Jista' il-Ministru jara li l-bus shelter li tneħħa minn Imdina Road, Ħ'Attard ħdejn l-industrial estate jerġa' jiġi stallat malajr kemm jista' ikun għax waqt il-maltemp jgħaddi volum enormi ta' ilma tax-xita minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-bus shelter imsemmi ġie maqlugħ temporanjament minħabba xogħlijiet li għaddejjin mill-Enemalta minħabba kostruzzjoni tax-showroom li hemm wara dan il-bus shelter.
L-ADT ordnat
bus shelter
ieħor mingħand Faces Ltd sabiex dan jerġa' jiġi mwaħħal fil-post fejn kien. Il-permess ta’ dan il-
bus shelter
qed jiġi ipproċessat mill-MEPA.
Jien infurmat ukoll li jekk ix-xogħlijiet imsemmija jieħdu tul ta’ żmien, l-ADT tikkommetti ruħha li terġa' twaħħal temporanjament il-
bus shelter
l-antik.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda kull sena mis-sena 2000 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati fis-snin mitluba mill-Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu huwa kif jidher hawn :-
2000 13,056
2001 9,183
2002 8,596
2003 9,125
2004 6,680
2005 7,530
2006 (1/1/06 sa 30/09/06) 6,506
Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-ADT minn: i) liċenzji tas-sewqan? ii) liċenzji tat-triq għal vetturi; iii) dħul fil-Belt għas-sena 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-dħul ta' l-ADT għas-sena 2005 f'Malta u Għawdex kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt :-
- liċenzji tas-sewqan - Lm 385,009
- liċenzji tat-triq għal vetturi - Lm 11,323,924.32
- liċenzji għal dħul fil-Belt - Lm 615,849.93
Dawn l-ammonti jinkludu liċenzji ġodda, liċenzji mġedda u arretrati.
Jista' il-Ministru jindika fejn l-ADT istallat arloġġi f'bus termini u bus stops? Kemm minn dawn l-arloġġi huma bil-ħsara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li hawn 32 arloġġ installati f’bus termini u bus stops u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-ADT. Dawn jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin:
il-Ħamrun; tal-Pietà; Birkirkara (ħdejn Santa Liena); Ħ’Attard; in-Naxxar; il-Mosta (li għalissa tneħħa minn postu minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza); ir-Rabat; il-Mellieħa (fi Triq il-Kbira); l-Għadira; il-Qawra; Baħar iċ-Ċagħaq; St Andrew’s; Paceville; Spinola; tas-Sliema (ħdejn il-Lukanda Preluna); tas-Sliema (il-Ferry); l-Imsida (ħdejn il-Knisja); l-Imsida (ħdejn Tikams); Valletta terminus (in-naħa tas-Sliema); Valletta terminus (in-naħa tal-Kottonera); Porte de Bombs (in-naħa ta’ fuq); Porte de Bombs (in-naħa t’isfel); il-Marsa; Ħaż-Żebbuġ; Raħal Ġdid; Santa Lucia; il-Gudja; Bir id-Deheb; Birżebbuġa; Ħaż-Żabbar; il-Birgu; u Bormla.
Infurmat ukoll li riċentement kienu rappurtati żewġ arloġġi bil-ħsara, wieħed fl-Imsida u dak fl-Għadira, li se ssirilhom it-tiswija meħtieġa.
Seduta 442
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għad-dħaħen tal-vetturi matul is-snin 2005 u 2006 sal-lum? Kemm vetturi ma nstabux konformi? Kemm kien l-ammont ta' rapporti li daħlu permezz ta' l-sms? Kemm inġabru multi minn dawn it-testijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport saru dawn it-testijiet bis-segwenti riżultati waqt spezzjonijiet fit-toroq:-
Sena Numru ta' vetturi li sarilhom it-test
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru,2005 1,166
Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru,2006 742
L-Ammont ta’ rapporti li daħlu bl-sms minn Settembru 2005 sal-lum kien ta' 83,017. Dan in-numru jinkludi vetturi li kellhom rapport wieħed (li mhumiex eliġibli għat-test) u oħrajn li kienu eliġibli b’ammont sostanzjali ta’ rapporti. Għaldaqstant, in-numru ta’ rapporti li daħlu mhumiex ekwivalenti għan-numru ta’ vetturi li ttellgħu għat-test. 2,672 vettura ittellgħu għat-test minn Settembru 2005 sa Settembru 2006.
