Malta Resource Authority — Public Service Obligation
Question
Jista' il-Ministru jfisser x'inhi l-public service obligation li tħallas il-Malta Resource Authority għall-Enemalta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fil-preżent ma tħallas ebda kumpens lill-Korporazzjoni Enemalta għal xi obbligazzjoni għal servizz pubbliku. Madanakollu, tlesta' abbozz ta’ kuntratt għal public service obligation, li ’l quddiem għandu jingħata mill-Gvern lill-Korporazzjoni Enemalta. Dan skond il-politika tal-Gvern hekk kif imħabbra fl-aħħar budget. Il-Gvern ser jgħaddi lura lill-Enemalta bħala sostenn għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku parti mill-fondi li jkun daħħal mid-dazju fuq il-fuels (ara tabella 13: Dħul u nfieq proġettat tal-Gvern għall-2007, Diskors tal-baġit 2007).
Jista' il-Ministru jara li fetħiet li hemm fis-centre strip ta' l-Imtarfa bypass jiġu magħluqa peress li huma ta' periklu kbir minħabba vetturi li jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta’ l-Imtarfa Bypass li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant saru sabiex ikunu jistgħu jintużaw f’każ ta’ inċident jew emerġenza fil-karreġġjata li tagħti għall-Belt.
Sabiex jitnaqqas l-abbuż mis-sewwieqa u l-periklu tal-karozzi li jaqsmu t-triq, l-Awtorita’ ta’ Trasport ta’ Malta ser timplementa
removable bollards
li jkunu jistgħu jitneħħew f’każ ta’ emerġenza.
Jista' il-Ministru jara li l-wiċċ tar-rampa tal-konkos li hemm fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard (aċċess minn ġol-ġnien) jiġi llixxat peress li hu fi stat imqalla bil-konsegwenza li meta jaqgħu t-tfal jispiċċaw mibruxin kollha?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21629 u 21878 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema mhedded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ma tagħmilx spezzjonijiet b’CCTV fuq mains tad-drenaġġ li jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Waste Water Unit fi ħdan Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
L-Awotrita' dwar it-Trasport tagħmel il-konsultazzjoni neċessarja ma’ din il-Korporazzjoni dwar xogħlijiet ta’ drenaġġ li jkunu meħtieġa max-xogħlijiet tat-toroq.
Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq li minnhom se jitneħħew l-ispazji ta' parkeġġ li huma definiti bħala llegali fil-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorita’ dwar it-Trasport qiegħda taħdem fuq lista ta’ parkeġġi llegali li ser jitneħħew mit-toroq tal-Belt. Din il-lista ta’ parkeġġi llegali tinkludi dawk il-parkeġġi li bħalissa jsiru fuq il-bankini u li għalhekk jostakolaw żoni pedonali; parkeġġi li jseħħu f’kantunieri u li jostakolaw il-visibilita’ ta’ min ikun qed isuq, kif ukoll jostakolaw l-abbilta’ ta’ immanuvrar tas-sewwieqa; parkeġġi f’toroq dojoq li mhux permessi li jsiru minħabba l-wisa’ tat-triq.
Dawn il-parkeġġi llegali huma kollha ta’ dannu mill-għat ta’ sigurta’ u għalhekk ser jibdew jitneħħew l-ewwel mit-toroq tal-Belt Valletta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683 u 21982 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett Sewage Transmission Infrastructure li se jiġi funded permezz ta' l-ERDF? X'inhu l-valur ta' dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tas-Sewage Transmission Infrastructure li għalih se jintużaw fondi ta' l-ERDF jikkonsisti f'upgrading tal-Marsa Pumping Station u bini ta' mina (gallery) ta' 5 kilometri u pressure main twil kilometru (1) li jwasslu għar-Rinella. L-istima tal-proġett hi ta' Lm3,800,000.
