Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Personal professional office

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA tistabbilixxix ħin ta' operazzjoni kif ukoll numru massimu ta' klijenti li wieħed jista' jakkomoda f'personal professional office li jkun parti minn residenza f'area purament residenzjali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li il-ħinijiet tal-operat ma jaqawx taħt il-ġurisdizzjoni tal- Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Madanakollu, bħala linji ġwida, uffiċċju f’residenza ma tistax tirrekjedi l-preżenza f’kull ħin fuq is-sit tà aktar minn tlett persuni impenjati fin-negozju (inkluż propjetarji) jew b’konsegwenza tan-negozju.

Ħlas lill-kuntrattur

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kuntrattur li għamel l-estensjoni tal-main ta' l-ilma mill-Baħrija sa l-Imtaħleb ma tħallasx, minkejja li x-xogħol ilu li tlesta ħafna xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħol tal-bdil tal-main tal-ilma f'Wied Rini u l-Imtaħleb, li sar mill-kuntrattur, tħallas fit-8 ta' Awissu 2006.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Prof. Semar tneħħiex minn direttur tad-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, se jibqa' jagħmel xogħol bħala konsulent? Min ġie maħtur direttur ġdid tad-dipartiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20111, u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra site plan li turi fejn se jiġi rilokat l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta peress li s-sit magħżul issa jaqa' fil-konfini tas-sit ta' SmartCity?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tagħmel studju sabiex issib sit alternattiv għall-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta. L-informazzjoni dwar is-sit ġdid tingħata mata dan l-istudju ikun lest u jkun approvat mill-Kabinett.

Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563, 19653, 19884 u 20093 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-twegiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18639 li għanda l-informazzjoni mitluba.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tivverifka għaliex persuna li l-ID number tagħha qed jintbagħat separatament u li ħadet xahar sick leave ħafna xhur ilu sal-lum għadha ma tħallsitx nofs il-paga dovuta lilha mill-kontribuzzjonijiet ta' l-NI?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji kif se titħaddem l-iskema park and ride u l-immaniġjar tat-traffiku fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiiku dwar x'tip t'informazzjoni qiegħed jitlob u jgħid preċiżament x'informazzjoni dwar liema kriterji qiegħed jistaqsi. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għad-dokument konsultattiv li hemm referenza għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20134 u li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563, 19653 u 19884 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Bdil ta' fuse/meters

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19894 u jgħid xi ħlas jintalab mill-korporazzjoni Enemalta f'każ ta' bdil ta' fuse tal-gvern fi proprjeta' privata inkluż il-bdil tas-siġill tal-meter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jintalab ebda ħlas għall-bdil ta' fuse matul il-ħin normali tax-xogħol, iżda jintalab ħlas ta' Lm2 għal bdil ta' fuse wara l-ħin normali tax-xogħol. Meta l-fuse jinbidel aktar minn darba l-ħlas dovut ikun ta' Lm15. Dan il-ħlas jinkludi l-bdil ta' siġill skond il-ħtieġa. F'każ li jkun hemm il-bżonn li jinbidel siġill biss, il-ħlas huwa ta' Lm10.

Mina minn Wied il-Għajn għal Delimara

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19895 u jgħid x'inhu l-iskop tal-mina li qegħda ssir mill-Enemalta minn wied ta' Sant'Anton, Wied il-Għajn għal mal-mina li tagħti għal power station ta' Delimara? Meta nħarġet it-tender għal dan ix-xogħol, minn min intrebħet u kemm hu l-valur tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-iskop tal-mina li qed titħaffer bħalissa minn Wied il-Għajn għal Power Station ta' Delimara huwa biex l-Enemalta tgħaddi cables tal-elettriku għaċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid ġewwa Wied il-Għajn. It-tender inħarġet fl-2002 u kienet intrebħet minn Polidano Group. Il-valur tax-xogħol skond it-tender huwa ta' Lm450,000 pero il-valur finali jiddependi fuq kejl eżatt tax-xogħol. Dan kif isir fuq proġetti simili.

Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra site plan li turi fejn se jiġi rilokat l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta peress li s-sit magħżul issa jaqa' fil-konfini tas-sit ta' SmartCity?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

BMW's taċ-CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ministru jew segretarju parlamentari li xtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMW's taċ-CHOGM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19883

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' multa impost fuq applikazzjoni tal-MEPA li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament plus li x-xogħlijiet inbdew qabel ma nħareġ il-permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-multa imposta fuq l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha tammonta għal Lm118. Din il-multa inħadmet a bażi tal-formula tal-major fines.

Eżami ta' Senior Operative (Rubble wall builder)

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex għall-eżami ta' senior operative (rubble wall builder) l-applikanti qegħdin jiġu mitluba jieħdu l-għodda magħhom meta din l-istess għodda hija tant goffa (karretta, imterqa ta' inkurmar, imterqa kbira, fis, pala, zappun, barmil, eċċ.) li hemm min lanqas għandu vettura kbira biżżejjed biex iġorrhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżami prattiku diġà sar u ħadd ma ġab l-għodda msemmija mill-Onorevoli Interpellant għajr l-imterqa ta' inkurmar. Karretta, pala, zappun, barmil, eċċ,. kienu pprovduti mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ġebel ġie depożitat immedjatament viċin il-ħajt tas-sejjieħ biex titnaqqas it-tbatija u l-ħin tal-ġarr tal-ġebel.

BMWs taċ-CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19651 u jgħid jekk kienx hemm xi ministru jew segretarju parlamentari li xtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMW's taċ-CHOGM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda talbiet minn xi Ministru jew Segretarju Parlamentari biex tinxtara ghall-uzu ufficjali xi wahda mill-BMW tac-CHOGM

Impjanti għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563 u 19653 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mina minn Wied il-Għajn għal Delimara

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-mina li qegħda ssir mill-Enemalta minn wied ta' Sant'Anton, Wied il-Għajn għal mal-mina li tagħti għal power station ta' Delimara? Meta nħarġet it-tender għal dan ix-xogħol, minn min intrebħet u kemm hu l-valur tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Benghajsa — Boat Hardstanding area

Question

Jista' il-Ministru jispjega l-iskop wara t-tender maħruġ minnu għal xogħlijiet ta' bini ta' ċnut u asfaltar tal-boat hardstanding area b'Bengħajsa, l/o Birżebbuġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma ħareġ ebda tender għal xogħlijiet ta' bini ta' ċnut u asfaltar tal-boat hardstanding area f'Bengħajsa.