L-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta m'hijiex f'pożizzjni tgħid kemm kien l-ammont ta' multi li nġabru għaliex dawn il-każi jitressqu quddiem it-Tribunali u l-multi ma jinġabrux mill-ADT.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21111 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala l-applikazzjonijiet għal xiri ta' appartamenti skond l-aħħar skema li nħarġet, ma ġewx aċċettati f'każ li l-għarajjes għażlu li ma jisselfux mill-bank (isselfu mingħand tal-familja)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qatt ma rrifjutat applikazzjoni għal xiri ta' appartamenti għar-raġuni li l-applikanti ma kienux ser jieħdu self mill-bank għal dan l-iskop.
B'riferenza għat-tabelli li twaħħlu fit-toroq arterjali, jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom jitwaħħlu tabelli u kemm fil-fatt twaħħlu u kemm ġew imkissrin u/jew mibdula jew se jinbidlu?
Kemm kienet l-ispiża kollha ta' dan il-kuntratt u kemm tħallsu flus s'issa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet bil-weigh pads minn meta dawn ġew introdotti? Kemm vetturi nstabu li ma kenux konformi u kemm inġabru flus mill-multi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li saru ħmistax-il test bil-weigh pads: erbgħa fl-20 ta’ Diċembru 2005, fejn weħlu l-erbgħa kollha, u ħdax-il test fil-25 ta’ April 2006, fejn weħlu erbgħa minn ħdax.
Jien infurmat li t-testijiet li saru kienu bi prova peress li kien qed jintuża apparat li nxtara għal dan l-iskop. Infurmat ukoll li t-testijiet jinsabu sospiżi peress li rriżultaw xi difetti fl-apparat u dan intbagħat lura l-Ingilterra biex jinbidel.
Barra minn hekk qed isiru wkoll xi diskussjonijiet ma’ rappreżentanti ta’ operaturi li jużaw vetturi għall-ġarr stradali ta’ merkanzija. Fid-dawl ta’ dan u anki fid-dawl tal-fatt li t-testijiet li saru kienu bi prova, ma nbdewx proċeduri fil-Qorti, u għaldaqstant ma tħallsu l-ebda multi.
Seduta 441
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal over speeding permess tal-camera kull lokalita' separatament, għas-snin 2005 u 2006 sal-lum?
Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu? Kemm huma kontestati u kemm ġew illiberati? Kemm hu l-valur ta' flus li nġabar minn dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' passiġġieri li wżaw it-trasport pubbliku u x'kien id-dħul għas-snin 2000 sal-lum, kull sena separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' patrunaġġ li użaw it-trasport pubbliku u d-dħul mis-sena 2000 sal-lum huwa kif ġej :-
Annwali Dħul Patrunaġġ
mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru Lm
2000/2001 5,317,867 30,692,450
2001/2002 5,065,683 29,662,080
2002/2003 4,763,888 29,400,243
2003/2004 5,045,544 30,150,540
2004/2005 6,238,716 30,175,749
2005/2006 6,575,271 29,817,385
Ta' min jinnota li l-perjodu 2005-2006 jinkludi tlett ijiem ta' strajk mit-28 ta' Frar 2006 sa 2 ta' Marzu 2006 fejn hu ikkalkulat li intilfu 196,868 passiġġier/traġitt.
F'dan il-perjodu wkoll kien hemm żieda fil-patrunaġġ fir-rotot diretti lejn l-Universita', minn 122,851 fl-2004/2005 għal 261,648 fl-2005/2006. Kull rotta diretta hija x'aktarx ekwivalenti għal żewġ traġitti li l-istudenti kien ikollhom jaqbdu qabel ma ġew introdotti ir-rotot diretti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21039 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi privatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, meta hu previst li ssir din il-privatizzazzjoni? L-aviation fuel se jiġi privatizzat separatament? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha l-ħsieb li tikkommerċjalizza id-diviżjoni tal-Petroleum inkluż l-Aviation u qed isir xogħol fuq l-RFP relattiv.