Jista' il-Ministru għid kemm-il darba siefer u kemm ingħata allowance il-perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlett snin il-Perit li dettalji tiegħu kienu ngħataw separatament, siefer sitt (6) darbiet fuq xogħol tal-Gvern. L-
allowance
li ngħata kienet tammonta għal Lm1,904.58ċ, skond iċ-Ċirkularijiet ta' l-MPO Numru 1/2004, 77/2004, 8/2006 u anke MPO/BI Numru 1/94.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621 u 21852 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar dwar ir-rapport li l-konsum ta' dawl u ilma fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hu esaġerat u t-talba għar-reviżjoni tal-kontijiet relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li ġie analizzat il-kont, l-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma approva tnaqqis ta' Lm 144.60 fuq l-ilma.
Il-konsumatur ġie notifikat b'dan fil-15 ta' Novembru 2006.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex tikkonsidra b'mod pożittiv talbiet minn transport contractors u freight forwarders għall-art f'żoni industrijali bħalma seħħ fil-każ ta' kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ngħata art fl-area industrijali ta' Ħal Far?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise ma hijiex tikkonsidra b’mod pożittiv talbiet minn transport contractors u freight forwarders għal art f’żoni industrijali peress li din l-attivita’ m’hijiex waħda li tikkwalifika taħt il-Business Promotion Act.
Il-kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx allokata art fl-area industrijali ta' Ħal Far.
Jista' il-Ministru jgħid kif jimtela' l-ġibjun li ġie mibni fil-park tas-Salina quddiem il-lukanda Bellavista, liema ġibjun inbena sena u nofs ilu? Is-sistema tal-mili tal-ġibjun hi lesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sistema tal-mili tal-ġibjun li hemm fil-park tas-Salina hija lesta tant li dan l-istess ġibjun jimtela bl-ilma tax-xita minn sistema ta’ culverts u water catchments li nbnew taħt il-kurduna tal-bankina matul it-triq faċċata tal-lukanda 'Bella Vista'. L-ilma kollu li jinġema fit-toroq tal-viċinanzi jaqleb għal go dawn il-water catchments.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-proġetti li se jiġu funded permezz ta' l-ERDF "Tourism Product Improvement" - Crucifix Hill and Howard Gardens, kull proġett separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-proġetti ta’ l-ERDF 15 fl-Imdina u fil-Belt Valletta ser ikunu approssimament kif ġej:
Ġnien Howard Lm 350,000
Bankina Ġlormu Cassar Lm 177,000.
Dawn il-valuri jistgħu jinbidlu peress illi l-kontijiet finali għadhom qed jiġu finalizzati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21519 u 21742 u jgħid x'kien id-dħul tal-Wasteserv għad-disposal ta' l-iskart matul is-sena 2005? Kemm hu d-dħul għal din is-sena sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Wasteserv għad-disposal ta' l-iskart matul is-sena 2005 kien ta’ Lm 1,867,902.80 u minn Jannar sa Settembru 2006 kien ta’ Lm 1,068,694.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21522 u 21759 u jgħid jekk il-power station ta' Delimara hijiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emmissjonijiet ta' trab u NO? X'inhi l-pożizzjoni tal-power station tal-Marsa f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li huma biss żewġ boilers f'Delimara li nbnew fl'1990 li m'humiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet tat-trab u ta' l-NO. Il-bqija tal-impjant li hemm Delimara kif ukoll l-impjant kollu tal-Marsa Power Station huma konformi mar-regolamenti. L-Enemalta għamlet diversi tentattivi biex tnaqqas l-emissjonijiet iżda bla suċċess u għalhekk issa ħarġet "tender" għal servizz ta' konsulenza f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21533 u 21763 u jgħid liema partijiet tal-proġett tal-Cottonera Waterfront tlestew sal-lum kif previsti fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kuntratt tal-Kottonera jistipula li ix-xogholijiet jsiru wara li jinhareg l-Outline Development Permit tal-Malta Environment and Planning Authority. Sa issa nhargu permessi fuq dan li gej;
Twaqqa’ il-bini maghruf bhala il-‘White Building’.
SPA Fitness Mariners Residences Club – Inhareg il-permess sabiex jsir restawr tas-sit u uzi godda u estensjonijiet.
Zvilupp ta’ Sea Wall fuq in-naha tal-Kalkara ma genb ir-residenzi.
