Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu ? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-karozza uffiċjali tiegħi hija Volvo s80 li nxtrat f'Awissu 1999. Għal-prezz ta' Lm14,120 waq li t-tieni karozza hija Ford Focus li qed tinkera. B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor Interpellant huwa mitlub jindika x'rilevenza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Port ta' l-Imġarr — Rampa

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19433, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rampa li qiegħda tintuża fil-port ta' l-Imġarr hijiex konformi ma' l-istandards tal-NCPD?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru 19433.

Servizz ta' l-Ambulanza

Question

Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt għal użu ta' l-ambulanza sabiex jitwassal mid-dar sa l-isptar u lura? Dan is-servizz jingħata wkoll fil-polikliniċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ambulanzi m'humiex qegħdin sabiex iwasslu persuni mid-dar sa l-isptar u lura, iżda sabiex jintervjenu f'emerġenzi. Pero', ikun hemm każi ta' persuni anzjani li jkollhom bżonn servizz ta' trasport sabiex jiġu għal kura fl-Isptar San Luqa. Każi ta' persuni fuq wheelchair jew fuq stretcher, jew persuni bla saqajn jiġu aċċettati sabiex jiġu ttrasportati l-Isptar San Luqa għal kura jekk jipprovdu ċertifikat tat-tabib/konsulent tagħhom li juri dan il-bżonn jew jekk jiġi ċertifikat li hemm bżonn min-nurse inkarigat fl-Out Patients jew il-Ward. Dan huwa servizz limitat u ma jingħatax fil-polikliniċi għax mhux possibbli li l-ambulance garage jilqa' t-talbiet kollha li jkollu għal dan it-tip ta' trasport.

Rabat — Coaches tat-turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-enforcement officers ta' l-ADT mhumiex iħallu l-coaches tat-turisti jipparkjaw fl-inħawi ta' Villa Rumana fir-Rabat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Enforcement Officers ta’ l-ADT ingħataw istruzzjonijiet biex jorganizzaw il-parkeġġ tal-coaches sabiex ma jkunx hemm konfuzjoni bħal meta jsir parkeġġ doppju. Dan qed isir biex ikun hemm aktar ordni u sigurta partikolarmnet għat-turisti. Seduta Numru 395
Leg 10 PQ #19562 Sitting 395 2006-06-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Villa Rumana

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-viżitaturi fil-Villa Rumana fir-Rabat qegħdin jiddaħħlu mill-bieb tal-ġenb u mhux mill-bieb prinċipali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li inqalgħat ħsara teknika fil-bieb prinċipali tal-Villa Rumana. It-tiswija tinvolvi l-iżżarmar tal-bieb tal-ħgieg u parti mill-intrata. Sadanittant għal raguni ta' sigurta' kien importanti li l-viżitaturi jidħlu minn aċċess differenti sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.

Impjanti għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant. B’rifereza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika x’relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Palazz tal-Girgenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li aktar kmieni din is-sena kien hemm break in fil-palazz tal-Girgenti li jintuża mill-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, meta sar dan il-każ, x'insteraq u x'inhu l-valur ta' l-oġġetti misruqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-24 ta' Marzu ta' din is-sena saret serqa ta' żewġ oġġetti żgħar tal-fidda mill-imsemmi post. L-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja.

Cottonera Waterfront — Ġnien pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jivverifika għala l-ġnien pubbliku li nbena fuq is-saqaf tal-blokki ta' l-appartamenti tal-Cottonera Waterfront mhux aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-gnien ghadu ma giex mghoddi lill-Gvern bil-formalitajiet necessarji u ghalhekk ma' setax isir pubbliku.

Mġarr Għawdex — Rampa li hemm fil-port

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex u li tagħti għall-vapur, liema rampa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll minn nies, hijiex konformi ma' l-istandards ta' NCPD għal persuni b'diżabilita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr Għawdex u li tagħti aċċess għall-vapuri tal-Gozo Channel Co.Ltd bħalissa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll mill-passiġġieri sabiex jitilgħu fuq u jinżlu mill-vapur. Din ir-rampa nbniet skond pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u Ambjent. Meta l-proġett ta' l-Imġarr jitlesta l-aċċess tal-passiġġieri għall-vapuri ser ikun permezz ta' gangways li jagħtu direttament għat-terminal tal-passiġġieri.

