Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega l-iskop wara t-tender maħruġ fil-gazzetta tal-gvern mid-dipartiment ta' l-artijiet Avv. No 109 għal għoti b'ċens għal 65 sena ta' art għal bini ta' sptar f'Tarxien Road, Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern kellha talba minn kumpannija għal għotja b'ċens ta' din l-art għal bini ta' sptar wara li din il-kumpanija għottjeniet permess mill-MEPA għal użu ta' l-art għal dan l-iskop. Peress li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma sabet l-ebda oġġezzjoni għal din it-talba, ħarġet sejħa għall-offerti biex din l-art tingħata b'ċens għal dan l-iskop.

Impjanti għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19563 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment Governattivi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista tad-dipartimenti governattivi li għamlu talba sabiex l-art tidħol fl-iskemi ta' l-iżvilupp fl-eżerċizzju ta' reviżjoni ta' l-iskemi ta' l-inħawi kif ukoll għal liema art saret it-talba f'kull każ separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Taqsima tal-Propjetá tal-Gvern għamlet talba fuq dawn l-artijiet: 1. Birżebbuġa 2. Il-Gudja 3. L-Iklin 4. Il-Mellieħa 5. In-Naxxar (Baħar iċ-Ċagħaq) 6. Is-Swieqi 7. u iż-Żurrieq Dawk is-siti li ġew proposti biex jidħlu fl-iskema ta' l-iżvilupp ġew indikati permezz ta' stilla fuq il-volum numru 2 ta' l-abbozz għall-konsultazzjoni pubblika - "Local Plans - Rationalisation of Development Boundaries".

Burmarrad — Kanal ta' l-ilma tax-xita

Question

Jista' il-Minstru jgħid x'inhu d-daqs ta' l-area ta' ħamrija li se tiġi displaced sabiex isir il-proġett ta' kanal ġdid għall-ilma tax-xita minn Burmarrad sas-Salini?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat illi l-area ta’ ħamrija li ser tiġi maqlugħa minn Burmarrad sas-Salini sabiex isir il-proġett ta’ kanal ġdid hija madwar 17,900m2.

Port ta' l-Imġarr — Rampa

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-periti tan-National Commission for Persons with Disability approvawx ir-rampa li tintuża fil-port ta' l-Imġarr għall-użu ta' persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-MEPA tikkonsulta lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ dwar Aċċessibilita’ għal Kulħadd, dwar proġetti miftuħa għall-pubbliku u ta’ użu maġġuri, billi tibgħat il-pjanti tal-proġett lill-Kummissjoni. Wara li jitlesta l-proġett, il-MEPA titlob il-parir tal-Kummissjoni qabel jinħareġ il-compliance certificate. Dwar il-proġett indikat mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li l-MEPA għaddiet il-pjanti lill-Kummissjoni u din ta’ l-aħħar tat parir favorevoli. Il-Kummissjoni għadha ma ntalbitx il-parir qabel jinħareġ il-compliance certificate. F’dan l-istadju nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar liema rampa qed jirreferi għaliha biex ngħaddi l-informazzjoni għall-investigazzjoni minn naħa tal-Kummissjoni.

BMW's taċ-CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ministru jew segretarju parlamentari li xtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMW's taċ-CHOGM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Direttiva dwar trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva ġdida ta' l-Unjoni Ewropea dwar trasport pubbliku? Meta se tiddaħħal fis-seħħ din id-direttiva?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-direttiva li qed jirriferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu għadha fil-forma ta’ proposta għal regolamenti li dwarha l-Kunsill tal-Ministri laħaq ftehim politiku fid-9 ta’ Ġunju. Il-proposta trid tmur issa quddiem il-Parlament Ewropew. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-proposta kif maqbula mill-Kunsill tal-Ministri.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-karozza uffiċjali hi BMW 530 Diesel 2994cc li nxtrat f'Ġunju ta' l-2003 għall-prezz ta' Lm13,270. Infurmat ukoll li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari ta' dan il-Ministeru hi PEUGEOT 407 DIESEL 1997cc li nxtrat f'Jannar ta' l-2006 għall-prezz ta' Lm8,800. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu ? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karozza uffiċjali li nagħmel użu minnha jien hija BMW 528 Saloon, tas-sena 1999. Din il-karozza nxtrat fil-5 ta’ Marzu 1999 għall-prezz ta’ Lm 11,600. B’riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika x’relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-karozza uffiċjali tal-Ministru hi Jaguar X-Type Saloon li nxtrat F'Awissu 2001 għall-prezz ta' Lm13,800. Il-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari hija V/W Passat Saloon li nxtrat f'Lulju 2004 għall-prezz ta' Lm9,500. B'riferenza għat-tieni parti tal-Mistoqsija , l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-Mistoqsija.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tagħha? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-karozzi uffiċjali tiegħi huma BMW (520 Saloon) li ninsab infurmata nxtrat f’Marzu 1999 għall-prezz ta’ Lm10,400 u Volkswagen (Bora) li hi mikrija. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jindika x’relevanza għandha din il-parti tal-Mistoqsija.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu ? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandi żewġ karozzi għall-użu tiegħi. Id-dettalji jidhru hawn taħt:- 1. BMW 520 li nxtrat fit-3 ta’ Marzu 2006, għas-somma ta’ Lm12,000 eskluż il-VAT. Din il-karozza nxtrat bi tpartit mal-karrozza uffiċjali li kelli qabel u li ġiet valutata Lm7,000. Il-prezz finali li tħallas għall-karozza l-ġdida jammonta għal Lm5,000. Il-VAT imħallas kien jammonta għal Lm1906.78 2. Renault Megane mikrija mill-20 ta’ Marzu 2006. B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.
Leg 10 PQ #19587 Sitting 397 2006-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-karozzi uffiċjali tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura huma BMW 528i li nxtrat fis-sena 2000 għall-ammont ta' Lm 13,370 u Volvo 460 li nxtrat għall-ammont ta' Lm 8,500 fl-1996. B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Ġustizzja u Intern — Karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tal-Mistoqsija huwa kif jidher hawn taħt:- Tip/MudellMikrija/MixtrijaPrezzMeta MinistruAudi A4 TD(Mparta ma’ Mercedes stmata li kellha valur ta’ Lm9,000)Lm9,000September 1997 Segretarju ParlamentariCitroen C5MixtrijaLm12,656October 2005 B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika x’relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Affarijiet Barranin — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu ? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-karozzi għall-użu uffiċjali tal-Ministru huma Mercedes Benz E 220 Classic, li hi mikrija u Alfa Romeo 156, li nxtrat f`Novembru 1999 għall-prezz ta` Lm 8,807. B`riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor Interpellant huwa mitlub jindika x`relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent hi tat-tip BMW 520. Din il-vettura hi proprjetà tal-Gvern u kienet irreġistrata mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern fid-29 ta’ Jannar 1999. Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi juża karozza tat-tip Peugeot 406. Il-karozza hi proprjetà tal-Gvern u kienet irreġistrata mal-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali fis-7 ta’ Lulju 2000. Mhux possibbli li tingħata informazzjoni dwar il-prezz tax-xiri tal-vetturi peress li ż-żewġ karozzi nxtraw minn ministeri oħra qabel ma ġew trasferiti lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. B’riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika x’relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-karozzi uffiċjali huma Mercedes u Peugeot. Il-Mercedes hija mikrija u l-Peugeot nxtrat.
Leg 10 PQ #19580 Sitting 396 2006-06-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tagħha? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċċjali tiegħi hija tat-tip BMW 320D li nxtrat fit-30 ta' Marzu għall-prezz ta' Lm14,500. B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.