Jista' il-Ministru jikkonferma li r-registration tal-korrispondenza tal-MEPA qegħda ssir Għawdex?
Dan l-aġir qiegħed itawwal il-proċess burokratiku tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) laħqet ftehim mal-Maltapost sabiex ċerta korrispondenza tiġi reġistrata mill-Maltapost stess u fl-istess ħin tiġi scanjata u mdaħħla direttament f'sistemi kompjuterizzati. Dan il-proċess għandu numru ta' vantaġġi partikolarment li fi żmien jumejn minn meta l-klijent jimposta l-korrespondenza, din tkun aċċessibli fuq id-desktop eletroniku tal-impjegat relevanti fi kwalunkwe uffiċċju. Dan il-proċess nbeda dawn l-aħħar ġranet u kien hemm fil-fatt numru ta' ntoppi tal-bidu li qed jiġu megħluba. Il-vantaġġi ta' l-introduzzjoni tad-dokument elettroniku jkunu bil-wisq iktar mill-ġurnata ħin li din timplika sabiex il-korrispondenza fiżika tasal għand il- l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Dan huwa parti minn proċess usa sabiex il-periti jkunu jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' kopji ta' pjanti sottomessi filwaqt li jużaw korrespondenza elettronika kull fejn huwa possibli u dan qed isir fl-aħjar interess tal-ambjent.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA se tippubblika l-ischeme extensions li ġew approvati mill-Parlament f'Lulju li għadda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ġew approvati mill-Parlament, il-mapep tas-siti li ddaħħlu fiż-żona ta' żvilupp ġew ppublikati fil-website tal-Parlament.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21047 u jgħid, b'riferenza għad-dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan il-water services corporation: kemm inħarġu sejħiet għal promotions matul dawn l-aħħar 12-il xahar? kemm applikaw f'kull każ? Kemm intgħażlu persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20789 u 20989 u jikkonferma jekk Prof. Semar tneħħiex minn direttur tad-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, se jibqa' jagħmel xogħol bħala konsulent? Min ġie maħtur direttur ġdid tad-dipartiment?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li Profs Semar ser jibqa' jagħmel xogħol ta’ konsulent skond ftehim mall-GTZ u s-Sur Paul Buhagiar ġie maħtur bħala d-direttur il- ġdid b’effett mid-9 ta’ Ottubru, 2006.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir id-drenaġġ fi Triq il-Ġirna, Baħrija issa li qiegħed isir dan is-servizz fl-area kollha tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ ta' Triq il-Girna, Baħrija bħalissa tista titqabbad biss minn ġo passaġġ privat billi aktar l-isfel it-triq għadha ma nfetħitx u hemm ħafna siġar tal-ħarrub.
Is-sidien ta' dan il-passaġġ oġġezzjonaw bil-miktub permezz ta' l-avukat tagħhom li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi d-drenaġġ minn dan il-passaġġ. Qed isiru diskussjonijiet ma' dawn is-sidien bl-iskop li tinsab soluzzjoni bonarja għal din il-problema.
Jista' il-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi kif se jgħaddi l-water culvert f'Riebu Well Str, Rabat u safejn se jitwassal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kopja tal-pjanta li turi kif se jgħaddi l-water culvert fi Triq Bir Riebu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li qegħdin jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġu evitati l-inċidenti tat-traffiku waqt ix-xogħol ta' trinek li qiegħed isir fil-main road tal-Baħrija peress li n-nuqqas ta' sinjali adegwati wassal għal inċident tat-traffiku serju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol ta’ trinek fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant għalaq it-triq prinċipali tal-Baħrija mingħajr permess.
F’dan ir-rigward l-ADT ordnat lill-kuntrattur biex jordom u jagħlaq dawn it-trinek immedjatament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istima tan-nefqa fuq l-operat tal-Isptar Mater Dei hija ta' Lm4,278,000 fix-xahar.
Din iċ-ċifra ma tinkludix l-ispejjez tal-mediċini u l-materjali farmaċewtiċi użati mill-pazjenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li f'każ ta' multi li jitħallsu fil-kunsilli lokali, persentaġġ żgħir tal-multa jgħaddi lill-kunsill lokali li jirċievi l-ħlas peress li hemm każi ta' kunsilli li ftit jinħarġu multi fil-lokal tagħhom imma li jiġbru ammont sostanzjali ta' multi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta' nfurzar lokali (LES) preżentement qegħda tiġi riveduta fit-totalita' tagħha. L-ewwel passi li ttieħdu s'issa kienu t-twaqqif tal-Bord tal-Petizzjonijiet u t-tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija.
Il-Gvern hu konxju mill-fatt li hemm diversi entitajiet involuti fis-sistema u hu kommess li l-għan edukattiv li għalih twaqqfet is-sistema ta' nfurzar lokali tipprevali fuq dak ta' aktar introjtu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' turisti li żaru Malta, eskluż dawk tal-cruise liners, fis-sena 2000 sal-lum, kull sena separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' turisti li żaru Malta f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
2000 1,215,712
2001 1,180,145
2002 1,133,814
2003 1,126,601
2004 1,156,028
2005 1,170,610
Qabel l- 2004 in - numru ta' turisti kienu bbażati fuq arrivals. Fl-2004, l- NSO bdiet tiġbor l-istatistika tat-turizmu permezz tat- Tourstat li huwa bbażat fuq departures.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi privatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, meta hu previst li ssir din il-privatizzazzjoni? L-aviation fuel se jiġi privatizzat separatament? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-water services corporation għamlet tul ta': mains ġodda (estensjonijiet), main renewals u kemm ingħataw servizzi ġodda mis-sena 2000 sal-lum, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali għal: bini ta' toroq arterjali, manutenzjoni tat-toroq arterjali u bini ta' toroq residenzjali mill-2000 sal-lum, kull sena separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 17295.
Jista' il-Ministru jgħid, b'riferenza għad-dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan il-water services corporation: kemm inħarġu sejħiet għal promotions matul dawn l-aħħar 12-il xahar? kemm applikaw f'kull każ? Kemm intgħażlu persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jitħaffef il-proċess tal-bord ta' l-appell fuq kontjiet tad-dawl u l-ilma fil-każ ta' koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li hemm xi żball fil-mod kif inħadmu l-kontiijet b'konsegwenza li hemm Lm136.63 bħala outstanding?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-każ għandu jiġi mressaq quddiem l-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-ewwel laqgħa li jmiss. Il-konsumatur ser ikun nfurmat bid-deċiżjoni li jkun ħa l-Advisory Board.
Tista' il-Ministru tgħid x'irid isir sabiex il-persuna li tokkupa flat b'kera f'Ħal Farruġ li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibdel ma ieħor f'Ħ'Attard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor Interpellant għandu jagħti parir lill-persuna ndikata biex jagħmel talba formali biex jibdel il-post fil-Customer Care Section tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20789 u jikkonferma jekk Prof. Semar tneħħiex minn direttur tad-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, se jibqa' jagħmel xogħol bħala konsulent? Min ġie maħtur direttur ġdid tad-dipartiment?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għala l-kisja tarmac li kienet qiegħda tingħata t-triq ta' l-Imtaħleb ma tkomplietx meta issa hemm madwar 60% minnha lesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhiex triq arterjali u l-anqas distributorja u avolja il-manutenzjoni tagħha mhiex parti tar-responsabiltajiet tal-Gvern Ċentrali xorta kienu saru xogħlijiet ta’ resurfacing f’parti kbira ta’ din it-triq.
Il-kumplament ta’ din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.