Jista' il-Ministru jgħid xi fringe benefits igawdu l-operation managers fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet bħalma huma l-użu ta' karozza, eċċ.?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-Operations Managers ta’ dan il-Ministeru ma jgawdux minn fringe benefits.
Izda, minħabba n-natura tax-xogħol li bazikament hu li jsir spezzjoni kontinwa fuq xoghlijiet tad-divizjoni ta’ xi Operation Managers, erba’ minnhom jagħmlu uzu minn karozza tal-kiri biex ikunu jistgħu jmorru fuq il-lant tax-xogħol. Tlieta minn dawn l-Operation Managers jingħataw cards tal-Mobile biex ikunu aċċessibli waqt li jkunu barra fuq xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tinda l-kbira li ntramat f'Ta' Qali kenitx koperta bil-permessi tal-MEPA meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanti approvati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tinda l-kbira li ntramat f'Ta' Qali kienet koperta bil-permess ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) PA2192/06 li ħareġ fl-ewwel ta' Novembru 2006.
L-aċċess għall-materjal li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huwa stipulat fil-liġi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480 u 22620 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li r-runway ta' Ta' Qali se tinqala' u ssir ġnien minflok? Jekk fl-affermattiv, meta hu ppjanat li se jinbeda dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 2938/06 tirrerferi għal proġett ta' ġnien formali li jkompli bħala estensjoni mal-ġnien eżistenti fix-xlokk tal-periferija tar-runway ta' Ta' Qali.
Il-proġett huwa propost f’parti mir-runway u parti fil-buffer zone fuq il-grigal tar-runway, kif stipulat fit-Ta' Qali Action Plan, li jagħti din iż-żona għal Informal Recreation. L-applikazzjoni għadha pendenti. Ix-xogħol beħsiebu jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226 u 22480 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22302, jista' l-Ministru jagħti lista tal-proġetti kif ukoll il-project leaders rispettivi tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-project leaders huma nies li jaħdmu fi ħdan l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru. Ma nħossx f’dan l-istadju li għandi nispeċifika min huma.
Jista' l-Ministru jara li r-rotta ta' devjazzjoni tat-traffiku li saret minħabba x-xogħlijiet fuq il-pont fi Triq Manuel Dimech u li tgħaddi minn nofs ir-raħal ta' H'Attard titneħħa peress li din sejra toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti kif ukoll għax-xufiera, peress li ċ-ċentru tar-raħal ikun magħluq waqt il-ħin tad-dħul u ħruġ mill-iskola primarja tar-raħal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi r-rotot ta’ devjazzjoni tat-traffiku minħabba x-xogħlijiet fuq il-pont ta’ Manwel Dimech saru f’ diversi lokalitajiet u kienu intenzjonati biex jagħqdu n-Nofs in-Nhar, maċ-Ċentru w it-Tramuntana ta’ Malta. Għaldaqstant, ir-raħal ta’ H’Attard mhuwiex intenzjonat li jintlaqat b’mod dirett, L-inħawi msemmija mill-Onorevoli Nterpellant ser ikunu mmonitorjati fil-jiem li ġejjien sabiex tiġi evalwata l-possibilita’ li jittieħdu xi miżuri li jistgħu jkunu neċessarji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu VAT u dazju fuq l-importazzjoni tal-bio-diesel matul is-sena 2006? Minn min ġie importat il-bio-diesel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2006 (sa Novembru) tħallsu Lm398 dazju u Lm2280 VAT fuq l-importazzjoni tal-‘bio-diesel’.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarrfek illi dan hu tagħrif kummerċjali u għaldaqstant kunfidenzjali.
Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet f'St. Anthony Street, l/o Balzan/Attard jitlestew malajr kemm jista' ikun peress li din it-triq li t għaqqad it-tlett irħula ta' Ħ'Attard, Balzan u Lija ilha magħluqa għal aktar minn xahrejn b'inkonvenjent kbir għal dawk kollha li jgħaddu minnha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed ssir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-Waste Water Department tal-WSC.
Il-permess għal dan ix-xogħol ġie
extended
għal tliet ġimgħat oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bini li qiegħed jintuża bħala ħanut fl-Imsida u li hu milqut b'enforcement notice ECF 0475/06 għax mhux kopert bl-ebda permess tħalla jopera meta f'każi oħra tali ħwienet ġew issiġillati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sezzjoni ta’ l-infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigat il-każ, ECF 475/06, u dan ġie riferut lis-sezzjoni ta’ l-azzjoni diretta sabiex jittieħdu dawk il-passi neċessarji.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067 u 22226 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21976 hawn fuq imsemmija, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista korretta li qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852 u 22067 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683, 21982 u 22151 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21976, jista' il-Ministru jgħid min ipprepara r-rapporti msemmija u kemm tħallas għal dan is-servizz, kull rapport separatament?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-segwenti rapporti:
*Better Public Transport (2005);
*Park and Ride Projects (2005);
*Report or Road Projects (2006);
*Consultancy re Fort St. Elmo (2004); u
*Proposals on Harbour Developments (2005)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-rapport Halcrow ta’ Better Public Transport (2005) li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’seduta numru 460 għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari numru 21845.
Ir-rapport tal-
Park and Ride Projects
(2005) qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra filwaqt li r-Rapport
on Road Projects
(2006) huwa dokument intern li mhux opportun li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’dan l-istadju.
Il-
proposals on Harbour Developments
(2005) ma kienx rapport
per se
imma pariri bil-miktub dwar diversi materji li jirrigwardaw is-suġġett.
Dwar
consultancy re Fort St Elmo
(2004) nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal korrezzjoni li saret għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21976.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jingħata d-dritt ta' reconsideration u appell mill-MEPA f'każ ta' PC applications peress li dawn l-applikazzjonijiet ġieli jiġu rifjutati minħabba xi żball tekniku jew amministrattiv minn naħa tal-MEPA bil-konsegwenza li tinħoloq inġustizzja ma' l-applikant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġi u skond ġurisprudenza tal-Qorti ta’ l-Appell u tal Bord ta’ l-Appell ma hemmx dritt ta’ appell minn Planning Control Application. Ħadt nota tas-suġġeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid il-MEPA kemm tippermetti l-għoli massimu ta' ħajt ta' appoġġ bejn id-driveways ta' żewġ semi-detached villas, fl-ewwel għaxar piedi (front garden)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħajt ta' appoġġ bejn id-driveways ta' żewġ vilel semi-detached, fl-ewwel għaxar piedi (front garden), jitqies bħala parti mill-front garden u għaldaqstant l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) titlob li dan il-ħajt ma jaqbiżx l-għoli massimu ta' 1.4m kif stipulat fil-Policy and Design Guidance 2005, paragrafu 9.3.