tal-wirt kulturali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ma għandha ebda informazjoni dwar sejba ta’ xi oqbra Puniċi fil-viċinanzi taċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita, fir-Rabat.

Bini ta' Monumenti fir-roundabouts

Question

B'riferenza għall-monumenti li nbew fir-roundabouts tal-junction tat-toroq tal-protokoll Taljan, jista' il-Ministru jgħid min kien l-iskultur, kemm ġie jiswa l-monument u n-numru tal-permess tal-MEPA ta' kull monument, kull wieħed separtament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-works of art (u mhux monumenti), li tpoġġew fil-junctions tat-toroq tal-protokoll Taljan jagħmlu parti mill-landscaping scheme tal-proġett fit-totalita tiegħu. L-artisti huma : Agius Marble Works; Paul Vella Critien; Charles Sammut; Mario Galea; Angelo Agius u Gabriel Caruana. Ix-xogħlijiet swew Lm1200 kull waħda, minbarra dik tal-Mtarfa junctions li swiet Lm1700.

ADT — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-konsulenti kollha impjegati mad-diversi direttorati ta' l-ADT flimkien mal-ħlas dovut lilhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Tas-Swatar HE

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17200 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16891, jista' jivverifika l-kundizzjoni ta' Triq Guttenberg, is-Swatar, l/o Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saret spezzjoni fuq is-sit, jirriżulta li din it-triq għandha wiċċ ta' l-asphalt.

Diskussjonijiet bejn l-ADT u l-PTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-assoċjazzjoni tal-karozzi tal-linja (PTA), liema diskussjonijiet suppost li ġew finalizzati xhur ilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li t-taħtidiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Pubbliku għadhom għaddejjin. Inħoss li għadu mhux il-mument li jingħataw dettalji oħra.

ADT — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha impjegati full-time jew b'kuntratt ma' l-ADT inkluż l-isem u l-karigi, il-lokalita' tar-residenza, meta bdew l-impjieg ma' l-ADT u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Ċimiterju tar-Rabat

Question

Jista' il-Ministru jara li l-ħajt ta' wara taċ-ċimiterju tar-Rabat li twaqqa' xi sena u nofs ilu jerġa' jinbena għax illum dan il-post sar miżbla u hemm ċans tajjeb li parti mill-oqbra jikkollassaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara li ngħelbu d-diffikultajiet li kien hemm sabiex jerġa' jinbena l-ħajt inkwistjoni, ix-xogħol fuq dan il-ħajt għandu jinbena fi żmien qasir.

Qatla tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk huwiex minnu li f'razzett partikolari il-majjali qegħdin jinqatlu nhar ta' Ħamis u jiddaħlu l-biċċerija nhar ta' Sibt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-majjali ma jinqatlux fl-irziezet iżda fil-biċċerija biss.

Taxxi Interni — Refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17261 u jgħid meta l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jieħu l-income tax refund dovuta lilu għas-sena 1998 peress li issa ilha pendenti ħafna snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna konċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.

"Y" Plates Vehicles

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17197 u jgħid jekk kumpanniji li jiġbdu films f'Malta ingħatawx il-faċilita' li jużaw chauffeur driven vehicles li mhumiex liċenzjati bil-"Y" plates?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport kienet irċeviet rikjesta għal permess wieħed biex karozza ta' għamla 4x4, li m'hiex reġistrata bħala "Y" plates, tiġi wżata għal dan il-għan għal matul film. Dan il-film jidher pero' li qatt ma ġie Malta b'riżultat li dan il-permess ma kienx hemm aktar bżonn tiegħu.

"Y" Plates Vehicles

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kumpanniji li jiġbdu films f'Malta ingħatawx il-faċilita' li jużaw chauffeur driven vehicles li mhumiex liċenzjati bil-"Y" plates?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.