Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vannijiet bojod

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-vannijiet il-bojod tal-public service garage li jiġu b'14-il seat mill-fabbrika qegħdin jingħataw liċenzja għal għaxar seats biss meta proprju ftit tal-ġimgħat ilu fil-Parlament ġiet mgħoddija liġi li tipprojbixxi bdil fil-vetturi meta jiġu importati f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta fl-1998 kien iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u r-Rent-A-Car-Association (RACA) li permezz tiegħu kienet intlaqgħet it-talba ta' l-istess Assoċjazzjoni biex is-seating capacity tal-vannijiet il-bojod titla' minn seba' passiġġieri għal għaxra. Peress li jidher li fis-suq ma kienx hemm vetturi b'seating capacity ta' għaxra kien hemm qbil li jintużaw vetturi akbar iżda jitnaqqas in-numru ta' sedili biex jinżel għal għaxra u dak l-ispazju li jibqa' jista' jintuża għall-valiġġja. Dik il-parti trid tingħalaq permezz ta' xibka tal-metall biex ikun żgurat li ma jsirux abbużi kif ukoll għas-sigurtà tal-passiġġieri. Jien infurmat ukoll li t-tibdil fil-liġi li għalih qed jirriferi l-Onor Interpellant hu b'riferenza għal vetturi li jkunu ħarġu mill-fabbrika bħala vetturi tal-passiġġieri, u wara li jsirilhom tibdil barra, jiġu impurtati bħala vetturi kummerċjali biex b'hekk tonqos it-taxxa tar-reġistrazzjoni fuqhom. Wara li jaslu Malta dawn il-vetturi kienet terġa' ssirilhom alterazzjoni biex jerġgħu jintużaw għall-passiġġieri. It-tnaqqis tas-seating capacity fil-vetturi li jintużaw bħala vannijiet bojod m'għandu x'jaqsam xejn mat-tibdil fil-liġi li semma l-Onor Interpellant.

Public Service Garages — Vannijiet Bojod

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17725, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' jinsabu dawn il-public service garages u kemm hawn vannijiet bojod reġistrati f'kull lokalita'?.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Vannijiet bojod

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jinvolvi l-qlib ta' van abjad minn tmien seater għal għaxar seater min-naħa ta' l-ADT, kemm għax-xufier kif ukoll għall-vettura? X'inhuma l-ispejjeż sabiex isir dan l-upgrading?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li biex van abjad tmien seater taqilbu għal għaxar seater, wieħed ikollu jżid: - tliet seats - seat belts fuq kull seat - sinjali ta’ No Smoking - fire extinguisher - first aid kit - security traingle - security hammer - sinjal ta’ kemm jgħabbi passiġġieri. - barrier tal-metall fejn japplika L-ispiża biex isir dan kollu hu kkalkolat li tiġi tiswa' madwar Lm170. Biex wieħed isuq van ta’ tmien seats ikollu bżonn liċenzja tal-kategorija ‘B’, filwaqt li biex isuq van ta’ għaxar seats, ikollu bżonn liċenzja tal-kategorija ‘D’. Biex persuna takkwista liċenzja tal-kategorija ‘D’, trid tagħmel dawn il-ħlasijiet: - applikazzjoni għat-test Lm10 - test tat-teorija Lm13 - test prattiku Lm20 - il-liċenza personali (card) Lm7.50 - tagta’ identifikazzjoni ġdida Lm2.75 Li jfisser total ta’ Lm53.25 li jitħallsu kollha lill-Awtorità dwar it-Trasport.

Speed limit fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-ispeed limit fit-toroq arterjali jvarja (70 km/hr fi Triq ta' Srina, Ħaż-Żebbuġ u 80km/hr fl-Imrieħel Bypass) meta l-highway code ma tagħmilx din id-distinzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ispeed limit tat-toroq ġo Malta jiddependi mid-disinn tat-triq u l-visibility lines u mill-analiżi ta' dawn il-fatturi jiġi determinat l-ispeed limit tat-triq.

Tas-Sliema — Chalet

Question

Jikkonferma l-Ministru li se jsir twaqqiegħ ta' l-istruttura magħrufa bħala Chalet f'Tas-Sliema? Minn min se jsir dan ix-xogħol? Hemm bżonn permess tal-MEPA minħabba li din l-istruttura għandha valur storiku? X'se jsir minflok din l-istruttura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-istruttura tax-Chalet ser tkun qed titneħħa fil-ġranet li ġejjin mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Dan ix-xogħol huwa kopert bi clearance minn naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) taħt il-provvediment ta' l-AL258/02 minħabba li ġie iċċertifikat li l-istruttura qiegħeda fil-periklu li taqa'. Għalhekk ġie mogħti permess lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet sabiex iħottu dan il-bini u jitneħħa l-periklu. Il-permess li ngħata huwa biss biex jitwaqqa’ dan il-bini, u ma jsir xejn minnfloku.

