Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar Bypass

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Liċenzji tal-Vetturi Kbar

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex ippjanat li jiżdied il-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi kbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda pjan jew diskussjonijiet għadejja dwar il-liċenzji tal-vetturi kbar.

Tigne' Point — MIDI

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-MIDI għandhiex talba sabiex jitneħħa l-bini ta' lukanda f'Tigne Point mill-obbligi li huma għandhom skond il-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru infurmat li l-MIDI għamlet sottomissjonijiet lill-MEPA sabiex ikun trasferit il-hotel għal Manoel Island. Skond id-deċiżjoni tal-MEPA il-Ministeru jevalwa il-bidla proposta skond l-obbligi tal-kuntratt.

EU — Proġetti

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega kif isir ħlas lill-kuntratturi li jkunu ħadmu fuq proġetti ffinanzjati minn xi fondi mill-Unjoni Ewropea? Il-ħlas l-ewwel isir mill-Gvern Malti u mbagħad jiġi reimbursed mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi wara li d-Dipartiment tat-Teżor jirċievi d-dokumenti mingħand il-Ministeri rispettivi u dawn jiġu skrutinizzati, il-ħlas isir b’direct credit transfer lill-kuntratturi fil-kontijiet bankarji tagħhom. Il-ħlas l-ewwel isir kollu mill-gvern Malti. Ir-reimbursement tal-parti pprovduta mill-Unjoni Ewropea tiġi mħallsa lura lill-gvern Malti wara li jsiru l-verifikazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjoniet ta’ l-ispiża tal-fond rispettiv.

Proġett ta' komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III B għal proġett tal-komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta, mid-dwana sa Kastilja permezz ta' escalator?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li leżitu ta' l-applikazzjoni tal-Proġett tal-Kommunikazzjoni bejn il-Belt Valletta, mid-Dwana sa Kastilja permezz ta' escalator taħt l-Interreg III B ma kienx fost il-proġetti li ġew aċċettati.

Xogħlijiet ta' Tisbieh

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21312 u jgħid liema xogħlijiet ta' tisbiħ saru mill-2003 sal-lum u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar peress li qed issir lista' tal-pagi u oħra tal-materjal għal kull proġett.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21310 u jagħti breakdown ta' l-ispiża kapitali fuq it-toroq fis-snin 2005 u 2006 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi matul din is-sena 2006 sa l-24 ta' Ottubru intefqu Lm 8,641,935 li kienu maqsuma kif jidhru hawn taħt :- Proġett Ammont Roads Capital Vote - Lm 6,204,504 Italian Protocol - Lm 610,000 EU Protocol (Pre-Assession Funds) - Lm 1,827,431 Proġett Ammont Roads Capital Vote - Lm 4,942,405 Italian Protocol - Lm 12,085,377 EU Protocol (Pre-Assession Funds) - Lm 59,826

Protokoll Taljan — Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21308 u B'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti: a) il-valur tax-xogħlijiet għal kull triq; b) it-tul ta' kull triq; c) kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat-toroq; d) x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta — Electric Mini-Cabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti għall-provvista ta' servizz ta' trasport bl-electric mini-cabs fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm appell kontra d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u għaldaqstant il-każ għadu għaddej mill-proċess ta' arbitraġġ.
Leg 10 PQ #21557 Sitting 450 2006-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens — Xogħlijiet ta' upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa għax-xogħlijiet ta' upgrading ta' Howard Gardens, Mdina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Toroq Arterjali — Twaħħil ta' Tabelli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21298 u jgħid: B'riferenza għat-tabelli li twaħħlu fit-toroq arterjali, jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom jitwaħħlu tabelli u kemm fil-fatt twaħħlu u kemm ġew imkissrin u/jew mibdula jew se jinbidlu? Kemm kienet l-ispiża kollha ta' dan il-kuntratt u kemm tħallsu flus s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Kumitati għar-Riabilitazzjoni — Proġetti

Question

Jista' il-Ministru jelenka liema proġetti se jsiru fit-tliet snin li ġejjin mill-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Imdina? X'inhi s-somma li hu stmat li se jqum kull proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-proġetti li huma maħsuba li se jsiru fis-sena 2007 mill-Kumitati għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Mdina huma, fost proġetti oħra, is-segwenti. Proġetti Stima (Lm) Master Plan għall-Belt Valletta 22,455 Tkomplija tax-xogħol ta’ restawr fil-Knisja tal-Vitorja, il-Belt 23,000 Xogħol ta’ restawr fil-Knisja Santu Rokku, Mdina 2,000 Proġetti (Iffinanzjati wkoll minn voti Kapitali oħra) Stima (Lm) Bieb Prinċapali ta’ l-Imdina 10,000 Torri ta’ l-Arloġġ, Birgu 120,000 Pavimentar ta’ Triq Merkanti u Pjazza San Ġwann, il-Belt 545,000 Dokumentazzjoni u interpretazzjoni ‘3D’ tal-Forti Sant’ Iermu, il-Belt Valletta 15,000 Tkomplija tax-xogħol ta’ restawr fil-Kappella tas-Salvatur, Kalkara 20,000 L-Onor. Interpellant japprezza li għat-tlett snin li ġejjin għad irid jinħadem programm speċifiku.