Appartamenti tal-gvern — Istallar ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix xi skema għall-istallar ta' lifts fi blokki ta' appartamenti tal-gvern f'każ li f'tali blokk ma jkunx hemm persuni b'diżabilita' għall-mobilita'? Jekk fin-negattiv, jistgħu l-inkwilini/sidien jistallaw lift għas-spejjeż tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fejn m'hemmx xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' tgħix fi blokk tal-Gvern, l-iskema ta' l-Awtorita tad-Djar għal stallar ta' lifts tkopri l-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Furjana. F'każ ta' blokki tal-Gvern barra dawn il-lokalitajiet, fejn m'hemmx xi resident jew residenta li jsofru minn diżabilita ta' mobilita', u s-sidien jew l-inkwilini jkunu jridu jistallaw lift, huma jistgħu jagħmlu dan għas-spejjeż tagħhom basta jkollhom il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Port ta' l-Imġarr — Rampa

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr u li tagħti għall-vapur, liema rampa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll minn nies, hijiex konformi ma l-istandards ta' NCPD għal persuni b'diżabilita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li hi pensjonanta, spiċċat ħallset taxxa fl-2006 meta s-somma ta' pensjoni hi relattivament żgħira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Government Pharmaceutical Service

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il principal officer hemm fil-government pharmaceutical service? X'inhu x-xogħol li jagħmel kull wieħed minnhom? Hawn minnhom li qegħdin jiġu mitluba jagħmlu xogħol li suppost jagħmlu impjegati fi grad anqas? Hawn sezzonijet oħra fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa li għandhom bżonn ħaddiema fil-grad ta' principal officer?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li preżentament hemm tlett Principal Officers ġewwa l-GPS. Dawn il-Principal Officers kollha jagħmlu xogħol relatat mal-grad tagħhom, kif ukoll xogħol ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz.

Bormla — Proġett tal-Mixtla

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-MEPA ħarġet enforcement order fuq il-proġett tal-Mixtla ta' Bormla peress li l-proġett inbeda, meta sal-lum għadhom ma ħarġux il-permessi meħtieġa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-MEPA ħarġet Avviż ta’ Infurzar nhar it-8 ta’ Marzu, 2006.

Muturi — Crash Helmets

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xufiera u passiġġieri fuq muturi żgħar b'erba' roti mhux qegħdin jiġu obbligati li jilbsu l-crash helmet bħal f'kull każ ieħor ta' muturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li dan it-tip ta’ vetturi bil-mutur m’humiex kunsidrati bħala mutur (motor cycles) iżda huma klassifikati bħala quadricyclesfl-istess klassi tal-karrozzi b’erba’ roti. Sal-lum għad m’hemmx il-ħtieġa bil-liġi li jintlibes crash helmet waqt l-użu ta’ dawn il-vetturi. Peress li dawn il-vetturi ma joffru l-ebda protezzjoni lis-sewwieq qed tkun kunsidrata l-possibbiltà li tiddaħħal fil-liġi l-ħtieġa ta’ l-użu tal-crash helmet.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja ġodda? Kemm minn dawn il-vetturi l-ġodda li ġew mibdula ma' oħrajn ġodda ġew ritornati lill-ADT? F'każ li ma ġewx ritornati, qegħdin jinħarġu fuq ir-rotta minflok il-vetturi l-ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li s’issa nbidlu 131 karrozza tal-linja m’oħrajn ġodda low floor. Dawn bdew jinbidlu fl-1997, f’liema sena kienu waslu Malta l-ewwel ħames karozzi tal-linja ġodda li kienu ġew ordnati fl-1996 wara l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u s-sidien tal-karozzi tal-linja. Skond il-kuntratt li kien sar, suppost li l-ħames karozzi tal-linja qodma li nbidlu kellhom jingħataw lill-Awtorità (dak iż-żmien Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku), iżda l-Bord ta’ dak iż-żmien, maħtur minn Gvern Laburista, kien aċċetta li operatur partikolari li bidel erba’ karrozzi jibqa’ jżomm għandu l-erba’ karozzi antiki tiegħu. Jien infurmat ukoll li fir-rigward tal-vetturi l-oħra li nbidlu mill-1999 ’l hawn kien hemm 12-il vettura qadima li ma kinux ritornati. Fir-rigward ta’ 11 minnhom, is-sidien ippreżentaw affidavit li l-vettura ma setgħetx tiġi ritornata jew għaliex kienet tkissret jew għaliex kienu mitfugħha f’xi għalqa f‘kundizzjoni ħażina ħafna. Fil-każ tal-vettura l-oħra, is-sid, li għażel li ma jieħu l-ebda għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern għall-vettura l-ġdida li daħħal, wera x-xewqa li jibqa’ jżomm l-antika bħala rikordju. Ma jirriżultax li karozzi minn dawk il-qodma li ma ġewx ritornati lill-ADT qed jintużaw fuq xogħol tar-rotta minflok dawk ġodda. Tajjeb li jingħad li l-ADT tagħmel moniteraġġ kuljum fuq l-użu tal-karrozzi tal-linja l-ġodda biex ikun żgurat li dawn jintużaw kif suppost.

