Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi ta' l-UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24541 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti li ġew proposti għall-finanzjament permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2007-2013) inkluż l-valur stmat ta' kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-proġetti taħt il-Programmi 2007-2013 għadha ma saritx. Din trid issir meta jiġu approvati l-Programmi Operattivi li bħalissa qegħdin fi stat avvanzat ta’ diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu l-Pajjiżi Membri huma mħeġġa mill-Kummissjoni stess li jibdew jippreparaw l-project pipe-line tagħhom fil-qafas ta’ l-istrateġija (NSRF) li fil-każ ta’ Malta hi maqbula diġà mal-Kummissjoni Ewropea. Tajjeb li nsemmi li s’issa, Malta biss mis-27 Stati Membri għandha l-istrateġija approvata. Il-lista tal-Proġetti, la darba jintgħażlu, tkun pubblika.

WSC/Enemalta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24520 u jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati f'setturi li huma affettwati mill-privatisation tal-metering and billing systems tal-WSC u Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-mudell li fiħ ser ikunu qegħdin joperaw il-ħaddiema imsemmija mill-Onor Interpellant ser jiġi definit wara li l-korporazzjonijiet jlestu l-evelwazzjoni tagħhom tas-sejħa għall-offerti ta' l-IUBT. Madanakolu, irrispettivament mill-mudell li ser jiġi stabilit, dawn il-ħaddiema ser jibqgħu jżommu l-pożizzjoni li għandhom jew ser ikollhom mal-korporazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Mtarfa bypass — Centre strip

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Investigazzjoni dwar persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-investigazzjoni li tirrigwarda l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġie investigat in konessjoni ma' każ ta' misuse tal-computer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ġie nvestigat mis-Central Information Management Unit u l-MITTS. Il-persuna nvoluta kienet ingħatat twiddiba bil-miktub skond Regolament 19 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina.
Leg 10 PQ #24521 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-Biċċerija ta' Għawdex? Din il-Biċċerija qegħda tiffunzjona bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23865.

Fondi ta' l-UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti li ġew proposti għall-finanzjament permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2007-2013) inkluż l-valur stmat ta' kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24188 u jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq l-Għadajjar, Triq in-Naħla, Triq il-Ħaġar, Triq Żmien il-Bronż u Triq il-Wied fil-Mosta humiex isiru u jitħallsu mill-awtorita' dwar it-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li mill-lista ta’ toroq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant, l-ADT qed tagħmel xogħol fi Triq in-Naħal u Triq l-Għadajjar biss.

Kummissjoni Ewropea — TEN-T

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24205 u jikkonferma jekk il-Kummissjoni Ewropea naqqsitx b'mod drastiku l-budget tal-programm ta' titjib infrastrutturali ta' toroq magħruf bħala TEN-T? Jekk fl-affermattiv, kif ġew affettwati l-proposti tal-gvern Malti taħt dan il-programm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru ippreżenta l-proġetti proposti għall-bini mill-ġdid tal-kumplament mit-‘Ten-T Network’ għal finanzjament mill-fondi ta’ koezjoni ta' l-UE għas-snin 2007-2013 lil ‘Planning & Priorities Co-ordination Division’ f’OPM. Dawn il-proposti kienu inklużi ‘ Operational Pr ogramme 1’ li għadu ma ġiex mill-EU approvat u għalhekk mhux possibbli li wieħed jiġbed il-konklużjonijiet implikati fil-mistoqsija.

Drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24189, jista' l-Ministru jgħid min rebaħ din it-tender u x'inhu l-valur tax-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li rebaħ it-tender tal-Malta South Sewage Transmission Infrustructure huwa 'Rockcut Limited'. Il-valur tax-xogħolijiet huwa ta' Lm3,173,327.75c.

Enemalta — MIDI/Holiday Inn

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24204 u jgħid jekk l-Enemalta għandhiex l-kapaċita' biżżejjed sabiex tforni b'mod suffiċjenti l-proġett tal-MIDI (Tigne Point) kif ukoll li l-iżvilupp tas-sit tal-Holiday Inn meta dawn iż-żewġ proġetti jitlestew? Jekk fin-negattiv, x'beħsiebha tagħmel l-Enemalta f'din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 24190.

Magħtab — Gassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal gassijiet li se jinġibdu mill-miżbla tal-Magħtab?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23648.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq l-Għadajjar, Triq in-Naħla, Triq il-Ħaġar, Triq Żmien il-Bronż u Triq il-Wied fil-Mosta humiex isiru u jitħallsu mill-awtorita' dwar it-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23839 u 23966 u jgħid f'liema stadju waslet it-tender CT 360/2WS "Malta South Sewage Transmission Infrastructure"?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-tender ingħata u l-kuntratt ġie iffirmat. Qed issiru l-preparamenti neċċessarji mill-kuntrattur sabiex malli jinħareġ il-permess tal-MEPA jinbdew ix-xogħolijiet.

Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' tad-dipartiment ta' l-artijiet u tal-Joint Office matul l-2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2006, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern daħħlet is-somma ta' erbgħa u għoxrin miljun, sitt mija u tlieta u għoxrin elf, mija u erbgħa u erbgħin Lira Maltija (Lm24,623,144) mill-bejgħ ta' proprjeta' tad-Dipartiment tal-Artijiet u tal-Uffiċċju Konġunt.

Ta' Qali — Kiri tal-park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus għal kiri tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali għal festival tal-birra? Dan il-ħlas sar lill-gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-flus għall-kirja ta’ parti mill-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali għall-festival tal-birra kienu Lm3,236.32. Barra dan l-ammont tħallsu wkoll Lm1,585.52 għall-ħsarat li saru waqt il-festival. Iva, dan il-ħlas sar lill-Gvern.

Enemalta — MIDI/Holiday Inn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex l-kapaċita' biżżejjed sabiex tforni b'mod suffiċjenti l-proġett tal-MIDI (Tigne Point) kif ukoll li l-iżvilupp tas-sit tal-Holiday Inn meta dawn iż-żewġ proġetti jitlestew? Jekk fin-negattiv, x'beħsiebha tagħmel l-Enemalta f'din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — TEN-T

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Kummissjoni Ewropea naqsitx b'mod drastiku l-budget tal-programm ta' titjib infrastrutturali ta' toroq magħruf bħala TEN-T? Jekk fl-affermattiv, kif ġew affettwati l-proposti tal-gvern Malti taħt dan il-programm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hemmx xi ħsieb li jingħataw promotions fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, f'liema gradi se jingħataw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bħal ma jsir kull sena, matul din is-sena wkoll ser joħorġu għadd ta’ sejħiet għall-promozzjonijiet f’dan il-Ministeru. Għada għaddejja korrispondenza mal-Management and Personnel Office dwar dan.