Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ingħatawx l-art li kienet tokkupa l-RDC fil-Marsa mill-Malta Enterprise? Fuq din l-art se tinbena fabbrika? Jekk fl-affermattiv, dan ix-xogħol se jsir mill-Malta Enterprise u l-kumpannija mbagħad tingħata l-kirja tal-fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret talba mill-kumpanija indikata, biex tingħata art industrijali biex tintuża għall reallokazzjoni u t-tkabbir ta’ l-operat tagħha, il-Bord tad-Diretturi tal-Malta Development Corporation fi Frar 2003 approvaw li tingħata art li tinsab fil-Marsa.
Fis-16 ta’ Novembru 2004, il-Malta Industrial Parks Ltd., infurmat lill-kumpanija, li nstabet biċċa art il-Marsa ta’ 33,393 metru kwadru, għall-użu mill-kumpanija biex jiġu prodotti u bbottiljati xorb (beverages) u ilma minerali. Għalhekk, fid-19 t’Awwissu 2005, sar att notarili, li bih il-kumpanija ingħatat biċċa art fil-Marsa ta’ 33,393 metru kwadru taħt titlu ta’ “temporary emphyteusis” għall-perjodu ta 65 sena. Il-kera annwali għal din l-art kellha tkun ta’ Lm33,393. Il-kumpanija kienet obbligata li tagħmel xogħol fuq din l-art għall-valur minimu ta’ Lm1,800,000 fi żmien 18-il xahar mill-approvazzjoni tal-permessi rikwesti skond il-Liġi.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21111 u 21246 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza lir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21111
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa u f'Għawdex?
Permezz ta' liema fondi qegħdin jiġu finanzjati dawn l-impjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-każ ta l-Impjant f'Għawdex, il-kuntrattur qieghed jaħdem fuq madwar ħamsin (50) fil-mija ta l-istrutturi previsti fl-impjant u ix-xogħol mistenni jitlesta għal nofs is-sena 2007.
Fil kaz ta' l-impjant tal-Mellieħa s'issa saru xogħolijiet ta' skavar li waslu biex jintemmu. L-impjant mistenni jibda jopera għal nofs is-sena 2007 . Barra minn hekk tlestew madwar tletin (30) fil-mija minn sensiela ta'mejnijiet li jiffurmaw parti integrali mill-istess progett u li ser iwasslu id-drenagg lejn dan l-istess impjant.
51 fil-mija ta l-impjant t'Għawdex qed jiġi ffinanzjat minn fondi Pre-Accession ta' l-Unjoni Ewropeja.
Il-proġett tal-Mellieħa qed jiġi ffinanzjat fit-totalita tiegħu mill-Ħames Protokol Taljan.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' kull kumitat ta' riabilitazzjoni, kull kumitat separatament, inkluż l-isem tal-proġett li saru x-xogħlijiet fuqu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-breakdawn tan-nefqa ta' kull kumitat ta' Rijabilitazzjoni hija kif tidher hawn taħt:-
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħlijiet fil-Knisja tal-Vitorja, Valletta
23,307.00
Xogħlijiet fil-Palazz, Valletta
1,888.00
Xogħlijiet fil-Knisja ta’ Sarria, Furjana
1,431.00
Xogħlijiet fil-Ġonna ta’ Hastings, Valletta
24,497.00
Xogħol ta’ Restawr fuq il-Monument ta’ Enrico Mizzi, Valletta
1,180.00
Proġetti żgħar oħra
33,197.00
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ Sant’ Anna, Isla
10,123.00
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ Sant’ Elena, Bormla
4,136.00
Xogħol fuq id-Dawl fi Pjazza Santa Margerita, Bormla
6,000.75
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ l-Imdina, Mdina
9,199.00
Proġetti żgħar oħra
7,859.00
Jista' il-Ministru jinvestiga għala l-uniku supplier ta' uniformijiet għall-iskejjel tal-gvern sal-lum, kważi xahar wara li bdew l-iskejjel, għadu ma ssuplixxiex l-items kollha meħtieġa u ħafna tfal għadhom mingħajr uniformi kompluta? Ma jaħsibx li jkun aħjar biex din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha, ikun hemm aktar minn kuntrattur wieħed għal provvista ta' uniformijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Membru jindika għal liema skola qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni OnSite li ħarġet matul din is-sena? Kemm hi l-ispiża għal din il-pubblikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-aktar ħin tard li l-pulizija tagħti permess għal ħruq ta' murtali tal-bomba waqt il-festi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħinijiet ta' ħruq ta' xogħolijiet tan-nar huwa regolat bit-Tieni Skeda tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Xogħolijiet tan-Nar u Esplożivi oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid sa liema data jridu jiġu ppreżentati l-kontijiet għal proġetti li saru permezz tal-fondi mill-Protokoll Taljan sabiex dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-gvern Taljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet għall-proġetti li saru permezz tal-fondi mill-Protokoll Taljan iridu jiġu ippreżentati lid-Dipartiment tat-Teżor Taljan qabel it-30 ta’ Settembru 2007.