Sar xoghol ta’ mautenzjoni u restawr fuq l-arja ta’ Santa’ Anglu u preparazzjoni ghall-iszilupp tas-Sea Gate Vaults u De Gurial Battery. Ser inhareg permess fil-gimght li gejjien ghas-Sea Gate Vaults sabiex jigu irrestawrati u jigu zvilupati f’stabilimenti ta’ entertainment u catering.
Inbnew ir-residenzi ta’ Sant’ Anglu li jinkludu postijiet kummercjali u restawr tal-Caraffa Stores li qed jintuzaw bhala venue ghal attivitajiet kulturali. Dan jinkludi Belveder fuq il-livell tal-Birgu jhares lejn il-Kalkara.
Sar ix-xoghol fuq zewg substations u il-utilities fl-arja kollha. (PA 5804/02)
Tlesta x-xoghol fuq r-restawr u il-konverzjoni ta’ Scamp’s Palace f’ Casino u catering.
Tlesta x-xoghol fuq it-Tezorerija li tinkludi stabilimenti u ristoranti u kif ukoll servizzi ancillari.
Twaqqa il-bini maghruf bhala ic-China Buildings u gie estiz il-moll ta’ Sant Anglu.
Qed ssir xoghol fuq il-‘Fuel Line’ tul il-moll tal-Marina minn Xatt ir-Risq sal-moll ta’ Sant Anglu.
Sar ix-xoghol foq il-moll tal-Birgu mill-arkata tal-Ammiraljat sa gol-Menqa li jinkludi; pedestrianisation, pavimentar, soft u hard landscapinging, upgrading maniggjar tas-servizzi kollha, dwal u bankijiet jif ukoll stallazzjonijiet ta’ l-arti.
Tlesta x-xoghol fuq il-Marina b’ 35 irmigg (20-25 metru), 14 irmigg (20-35 metru), 20 irmigg (50-85 metru) 6 rmiggi (80-100 metru).
Saru xogholijiet ta’ infrastruttura li jinkludu; mains tad-drenagg u pumping station, ilma, sistema ta’ l-elettriku u ta’ telefonija.
Rigward il-partijiet l-ohra tal-koncessjonijiet saru dawn l-applikazzjonijiet lill-MEPA:-
Nru ta’ l-Applikazzjoni Sit Stat
PA 4986/00 Senglea Club House & Restaurant Appell
PA 4988/00 Senglea Fuel Station Appell
PA 4989/00 Pied - a – Terre Pendenti
PA 4996/00 De Guiral Posposta
PA 4261/01 Hotel Processar
PA 4767/00 Macina Pendenti
PA 4908/00 Cement Stores Processar
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335 u 21683 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għad qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Peress li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tixtieq tipproċedi bl-akkwist tad-dar tagħha li hi proprjeta' tal-gvern, liema proċess kien diġa' inbeda xi snin ilu, tista' il-Ministru tgħid xi trid tagħmel din il-persuna biex tikkonkludi dan il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fl-1998, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet applikat biex tixtri l-post tal-Gvern fejn toqgħod taħt Skema I ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, liema Skema kienet fis-seħħ dak iż-żmien.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikant ma kienx qabel mal-prezz stabbilit mill-Awtorita’. L-applikant għamel rappreżentazzjonijiet ma’ l-Awtorita’ f’dan ir-rigward u, wara li ġie nfurmat li l-prezz ma setgħax jiġi rivedut, ikkanċella l-applikazzjoni.
Jekk din il-persuna għadha nteressata li tixtri l-post fejn toqgħod għandha tapplika mill-ġdid taħt l-iskema relatata eżistenti, Sir Sid Darek.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-proġett "upgrading of the Sant'Antnin waste treatment plant and natural recycling and recovery facility" li hu funded permezz tal-Cohesion Fund?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valur tal-proġett Upgrading of the Sant'Antnin Waste Treatment Plant and Material Recycling Facility li hu ffinanzjat permezz tal-Cohesion Fund huwa ta’ Lm 5,936,200.00 (VAT u kontinġenza esklużi). Ir-rata ta' ko-finanzjament hija ta’ 70% għall-Unjoni Ewropea u ta’ 30% għall-Gvern Malti. Il-proġett jinkorpora fih xogħlijiet oħrajn li għandhom jiswew madwar Lm4 miljun oħra li se jiġu ffinanzjati mill-Gvern Malti.