Ċitazzjonijiet permezz ta' speed cameras

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal over speeding permezz ta' l-ispeed cameras f'kull lokalita' separatament għas-snin 2005 u 2006 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tan-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2005, jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17055. Dwar l-2006, ninsab infurmat illi n-numru taċ-ċitazzjonijiet li nħarġu s'issa kien kif ġej: Lokalita' 2006 Qormi 3,555 San Pawl il-Baħar 1,998 San Ġiljan 12,553 Attard 4,612 Żebbuġ 5,359

Tas-Sliema — Xogħlijiet ta' Embellishment

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet ta' embellishment f'Għar id-Dud, Tas-Sliema? Dan ix-xogħol jinkludi wkoll xogħol ta' pavimentar tal-pedestrian area kollha? Kemm hu stmat li se jiġi jqum dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħol ta’ embellishment hu miexi kif ippjanat. Wara li issa tlesta' x-xogħol relatat mal-manutenzjoni/bini mill-ġdid tar-retaining wall ta' l-istess promenade, issa beda x-xogħol fuq il-kurduna ta’ barra u għal nofs Novembru mistenni jibda l-pavimentar tal-pedestrian area. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest f’Marzu 2007. Dan il-proġett hu stmat li ser jiswa madwar Lm200,000.

Mdina — Proġett tal-pavimentar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina inkluż breakdown ta' l-ispejjeż li jinkludi ħlas ta' overtime allowance u ħlas għall-monitoraġġ arkeoloġiku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża tal-proġett tal-pavimentar ta’ l-Imdina, nkluż breakdown ta’ l-ispejjeż li jinkludi ħlas ta’ overtime u ħlas għall-monitoraġġ arkeoloġiku, hija kif tidher hawn taħt:- Pavimentar ta’ l-Imdina : 2004 2005 2006 Total Xogħol ta’ konkos fl-art 8,075.00 33,879.51 21,399.26 63,353.77 Tqegħid ta’ pavimentar 100,068.35 206,485.71 114,441.03 420,995.09 Xogħol ta’ scarifying 3,135.00 32,710.86 15,720.37 51,566.23 Tiswija tad-drenaġġ 0 5,510.00 11,044.09 16,554.09 Overtime 5,656.92 3,940.29 4,238.19 13,835.40 Monitoraġġ arkeoloġiku 0 0 6,438.00 6,438.00 Total 116,935.27 282,526.37 173,280.94 572,742.58 Xogħol Ieħor : 2004 2005 2006 Total Xogħol ta’ ħadid 0,164.02 0 0 10,164.02 Testijiet ta’ġebel tal-qawwi 5,935.72 0 0 5,935.72 Xogħol tad-Dipartiment tal-Manufattura u s-Servizzi 30,000.05 0 0 30,000.05 Xogħol ta’ floodlights – Dipartiment tal-Manufattura u s-Servizzi 4,037.20 0 0 4,037.20 Materjal 2,791.95 4,959.32 4,571.67 12,322.94 Kiri ta’ l-inġenji 1,193.25 8,396.58 6,450.00 16,039.83 Servizzi 610.57 1,665.40 4,131.03 6,407.00 Xogħol ieħor 1,306.05 756.00 3,903.96 5,966.01 Tender għall-dawl ta’ l-art 0 18,428.00 2,280.40 20,708.40 Funtani ta’ l-Imdina 0 0 4,790.00 4,790.00 Floodlights għall-Katidral ta’ l-Imdina 0 0 1,302.74 1,302.74 Total 56,038.81 34,205.30 27,429.80 117,673.91 Grand Total: 690,416.49

Proġetti ta' tisbieh

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-proġetti ta' tisbieh li twettqu matul din is-sena u l-infiq li sar fuq kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni tat-tender għal proġett ta' Baċir Nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mall-Consortium Romegas għadhom għaddejjin. Bħalissa qegħdin fil-fażi ta' konklużjoni tal-proposti finanzjarji.

ADT — Ħlasijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' ħlasijiet pendenti li l-ADT għandha mal-kuntratturi tat-toroq li għalihom ġew preżentati kontijiet li sal-lum għadhom ma tħallsux, inkluż retentions, b'riferenza għal kull triq separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Jiena nħoss li l-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar u ma narax il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.