Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali ta': 1) l-awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi; 2) Building Industry Consultative Council?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi r-Rapport Annwali ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed jiġi finalizzat filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali tal-Building Industry Consultative Council għas-sena 2005.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21111 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21111
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitkompla l-proġett kontra l-għargħar fl-Imsida, liema proġett kien inbeda ħafna snin ilu u issa ilu wieqaf ħafna snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Ministeru ħejja proġett kontra l-għargħar fl-area ta' l-Imsida, B'Kara, Iklin u Mosta. Dan il-proġett li jiswa l-għexieren tal-miljuni ta' liri qed jiġi evalwat mill-Gvern u mill-UE sabiex jekk hu possibbli jkun finalizzat parzjalment mill-Fondi Strutturali ta' l-UE.
Dan il-proġett jikkonsisti f'madwar 15km ta' mini taħt l-art u servizzi anċillari li jkunu kapaċi jiġbru l-ilma tax-xita mill-inħawi li jwasslu għal B'Kara u l-Imsida u li mbagħad dan l-ilma wara li jkun imsaffi jkun jista' jiġi wżat għal diversi skopijiet, bħal tisqijja u tindif ta' toroq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iqum flus kull metru kubu ta' ilma: 1) prodott mill-RO plants, kull impjant separatament; 2) imtella' mill-boreholes/gallaries?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid x'sar mill-proġett tal-MEPA għal bini ta' artificial reef 'il barra mill-Exiles, f'Tas-Sliema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-'artificial reef' tqiegħdet f'postha, fl-Ottubru 2004 u bħalissa għaddejjin ir-riċerki xjentifiċi fuqha, li juru li ir-reef qiegħda tiġi kkolonizzata min ħlejjaq differenti, bir-rizultat illi hemm żieda tà biodiversita fl-inħawi tar-reef.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-persentaġġ ta' ilma tax-xorb prodott mill-RO plants meta mqabbel ma' dak miġbur mill-acquifer għal dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni migbura mill-entita konċernata skond kif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kif se jiġi ffinanzjat l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ fix-Xgħajra li hu stmat li se jqum 63 miljun Euro?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet talba lill-Gvern biex jinġieb finanzjament għal 73% tal-proġett minn fondi ta' l-EU.
Jista' il-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellent li matul is-sena 2005 il-net VAT miġbura mill-industrija tal-kostruzzjoni (Nace 4521 General Construction and Civil Engineering works) - Lm7,451,838.
Din is-somma tkopri biss in-NACE msemmi hawn fuq u tirrappreżenta 4.43% tas-somma netta globali miġbura mill-VAT li kienet Lm168,247,183.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett Connections?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett connections li kien mniehdi fl-1998 b’forma ta’ Call for Submissions kien msejjes fuq l’idea li tinħoloq sistema ta’ Trasport fil-Port il-Kbir sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-Proġett Kapitali. Il-konklużjonijiet tal-bord msejjaħ sabiex jistudja il-proposti kien ħareġ bir-rakomandazzjoni li l-ebda proposta ma kienet tissodisfa l-kriterji u l-parametri tad-Development Brief.
Il-Kabinett ħa deċiżjoni sabiex dan il-proġett jiġi miżmum u il-
Lift
tal-Barrakka jiġi żviluppat separatament. Fil-fatt it-
tender
tal-
Lift
kien ppublikat.
Il-Gvern preżenti qiegħed jindirizza l-isfida tal-aċċessibilita tal-Belt Valletta b'numru ta' proġetti distinit li jiffurmaw parti minn strateġija waħda.
