Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' direct orders li ngħataw għal xogħlijiet ta' toroq matul is-sena 2006, inkluż il-valur ta' direct orders u lil min ingħata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704, 22945, 23101 u 23437 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mall-partijiet involuti kollha sabiex tkun riżolta din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm ġej jiswa l-proġett u kemm tħallsu l-kuntratturi s'issa? Meta suppost tlesta l-proġett u meta fil-fatt hu maħsub li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq residenzjali li ġew ikkuntrattati, inkluż il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħol skond l-iskema l-ġdida li tħabbret ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet sospiża mix-xogħol tagħha fil-MEPA?
Din il-persuna għadha sospiża u jekk fl-affermattiv, b'liema rata ta' paga qiegħda titħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għadha sospiża u dan wara li l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet infurmata li l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontriha u li dawn il-proċeduri kienu jirrigwardaw materji ta’ ċertu gravità.
Skond il-proċeduri ta' dixxiplina applikabbli skond il-ftehim kollettiv, meta impjegat ikun mixli b'reat kriminali, l-impjegat jista’ jiġi sospiż imma l-ebda passi dixxiplinari m’għandhom jittieħdu sakemm ikunu għadhom għaddejin il-proċeduri fil-Qorti. Għalaqstant l-impjegat jibqa’ jitħallas il-paga tiegħu. Ta’ min wieħed iżid li skond il-Ftehim Kollettiv jekk il-persuna tinstab ħatja jinħatar Bord tad-Dixxiplina li jiddeċiedi x’provvedimenti għandhom jittieħdu kontra l-persuna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista ta' l-esperti tal-Qorti, il-kwalifiki tagħhom relatati mas-settur li huma esperti fih u r-rati tal-ħlas tagħhom fis-siegħa, kull espert separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati Ċivili jiġu ppublikati regolarment tlett listi ta' esperti - Inġiniera, Arkitetti u Inġiniera Ċivili u Accountants. L-aħħar listi li ġew ippublikati kienu fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Diċembru 2005 fejn fihom dawn l-esperti ġew innominati għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006.
Fit-tlett każijiet, ir-rata tal-ħlas hija regolata a bażi ta' Tariffa G, 'Komputisti u periti oħra' u Tariffa K, 'Drittijiet li jitħallsu tal-periti', li qegħdin f'Kapitolu 12 tal-Kodiċi ta' l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Għal dak li jirrigwardja l-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ninsab infurmat illi ma hemmx lista kumpilata ta' 'esperti tal-Qorti'. Il-Qrati llum huma liberi li jappuntaw persuna biex iservi ta' 'espert tal-Qorti', skond id-diskrezzjoni tal-ġudikant.
Dawn l-esperti jitħallsu 'arbitro boni viri' u jiġu ntaxxati mir-Reġistratur dwar id-dritt u spejjeż dovuti lilhom.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23114, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-substations ta' l-elettriku kien hemm il-bżonn tagħhom għal xi proġett partikolari nkluż l-isem tal-proġett?
F'każ li l-bżonn ta' substation hu minħabba konsum akbar ta' elettriku minħabba xi proġett partikolari, min iħallas għal din is-substation, jiġifieri l-Enemalta jew l-iżviluppatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704, 22945 u 23101 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min jikkwalifika għal miżura tar-reduced hours fis-servizz pubbliku kif imħabbra fil-budget bħala miżura favur il-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-miżura li tħabbret fil-budget fissret li l-benefiċċju applikabbli fis-servizz pubbliku issa japplikaw ukoll fis-Settur Pubbliku.
Jikkwalifikaw għar-reduced hours dawk l-impjegati li jaħdmu whole-time b’eċċezzjoni ta’ dawk li jaħdmu fuq Performance Agreement jew Kuntratt bil-kundizzjonijiet stabbiliti, kif ukoll il-membri bl-uniformi ta’ l-Armata ta’ Malta. Iżjed dettalji dwar dan il-benefiċċju jinstabu f’Sezzjoni 3.1.6 tal-PSMC (Public Service Management Code).
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid min huma l-operation managers li għandhom allowance għall-użu tal-karozza u liema huma dawk li għandhom allowance għall-użu tal-mobile?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-ebda Operations Managers ta’ dan il-Ministeru m’għandu allowancela għall-użu tal-karozza u lanqas għall-użu tal-mobile.
Nirreferi għall-mistoqsija Parlamentari Numru 22928 fejn f’dan il-Ministeru minħabba n-natura tax-xogħol ta’ xi Operations Managers, erba’ minnhom jagħmlu użu minn karozza tal-kiri biex ikunu jistgħu jmorru fuq il-lant tax-xogħol, filwaqt li tlieta jingħataw cards tal-mobile biex ikunu aċċessibli waqt li jkunu barra fuq xogħol.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704 u 22945 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22065, jista' l-Ministru jgħid jekk l-allowances imsemmija jinkludux l-uzu tal-karozzi u l-fuel? Jekk fin-negattiv, għalkemm kien jammonta l-allowance għall-karozzi u l-fuel?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22065 li għaliha rrefera, m’għandha x’taqsam xejn ma’ din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 22949 u jagħti lista ta' proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista bid-dettalji tal-proprjeta’ li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta’ l-elettriku f’dawn l-aħħar 12-il xahar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620 u 22704 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata petrol u diesel mill-pompa tal-gvern f'Ħal Kirkop? Liema dipartimenti jużaw il-faċilitajiet ta' din il-pompa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 l-ammont ta’ fuel li ngħata mill-pompa tal-Gvern f’Ħal Kirkop kien hekk:-
Unleaded Petrol
163,392 litri
LRP
34,154 litri
Diesel
480,530 litri
Biodiesel
17,970 litri
Id-Dipartimenti kollha li jaqaw taħt il-Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura u l-Kunsill Konsultattiv għall-Bini u l-Industrija juzaw il-faċilitajiet ta’ din il-pompa. Id-Dipartiment tal-Housing, id-dipartiment tal-Construction and Maintenance fi hdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali, il-WasteServ u l-Forzi Armati ta’ Malta ukoll juzaw dawn il-faċilitajiet.
Tista' l-Ministru tgħid min jikkwalifika għal miżura ta' reduced hours fis-servizz pubbliku, kif imħabbra mill-Prim Ministru bħala miżura favur il-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-legal notice li permezz tagħha jidħlu fis-seħħ l-estenzjonijiet għall-iskemi li ġew approvati mill-Parlament f'Lulju tas-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jitħejja l-avviż legali biex jiġi attivat dak li approva l-parlament f'Lulju li għadda. Sadanittant, qed tiġi stabbilita ukoll il-proċedura ta' kif isir l-ippjanar ta' dawn l-inħawi, l-għoli tal-binjiet, u l-ħlasijiet dovuti għall-infrastruttura.
Minħabba d-dettalji tekniċi u legali li jistgħu joħolqu komplikazzjonijiet il-proċess ħa xi ftit iżjed milli kien mistenni. Ninsab infurmat li l-proċess issa jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jkun konkluż fi żmien qasir.