Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul totali tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dħul minn Provisional Capital Gains Tax jew Final Withholding Tax minn bejgħ ta’ proprjeta’ f’dawn l-aħħar ħames snin, inkluż minn Jannar sa Ottubru ta’ 2005 hu kif ġej:
Sena
Provisional Capital Gains Tax
Lm
Final Withholding Tax
Lm
2000
8,025,028
2001
9,219,939
2002
15,599,218
2003
15,211,167
2004
19,604,241
2,320,067
2005 (sa Ottubru)
16,489,869
1,495,928
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15623 u jgħid x'kien id-dħul totali tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 15623 f’din l-istess seduta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-fossa li hemm fl-inħawi ta' Kennedy House, Rabat Road, Dingli li sservi għal ħames familji, mhijiex titbattal regolarment bil-konsegwenza li qiegħda tfur u tagħmel ħafna ħsara fir-raba' tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma se tinstalla "suction hose" biex tiffaċilita t-tbattil ta' din il-fossa b'mod regolari għax din l-fossa tinsab fi sqaq privat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17725, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' jinsabu dawn il-public service garages u kemm hawn vannijiet bojod reġistrati f'kull lokalita'?.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta nħarġet l-offerta għal landscaping tal-moll tal-Cottonera Waterfront? Minn min intefgħu l-offerti u x'kienu l-valuri rispettivi ta' l-offerti? Min rebaħ dan ix-xogħol u meta mistenni jitlesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Advertising Agencies
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu l-advertising agencies mqabbda mid-dipartimenti u l-aġenziji li jaqgħu taħtu, inkluż il-MEPA u l-Wasteserv, matul dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament? Liema aġenzija tħallset u għal liema xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx bżonn permess tal-MEPA għal twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess għal twaqqigħ tal-Jumbo lido, f'ta' Tas-Sliema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' twaqqigħ fil-post imsemmi kien kopert bi clearance maħruġ fit-28 ta' Awissu 2005 b'referenza DS 0089-05 għal "Dangerous Structure at Jumbo Lido, Għar id-Dud, Sliema".
Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta l-konsum ta' l-elettriku sabiex jinxtegħlu l-lampi pubbliċi fit-toroq bħala persentaġġ għall-konsum totali? Min iħallas għal dan il-konsum ta' elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jieħu l-income tax refund dovuta lilu għas-sena 1998 peress li issa ilha pendenti ħafna snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna konċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk saritx talba sabiex bitħa ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Lija/Balzan tingħata sabiex fiha jsir five-aside football pitch? Jekk fl-affermattiv, ma jidhirlux li jekk isir hekk se jitnaqqsu l-faċilitajiet ta' rikreazzjoni ta' l-istudenti ta' din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma rċeviet ebda talba mill-iskola konċernata għal xogħol kif suġġerit mill-Onor. Membru.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 17753 u tagħti lista ta' periti li għamlu u qegħdin jagħmlu xogħol għall-awtorita' tad-djar (dawn l-aħħar ħames snin) kif ukoll kemm tħallsu s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni ħalli ma jsirx aktar ipparkjar ta' karozzi fuq bankina bit-taraġ taż-żonqor li hemm fil-Belt bħal Triq Santa Luċia, peress li dawn il-vetturi qegħdin jikkawżaw ħsarat kbar?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalita’ legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali ikkonċernat.
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' periti li għamlu u qegħdin jagħmlu xogħol għall-awtorita' tad-djar (dawn l-aħħar ħames snin) kif ukoll kemm tħallsu s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u it-tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-public service garages li għandhom reġistrati vannijiet bojod, kull garage bin-numru ta' vannijiet li għandu? Kemm minn dawn il-vannijiet huma bi tmien seats?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma nħoss li hija etika li tingħata informazzjoni b'ismijiet ta' garaxxijiet privati u bin-numru ta' vetturi li għandhom kull wieħed. B'kollox hawn 56 garaxx li bejniethom għandhom 148 van li tmintax minnhom huma bi tmien seats.
Awtorita' tad-djar — Applikazzjonijiet għal xogħlijiet fi djar privati
Question
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17574, tista' il-Ministru tikkjarifika jekk l-applikazzjonijiet lill-MEPA għal xogħlijiet fi djar privati, liema applikazzjonijiet saru mill-awtorita' tad-djar humiex parti mill-inizjattiva tal-care and repair, meta normalment applikazzjonijiet bħal dawn isiru mis-sid jew l-inkwilin permezz tal-periti privati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif għidt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17574 f'Seduta Numru 361, l-applikazzjonijiet lill-MEPA mill-Awtorita tad-Djar indikati f'dik il-Mistoqsija, kienu konnessi ma' l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li fejn ikunu meħtieġa applikazzjonijiet lill-MEPA taħt din l-inizjattiva, dawn ma jsirux mis-sid jew l-inkwilin permezz ta' periti mqabbda minnhom iżda jsiru mill-Awtorita'.
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ patching bil-cold asphalt isir bħala soluzzjoni t'emergenza, imma temporanja sabiex jitneħħa l-periklu li jista' jkun kkawżat minn xi ħofor li jkunu ffurmaw f’toroq li kienu mibnija skond l-ebda norma ta’ kostruzzjoni fl-imgħoddi, u li issa qed iċiedu ma’ kull xita li tagħmel.
Dan iżda ma jiġġustifikax xogħol li ma jsirx skond is-sengħa u għal daqstant jittieħdu passi jekk ikun hemm rapporti li xi xogħol ma jkunx qed isir kif xieraq.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17576, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA li jindikaw il-works of art bħala parti mill-proġett ta' landscaping limited, proġett tat-toroq tal-Ħames Protokoll Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17576.