Dawn il-proposti jinkludu :-
- Il-proġett tal-
Park and Ride
li mistenni jibda jopera f'Novembru
- Il-proġett tal-
Control Vehicular Access
li mistenni jibda jiffunzjona f'Marzu li ġej
- Il-Valletta
Vertical Connections
li sejħa għalih mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin
- Tkattar servizzi bil-
ferries
-
tender
sejra tinħareġ
- Servizz ġdid b'
electric taxis
-
tender
qegħda arbitraġġ
- Xogħlijiet ta' pavimentar u implimentazzjoni ta' żona pedonali - qegħda tiġi koordinata mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura
Jista' il-Ministru jara li Triq l-Ifran, il-Belt, minkejja li hi triq lokali, tiġi rranġata mill-kondizzjoni atroċi li tinsab fiha minħabba li din hi triq mill-aktar importanti tal-belt kapitali tagħna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija nkluża fil-lista ta' toroq għall-major patching li ser isir mid-Direttorat fix-xhur li ġejjin.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21134, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-reġistrar tal-korrispondenza tal-MEPA f'Għawdex mal-Maltapost tapplikax ukoll għall-korrispendenza li tittieħed by hand fl-uffiċċju tal-MEPA f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Iva, kull korrespondenza relatat mà l- applikazzjoni ta' żvillup tiġi trattata bl-istess mod.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21154, jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA adottatx b'mod uffiċjali l-iskemi ta' żvilupp kif approvati mill-Parlament? Jekk fl-affermattiv, bdiet titħaddem is-sistema ta' building levy ibbażata fuq infrastractural service charge sħiħa u mhux sussidjata kif qal li se ssir il-ministru fil-każ ta' l-estensjonijiet ta' l-iskemi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżercizzju flimkien mà entitajiet oħra sabiex jiġu sorvelati xi diffikultajiet proċedurali u legali sabiex jibda jitħaddem il-proċess taż-żonar u tfassil ta' toroq għal xi wħud mill-inħawi li riċentament daħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp. Dan il-proċess huwa wkoll marbut mà l-avviż legali li jikkonferma id-dħul ta' dawn l-artijiet ġewwa iż-żona ta' l-iżvilupp. Huwa mifhum li dawn iż-żewġ eżercizzji jintrabtu flimkien u l-eżitu tagħhom ser ikun magħruf fi żmien qasir
B'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti:
a) il-valur tax-xogħlijiet għal kull triq;
b) it-tul ta' kull triq;
c) kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat-toroq;
d) x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex identifikat sit għar-riallokazzjoni ta' l-SMEs li se jiġu affettwati mill-proġett tal-park and ride?
Jekk fl-affermattiv, fiex wasal il-proċess ta' riallokazzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li bħalissa hemm tliet (3) SMEs jokkupaw is-sit li se jintuża għall-proġett tal-park and ride. Il-Gvern identifika akkomodazzjoni alternattiva għal tnejn mill-SMEs f’Xatt l-Għassara ta’ l-Għeneb. Sadanittant, qed isiru preparamenti sabiex jiġu ri-allokati dawn iż-żewġ SMEs.
It-tielet SME ngħata permess jibqa’ fis-sit li għandu sakemm il-Gvern jidentifika akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu number plates personalizzati (tal-Lm500) s'issa u kemm kien l-ammont ta' flus li nġabar mill-ADT għal dawn in-number plates?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-trasport ta’ Malta ħarġet 608 number plate personalizzati :.
L-ammont ta’ flus miġbura mill-ADT huwa maqsum hekk.
500 @ Lm 100.00 - Lm 50,000.00
97 @ Lm 500.00 - Lm 48,400.00
6 @ Lm 510.00 - Lm 3,060.00
1 @ Lm 520.00 - Lm 520.00
1 @ Lm 600.00 - Lm 600.00
1 @ Lm 800.00 - Lm 800.00
1 @ Lm 1,000.00 - Lm 1,000.00
1 @ Lm 1,300.00 - Lm 1,300.00
608 Lm 105,680.00
Nixtieq ninfurma lill-Onorevoli Interpellant illi madwar sena u nofs ilu l-ADT kienet għamlet offerta promozzjonali lil Importaturi tal-karozzi ġodda fejn ġew offruti li jixtru 50
plate
għal prezz ta’ Lm 5,000.00, basta l-ħlas ikun bil-quddiem.
Din il-kampanja promozzjonali fissret illi l-aġenti tal-karozzi ġodda ħallsu s-somma ta’ Lm 50,000.00 bil-quddiem lil-Awtorita' dwar it-Trasport. B’din il-promozzjoni il-bejgħ ta’ pjanċi personalizzati rdoppja.
Dawn il-pjanċi jistgħu jintużaw biss għall-karozzi ġodda li jinxtraw mingħand l-istesss importatur tal-karozzi.