S’issa, il-Gvern Malti għamel 16-il talba ta’ rimbors taħt il-Protocoll Taljan. Dawn it-talbiet jammontaw għal total ta’ Eur.64,649,188.
Sa llum, Malta irċeviet total ta’ Eur.62,518,007 mill-fondi tal-Protokoll Taljan.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema proġetti ġew finanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2005-2006)?
Sa meta jistgħu jiġu sottomessi l-kontijiet ta' dawn il-proġetti sabiex ikunu jistgħu jitħallsu minn dawn il-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex code of practice għat-tħaddim tal-barrieri? Jekk fl-affermattiv, tista' titpoġġa kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha Kodiċi tà Prattika (Code of Practice) għall-barrieri u dan jifforma parti mill-Pjan għall-Ġebla Maltija (Minerals Subject Plan) li kien ġie approvat mill-istess Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fi Frar tat-2002.
Qed inpoġġi kopja tà estratt tà dan id-dokument (f’forma ta’ CD) fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li jsiru u jiġu nfurzati regolamenti sabiex karozzini u nġenji oħra miġbuda miż-żwiemel ma jgħaddux minn toroq arterjali peress li dan joħloq konfużjoni fit-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li diġa tħejjew xi regolamenti f'dan is-sens u qed ikunu diskussi mall-għaqdiet ikkonċernati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat il-persentaġġ ta' xogħol ta' renumbering tal-bibien li tlesta s'issa? Meta se jitlesta l-eżerċizzju kollu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat illi huwa diffiċli li wieħed jistma l-persentaġġ ta’ xogħol ta’ renumbering tal-bibien li tlesta' s’issa meta wieħed iqis li dan l-eżerċizzju huwa wieħed dinamiku u t-tibdil fin-numri tal-bibien jiddependi minn diversi fatturi ewlenin fosthom il-bini ġdid li jkun qiegħed jinbena u bini ieħor li jista’ jinbena fil-futur, kif ukoll it-tibdil fl-ismijiet tat-toroq speċjalment fejn triq waħda tinqasam f’partijiet b’ismijiet diversi.
Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jipprevedi meta ser jitlesta' l-eżerċizzju kollu. Pero, bħala statistika, jista' jinghad li mill-1997 sa 2006, sar id-door numbering f'diversi bliet u rħula u dan bir-rata medja ta' 302 toroq fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-power station ta' Delimara hijiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emmissjonijiet ta' trab u NO? X'inhi l-pożizzjoni tal-power station tal-Marsa f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point tlestew kif previst fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif stipulat fil-kuntratt il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' miexi skond l-iskeda. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iskeda ta' xogħlijiet li huma lesti u d-dati li huma previsti għall-fażijiet li fadal isiru.
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett tal-cruise liner terminal tlestew kif previst fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed nressaq skeda ta’ xogħlijiet tal-proġett tal-Cruise Passenger Terminal skond kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, li turi x-xogħlijiet kif previsti fil-kuntratt tal-proġett imsemmi.
Phase 1 & 1A: (18 months)
Status
New Road way
Completed
Infrastructural services
Completed
Quayside bridge links
East side completed West side underway (to complete by
Dec ’06)
Water Plaza, Openings & improvements
Completed accept for above
Promenade & Piazza Development
Completed
3rd Party Buildings
Completed
Façade Restoration & Partial reconstruction
Completed
Temporary quay side passenger facilities
Completed
Security screening
Completed
Demolition works
Completed
Phase 1B (18 months)
One stop shop building for MMA
Completed
Phase 2: (18 months)
Restoration & conversion of Old Power Hse
a) “Magazino” Cruise Terminal facilities
Completed
b) Power House Façade restoration
to be completed by Dec ’06 owing to current operational commitments
Demolition works
Completed
Infrastructural works Completed
Service tunnel Completed
Bridge link (now an under road link) Completed
Road works Completed
Phase 3: (18 months)
FTB (Ferry Terminal Building) Underway – completion by end Dec’06
Vaults 1 – 6 Underway – completion by end Dec’06
Forni infill (Including Cruise Facilities) Completed
Pinto stores infill Façade completed
Baggage hall Part of power station set-up i.e. completed
Road junction improvements under study phase
Leisure & commercial 50% in operation – rest to commission by mid 2007
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett tal-Cottonera Waterfront tlestew sal-lum kif previsti fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.