Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' junction f'Imdina Road, Attard kantuniera mat-triq li tagħti għal Misraħ Kola (fejn Mount Carmel Hospital), huwiex qiegħed isir mill-ADT jew mill-privat? Jekk mill-ADT, x'inhi l-istima tax-xogħlijiet? Jekk mill-privat, hemmx il-permess ta' l-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet li qegħdin isiru fil-junction imsemmija mill-Onor. Interpellant qed isir mill-privat.
Dan ix-xogħol qed isir bħala parti mill-kundizzjonijoiet ta' permess għall-iżvilupp maħruġ mill-MEPA.
Ninsab infurmat ukoll li bħal ma huma l-proċeduri normali l-kuntrattur applika għall-permessi meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħolijiet.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-proġetti li ġew sottomessi għal EU għal funding:
TEN.T - upgrading of Regional Road Bridge (ERDF);
TEN.T - Restoration and upgrading of Ħal Far Road. Phase III (ERDF);
Restoration and upgrading of Section of TEN.T (Civil Aviation Avenue, St. Paul's Bay Bypass, Mġarr Road, Gozo) - Cohesion Fund (kull triq separatament)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi:-
ERDF FUNDS
TEN.T - Upgrading of Regional Road -
Fiche Value
€5.537M (Lm2,376,380)
Bridge
Tender Value €4.651M (Lm1,996,057)
TEN.T – Restoration and upgrading
- Fiche Value €4.587 (Lm1,968,710)
of Ħal Far Road – Phase III
Tender Value €4.244M (Lm1,821,341)
COHESION FUNDS
Restoration and upgrading of Section of TEN.T
Civil Aviation Avenue - Fiche Value €1.20M (Lm515,160)
Tender Value €1.154M (Lm495,279)
St Paul’s Bay Bypass - Fiche Value €6.00M (Lm2,575,800)
Tender Value €5.952M (Lm2,554,723)
Mġarr Road, Gozo - Fiche Value €3.886M (Lm1,668,260)
Tender Value €3.376M (Lm1,449,136)
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21552 u 21806 u jagħti lista tal-proġetti ta' tisbieh li twettqu matul din is-sena u l-infiq li sar fuq kull wieħed minnhom?
L-ismijiet tar-rapporti li saru huma kif jidher hawn taħt:-
Awtorita’ Dwar it-Trasport:-
Sena
Isem tar-Rapport
2003
Security Report
Report re Electricity Installation
Final Payment Analysis Enforcement
Review of controls over work performed at the Licensing & Testing Directorate
2004
Possibility of setting up a company to operate the scheduled bus service in Malta
Operations Review of the Bus Ticketing System
Review of the procedures re Capital Expenditure Cycle of the Roads Directorate
Audit report on health, safety and fire protection
Professional study re Unit Costs related to Road Civil Protection
Reports on Italian Protocol Roads
2005
Survey & report
on
ATP Fuel
Report on DG Tanks Inspection & Certification
Better public transport
Park & Ride Projects
2006
Report on roads projects
Consumer Research
Test report re Mensija roads
Ministeru/Dipartiment:-
2004
Consultancy re Fort St Elmo
Consultancy re Pace Grasso Development
Consultancy re Cottonera Development
Consultancy re Cottonera Development
Consultancy re Cable Car Project
Legal Services
Professional Services re Valletta Entrance Project
Report re Pace Grasso Development Proposal
2005
Financial Projection re Cottonera Car Park
Drafting of legal instruments for the implementation of Motor Insurance Directive
Proposals on Harbour Developments
2006
Drafting of the CMR Convention
Drafting of the legislative draft in the English Langauage (CMR Convention)
Translation of Regulations re interoperability of electronic road toll systems
Advice re relocation of facilities to Sliema Wanderers FC
Advice re proposal put forward by MIDI plc i.c.w. clauses in emphyteutical grant
Due diligence enquiries re MIDI project
Follow up of Legislative Draft (CMR Convention)
Due diligence enquiries re: Dock 1
N.B. (Ara risposta għall-mistoqsija parlamentari 21976 f'Seduta nru. 470 ta' nhar it-Tnejn 27 ta' Novembru, 2006)
Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed isir bil-chemical waste li jipproduċu l-fabbriki tal-farmaċewtika f'Ħal Far?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għanda Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ammont sostanzjali ta' dan it-tip ta' skart qed jiġi esportat sabiex ikun rikoverat barra minn Malta billi f'Malta ma għandniex faċiltiajiet adatti għar-rimi/rikoveru ta' dan l-iskart. Mhux eskluż li hemm ammonti ta' dan it-tip ta' skart li huma maħżunin fl-industrija sakemm jiġu esportati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21630 u jgħid mingħand liema kuntrattur qegħdin jiġu mikrija l-jetting bowsers mid-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm tħallas il-kuntrattur għal dan is-servizz matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux qed tikri l-ebda 'jetting bowsers' għax il-kuntratt skada fl-aħħar ta' Awwissu 2006. Qabel din id-data il-kuntrattur kien Polisal u fl-aħħar tnax-il xahar tal-kuntratt tħallas Lm506,041.