Belt/Floriana — Immaniġjar tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-introduzzjoni ta' skema għall-immaniġjar tat-traffiku fil-Belt u l-Floriana?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant qiegħed probabbilment jirreferi għall-implimentazzjoni tal-ħsibijiet li ppubblika l-Gvern fid-Dokument Konsultattiv “Strateġija għall-Aċċessibilità fil-Belt Valletta u l-Floriana.” Il-Gvern ikkunsidra reazzjonijiet mill-pubbliku u minn organizzazzjonijiet differenti, inkluża l-Oppożizzjoni, għall-ħsibijiet li ppubblika f’dan id-dokument. Minn dak in-nhar ‘l hawn l-Awtorita' dwar it-Trasport identifikat kuntrattur għall-operat tas-sit tal-Park and Ride fil-Blata l-Bajda. Dan il-proċess iżda jinsab imwaqqaf minn appelli minn żewġ ażjendi oħra li qed jikkontestaw il-proċess ta’ l-għażla. Hu mistenni li dawn l-appelli jkunu deċiżi fi żmien qasir minn Arbitru taċ-Ċentru ta’ l-Artbitraġġ. L-ADT għaddejja wkoll mill-proċessi t’għażla ta’ fornitur ta’ servizz ta’ minicabs elettriċi fil-Belt Valletta u ta’ fornitur ta’ servizz t’aċċess ikkontrollat ta’ vetturi. Il-Ministeru tiegħi ukoll għadu kemm issottometta applikazzjoni lill-MEPA għall-outline development permit għall-iżvilupp ta’ trasport vertikali b’funikular u elevators imqiegħda f’punti strateġiċi fil-fosos ta’ San Ġwann u San Ġakbu biex itejbu l-aċċessibilità taċ-ċentru tal-Belt Valletta mal-Port il-Kbir. Kif intemm il-proċess tal-permess, l-ADT ser toħroġ stedina pubblika għall-offerti għal dan il-proġett ukoll. Intant ninsab infurmat ukoll li l-Awtorità Marittima bdiet il-proċess t’offerti għal servizz bil-laneċ fil-portijiet minn u lejn il-Belt Valletta. Il-programm ta’ introduzzjoni ta’ żona pedonali akbar fiċ-ċentru tal-Belt qed jiġi implimentat gradwalment u ninsab infurmat li diġà bdew jiddaħħlu miżuri ta’ restrizzjoni fi Triq id-Dejqa, Triq ir-Repubblika u Triq Melita. L-introduzzjoni taż-żona pedonali għandha tkun kompluta sa Settembru 2006. Il-Gvern ser jaġġorna lill-pubbliku bil-konklużjonijiet tiegħu wara l-konsultazzjoni mal-pubbliku dwar id-Dokument Konsultattiv fil-ġimgħat li ġejjin.”

Minibuses — Seat belts

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk hux minnu li l-minibuses se jiġu mġiegħla jistallaw is-seat beltgħal kull seat li jkollhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li mhux minnu li l-minibuses, li m'għandhomx diġa s-seat belts, se jiġu mġiegħla jistallaw is-seat belt. Anzi l-parir li jingħata dejjem hu dak li fejn vetturi jkunu nħarġu mingħajr seat bealts m'għandhomx jitwaħħlu seat belts fihom. Tajjeb iżda li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ftehim li kien sar mall-koperattiva tal-minibuses fl-1998 u permezz ta’ tibdil li kien sar fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur fl-1999, kull minibus li tintuża għall-ġarr ta’ passiġġieri b’kumpens jew ħlas u li nbniet wara l-1995 trid tkun mgħammra bis-seat belts. Fil-fatt, il-minibuses ġodda kollha li daħlu fis-servizz f’pajjiżna wara l-1998 huma mgħammra bis-seat belts. Tajjeb li jingħad ukoll li l-użu tas-seat belts f’dawk il-minibuses li huma mgħammra bis-seat belts u li għandhom piż ta’ anqas minn ħames tunellati, ilu li daħal fis-seħħ mis-sena 2004. Minn Mejju li ġej iridu jibdew jintużaw is-seat belts ukoll f’dawk il-minibuses li jaqbżu l-ħames tunellati kif ukoll fil-coaches, kemm il-darba iżda l-vettura tkun mgħammra bis-seat belts. Għal dan l-iskop se jkunu pubblikati regolamenti ġodda. Intenni li l-użu tas-seat belts ma jsirx b’kapriċċ iżda għas-sigurtà tax-xufier u tal-passiġġieri.

WSC — Meter ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis il-meter ta' l-ilma tal-koppja pensjonanta li n-numru tal-kont tagħhom qed jintbagħat separatament, jiġi ċċekkjat għax il-konsum ta' ilma reġistrat fuqu hu esaġerat u qiegħed iwassal għal tbatija kbira għal din il-familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Armier — Sidien tal-boathouses

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-ftehim li kien ġie propost lis-sidien tal-boathouses ta' l-Armier (Armier Developments Ltd) fit-3 ta' April 2003, liema ftehim kien ġie aċċettat mill-istess sidien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13650.

Bypass ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti minn fejn Howard Gardens, Imdina għal fejn l-Istazzjon Restaurant u l-bypass ta' l-Imtarfa tiġi rranġata peress li din it-triq użata ħafna mit-turisti u tinsab fi stat diżastruż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Tas-sliema — Promenade

Question

Jista' il-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għaliex l-ilma fil-ġibjun ta' taħt il-monument li hemm fil-promenade ta' Tas-Sliema (quddiem it-Tower Palace Hotel) hu kkontaminat bid-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tagħmel l-investigazjonijiet dwar l-ilment imsemmi.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kuntrattur li għamel ix-xogħol f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat, ma wassalx il-main ġdid tad-drenaġġ sal-pumping station Ta' Srina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ex ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ex ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ li llum jiffurmaw parti mill-WSC? Dawn għadhom ħaddiema tal-gvern jew ġew inkorporati mal-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ ġew detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma skond l-Artiklu 38 ta' l-Att 355 li jirregola l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 10 PQ #18028 Sitting 372 2006-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Buġibba — Perched Beach

Question

B'riferenza għal perched beach li se jsir f'Buġibba, jista' il-Ministru jgħid il-latrina proposta hux se timblokka l-boathouses eżistenti? X'se jsir mill-ilma tax-xita li jiġi mill-katusi kbar li hemm biex jieħdu l-ilma tat-toroq tal-madwar? Id-drenaġġ tal-latrina se jmur fil-fossa? Jekk fl-affermattiv, din il-fossa hi kbira biżżejjed? Il-fossa ġiet iċċekkjata li ma tillijkjax? Kemm hu stmat li se jqum dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-latrina proposta fl-iżvilupp tal-perched beach f’Buġibba mhijiex ser timblokka ebda boathouse eżistenti. Fil-fatt ingħatat attenzjoni biex dan ma jsirx. Qabel ma beda jiġi ddisinjat il-proġett, sar survey fir-rigward ta’ l-ilma tax-xita li bħalissa joħroġ minn bankini u toqob fil-ħajt. Ġie maħsub li dan l-ilma jinġabar f’culverts apposta u jiġi ddevjat lejn il-baħar f’post li jaqbeż il-proġett tal-perched beach. Id-drenaġġ li ser ikun iġġenerat mill-latrina l-ġdida ser ikun miġbur fi sewage sump ġdid li ser ikun mibni bħala parti mill-proġett. Dan id-drenaġġ ser ikun ippumpjat fis-sistema ta’ drenaġġ eżistenti fit-triq ewlenija. Id-drenaġġ li jiġi ġġenerat mill-boathouses ma jaqax fl-iskop tal-proġett u l-manutenzjoni ta’ xi fossa tibqa’ r-responsabbiltà tal-Ministeru kkonċernat. Huwa stmat li l-proġett ġej jiswa madwar Lm 500,000.

Vannijiet bojod

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jinvolvi l-qlib ta' van abjad minn tmien seater għal għaxar seater min-naħa ta' l-ADT, kemm għax-xufier kif ukoll għall-vettura? X'inhuma l-ispejjeż sabiex isir dan l-upgrading?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Speed limit fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-ispeed limit fit-toroq arterjali jvarja (70 km/hr fi Triq ta' Srina, Ħaż-Żebbuġ u 80km/hr fl-Imrieħel Bypass) meta l-highway code ma tagħmilx din id-distinzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Green Wardens

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-green wardens pajżana għandhomx xi forma ta' identity card li jridu juru lil persuna qabel ma jħarrku lill-istess persuna? Jaf il-Ministru li hemm minn dawn il-wardens irġiel li jmorru fuq xogħolhom bil-misluta f'xuftejhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Wardens għandhom identity card maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija, u din irridu jippreżentawha meta jħarku xi persuna. Irrid ngħid li jista' jkun hemm xi każijiet fejn il-persuna li tkun qed twettaq ir-rejat ma tobdix l-ordni tal-Green Warden, u tibqa' għaddejja. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, il-gwardjan ma jkunx jista' juri l-identity card. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, irid jingħad li l-green wardens huma impjegati ta' żewġ aġenziji prinċipali li joffru dan is-servizz.

Boroż ta' l-iskart

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi regolamenti li jipprojbixxu li boroż ta' l-iskart jitpoġġew f'konok ta' siġar sa ma jinġabru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' jingħad li ma hemm l-ebda regolament li jipprojbixxi li boroż ta' l-iskart jitpoġġew f'konok ta' siġar sa ma jinġabru. Dan sakemm il-kunsill lokali rispettiv ma għaddix xi regolament dwar dan għall-lokalità tiegħu.