Bormla — Bieb ta' Santa Liena

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett tal-Bieb ta' Santa Liena, Bormla peress li dan il-proġett suppost li tlesta sa Marzu 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett tal-Bieb ta’ Santa Liena, li kien jikkonsisti f’pavimentar bil-ġebla tal-qawwi, huwa lest u qegħdin isiru l-aħħar tħejjijiet biex jiġi ffinaliżżat ix-xogħol fuq il-pont ta’ l-injam li jsaqqaf id-drop pit li ġiet irkuprata taħt il-bieb. Mill-banda l-oħra, inħarġu s-sejħiet għall-offerti għall-installazjoni tad-dawl. Huwa stmat li s-sistema tad-dawl tiġi nstallata sa nofs Awwissu.

MEPA — Urban Development Fund

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19071, jista' il-Ministru jikkwota l-legal notices li permezz tagħhom twaqqaf l-urban development fund mill-MEPA, peress li kwalunkwe tariffa teħtieġ li tkun koperta b'leġislazzjoni anke jekk sussidjarja? Kif jistgħu l-kunsilli lokali japplikaw għal dawn il-fondi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-"Urban Improvement Fund" mhijiex tariffa iżda hija 'planning obligation' skond kif speċifikat fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. Referenza għat-terminu 'urban improvement fund' tinsab fil-'Policy and Design Guidance 2005' li twaqqaf bl-approvazzjoni tal-bord tal-MEPA f'April, 2005. Il-kunsilli lokali jistgħu jissottomettu l-proposti tagħhom biex jiġu evalwati mill-Awtorità bħalma jiġri fl-'Environment Initiatives in Partnership Programme' li wkoll huwa 'Planning obligation'.

Imdina — Pavimentar

Question

B'riferenza għall-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina, jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa l-proġett, inkluż breakdown ta' l-ispejjeż, inkluż ħlas ta' overtime allowance oħra kif ukoll ħlas għall-monitoring arkeoloġiku? Il-MEPA ħarġet compliance certificate peress li sal-lum ma sarux ir-rampi rikjesti mill-MEPA? Jista' jgħid jekk hux minnu li l-pavimentar ġie hacked bil-makna meta skond it-tender kellu jsir bl-idejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fi proġett ta' din in-natura wieħed jistenna variations addizzjonali kif ukoll penalitajiet. Dawn l-ammonti zgħar qed jiġu maħduma u verifikati u għaldaqstant l-informazzjoni ser tingħata hekk kif jiġu stabbiliti dawn il-figuri. Ir-rampi rikjesti saru kollha ħlief waħda li qegħdin isiru diskussjonijiet fuqha. It-tender tgħid li l-finish tal-wiċċ tal-paving slabs għandha tkun bħal finish ta’ pjazza f’Ragusa fi Sqallija.