Mhux minnu li l-Enemalta qabdet ħaddiema barranin fis-sezzjoni tal-Avjazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-talbiet li saru għal ftuh ta' sub-post office f'Ħad-Dingli peress li din hi faċilita' neċessarja ħafna f'dan ir-raħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21119.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Heritage Malta hux se tkun mingħajr CEO sakemm il-persuna li ntgħażlet tibda x-xogħol is-sena d-dieħla? Min se jagħmilha ta' CEO matul dan il-perijodu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 21120.
Jista' il-Ministru jgħid taħt liema kriterji ġie magħżul is-CEO ta' Heritage Malta meta dan m'għandu l-ebda esperjenza jew expertise fuq heritage management? Kemm kienu l-applikanti għal dan il-post, kemm ġew short-listed u kemm minnhom għamlu second interview?
Il-bord ta' Heritage Malta kellu quorum meta approva din l-għażla?
Il-kabinett approvaha din l-għażla?
Jista' jikkonferma jekk saritx protesta ma' l-ombudsman minn xi applikanti għal mod kif saret l-għażla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Bord iddeċieda favur dan l-applikant għax għaraf li għandu l-iskills meħtieġa u l-esperjenza fit-tmexxija ta’ aġenzija kbira u kumplessa kif inhi Heritage Malta. L-applikant wera wkoll li għandu viżjoni ċara u sensittività kbira fir-rigward tal-wirt kulturali. Infakkar lill-Onor. Interpellant li anke is-CEO preċedenti ma kellhiex expertise f’Heritage Management. Dan ma żammhiex milli tmexxi l-aġenzija bl-aktar mod professjonali.
Kien hemm ħames applikanti li ssejħu biex jagħmlu t-tieni intervista iżda wieħed minnhom irtira l-applikazzjoni.
Il-Bord approva din il-ħatra skond kif jitlob l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445). Ninsab infurmat illi kien hemm quorum meta ttieħdet din id-deċiżjoni.
L-Aġenzija mhix infurmata li saret protesta ma' l-Ombudsman dwar din il-ħatra.
Jista' il-Ministru jara li naħa waħda mit-triq li tagħti mill-foss ta' l-Imdina għal bypass ta' l-Imtarfa (Għarreqin Road) l/o Mdina issir no parking peress li hija dejqa u l-parkeġġ fuq iż-żewġ naħat joħloq ostaklu kbir għat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsimma għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-wisgħa tat-triq ma tippermettix li jsir parkeġġ tal-karrozzi fuq l-ebda naħa. Għalkemm diġa hemm edgeline matul it-triq kollha, jista’ jkun li tabelli ta’ “No Parking” jiftehmu aktar mill-pubbliku. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser jikkonsulta mall-Kunsill Lokali Mdina dwar dan.
Jista' il-Ministru jgħid hux se jerġa' jinfetaħ subpost office tal-Maltapost f'Ħad-Dingli peress li n-nuqqas tiegħu qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti, b'mod partikolari dawk anzjani? Jekk fl-affermattiv, meta se jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Maltapost qiegħda tieħu passi biex tiftaħ Sub-Uffiċju tal-Posta f'Ħad Dingli, fix-xhur li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal kariga ta' CEO ma Heritage Malta?
Il-persuna li ntgħażlet kienet waħda mill-applikanti?
Meta se tibda x-xogħol ta' CEO?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan ic-CEO ġdid?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 29 applikant, li uħud applikaw billi wieġbu għal-avviż li deher fil-gazzetti lokali, u oħrajn applikaw billi wieġbu permezz ta' l-internet għall-sejħa li dehret fuq il-website ta' l-ETC. 4 irtiraw l-applikazzjoni. Il-persuna magħzula kienet waħda minn dawn l-applikanti.
Il-kuntratt tas-CEO jibda fl-1 ta' Jannar 2007, iżda f'dawn it-tliet xhur din il-persuna kienet qiegħda żżur Malta regolarment fuq xogħol ta'
Heritage Malta filwaqt li qed iżomm kuntatt kontinwu permezz tal-posta elettronika.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt kif mitlub mill-Onor interpellant, liema kuntratt huwa bħal dak tas-CEO preċedenti.