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21629 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema mhedded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21656 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-total ta' proġetti ta' toroq u junctions li ġew sottomessi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea bl-ispiża stmata għal kull proġett separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninform lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT issottometiet applikazzjoni għal bini ta’ toroq mill-fondi ta’ koezjoni u żewġ applikazzjonijiet ghall-bini ta’ toroq mill-fondi strutturali
L-applikazzjoni għall-fondi ta’ koezjoni tikkonsisti fi tlett proġetti li huma:
St Paul’s Bay Bypass - Fiche Value €6.00M (Lm2,575,800)
Tender Value €5.952M (Lm2,554,723)
Civil Aviation Avenue - Fiche Value €1.20M (Lm515,160)
Tender Value €1.154M (Lm495,279)
Mġarr Road Għajnsielem - Fiche Value €3.886M (Lm1,668,260)
Tender Value €3.376M (Lm1,449,136)
L-applikazzjonijiet għall-fondi strutturali huma:
Manwel Dimech Bridge - Fiche Value €5.537M (Lm2,376,380)
Tender Value €4.651M (Lm1,996,057)
Ħal Far Phase III - Fiche Value €4.587M (Lm1,968,710)
Tender Value €4.244M (Lm1,821,341)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-green wardens minn meta bdew jaħdmu sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Green Wardens minn mindu bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar 2006 sa l-10 ta' Ottubru 2006, kienu hekk:
Green Wardens
tal-MEPA ħarġu 458 ċitazzjonijiet permezz tal-
hand held computer
;
Green Wardens
ingaġġati mal-kumpaniji tal-Gwardjani Lokali ħarġu 2,175 ċitazzjoni permezz tal-
hand-held computer
.
Dan ifisser li minn mindu bdew jaħdmu s'issa, il-Green Wardens ħarġu total ta' 2,633 ċitazzjoni.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21661, jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' biodiesel li ntuża kull xahar kif ukoll l-average price għal kull xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Xahar
Litri
Ammont
(Lm)
Prezz
kull litru
(Lm)
Jannar
856.82
341.02
0.40
Frar
1,676.32
662.15
0.40
Marzu
1,835.32
750.65
0.41
April
1,754.78
710.69
0.41
Mejju
1,538.69
631.99
0.41
Gunju
1,811.31
766.99
0.42
Lulju
1,371.46
585.17
0.43
Awissu
1,331.02
561.69
0.42
Settembru
1,366.17
583.71
0.43
Ottubru
1,232.01
532.23
0.43
Total
14,773.90
6,126.29
0.41
(average)
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21308 u 21617 u b'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti:
a) il-valur tax-xogħlijiet għal kull triq;
b) it-tul ta' kull triq;
c) kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat-toroq;
d) x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21312 u 21615 u jgħid liema xogħlijiet ta' tisbiħ saru mill-2003 sal-lum u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li n-nefqa fuq kull proġett mmsemija fit-tabella annessa tirreferi għall-ispiża tal-materjal biss.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għal trasport bil-baħar mill-Kottonera u Tas-Sliema lejn il-Belt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kienet diġa ħarġet sejħa għall-offerti f'Mejju li għadda u minn dawk li applikaw ma kien hemm ħadd li jissodisfa l-kriterji meħtieġa li jiggarantixxu servizz kontinwu, effiċjenti u regolari minn diversi postijiet fil-port ta' Marsamxett u l-Port l-Kbir. Għaldaqstant ħa terġa toħroġ offerta oħra fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21621 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus dovut lid-dipartiment għad-disposal ta' l-iskart tal-bini sakemm dan il-ħlas beda jinġabar mill-Wasteserv?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-bilanċ ta’ flus dovut lid-dipartiment għad-
disposal
ta’ l-iskart tal-bini huwa ta’ Lm 131,369.28ċ li jkopri l-perjodu 1998 sa April 2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21552 u jagħti lista tal-proġetti ta' tisbieh li twettqu matul din is-sena u l-infiq li sar fuq kull wieħed minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-Excavation and Party Walls Document maħruġ mill-BICC?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Draft Policy Document 2005 - Excavation and Party walls,liema rapport kien ġie ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika.