Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24862 u jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l-permess tal-MEPA? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r-rotta ta' dan il-culvert?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24872 u jgħid x'faċilitajiet huma ppjanati li se jiġu pprovduti sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu b'mod safeil-bypassta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li hu ppjanat li jiġu nstallati Pelican Lights għal area f’Tal-Fjuri, kif ukoll zebra crossings madwar ir-roundabout ta’ l-Erba Mwieżeb, u tax-Xemxija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24671 u 24846 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi għamlu l-VRT matul is-sena 2006 maqsumin skond il-kategorija tal-vettura? Kemm minn dawn il-vetturi fallew it-test? Jista' jagħti l-lista tal-VRT stations u jgħid kemm vetturi fallew it-test tal-VRT f'kull station separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li matul l-2006 kien hemm 117,951 vettura li għamlu t-test inizjali. Dawn kienu jikkonsistu f’107,304 vettura fil-kategorija t-Tieni Klassi (vetturi li l-piż gross tagħhom hu taħt it-3.5 tunnellata) u 10,647 vettura fil-kategorija tat-Tielet Klassi (vetturi li l-piż gross tagġhom u 3.5 tunnellata jew aktar).
Kien hemm 14,124-il vettura li m’għaddewx mit-test inizjali. Dawn kienu jikkonsistu fi 12,223 vettura tat-Tieni Klassi u 1,901 vettura tat-Tielet Klassi.
Ma nħossx li l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' l-aħħar fażi tat-triq ta' Ħal Far li saret permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant tlesta f’Diċembru tal-2006 u bħalissa għaddej xogħol ta’ snag works, verifikazzjoni ta’ numru ta’ testing results u qed jiġu finiliżżati il-final bills tax-xogħlijiet. L-Awtorita tat-Trasport tkun f’pożizzjoni li tikkonferma l-ammont finali tax-xogħlijiet in kwistjoni meta x-xogħol fuq il-final bills imsemmija ikun lest.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ħlas għad-drenaġġ f'każ ta' applikazzjoni lill-MEPA għal bini ta' farm ta' l-annimali jitneħħa peress li dawn it-tip ta' farms mhux permissibbli li jużaw il-main tad-drenaġġ, iżda jridu jagħmlu fossa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li qiegħed jirreferi għalih diġà tneħħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tank cleansing farm tal-Malta Dockyard f'Ricasoli għadux jintuża? Jekk fl-affermattiv, kemm-il darba ntuża matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Tank Cleaning Station ġewwa Ricasoli għadu jintuża mill-Malta Shipyards. F’ dawn l-aħħar ħames snin sar dan l-użu mit-Tank Cleaning Station:
Fis-sena 2002 daħlu 20 vapur direttament ġewwa t-Tank Cleaning Station filwaqt li 71 vapur ġewwa l-Malta Shipyards għamlu użu mill-istess faċilitajiet sabiex jeħilsu miż-żjut u jnaddfu t-tankijiet.
Fis-sena 2003 daħlu 11-il vapur diretti u 57 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2004 daħlu 9 vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2005 daħlu 7 vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2006 daħlu 11-il vapur diretti u 46 mill-Malta Shipyards.
Ħaddiema tas-settur pubbliku — Xogħol ta' segretarju eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk impjegat fis-settur pubbliku jistax japplika ħalli jiġi seconded għal xogħol ta' segretarju eżekuttiv mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vakanzi li jinħolqu ta’ Segretarju Eżekuttiv qedgħin jintlew wara sejħa t’applikazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku.
Għaldaqstant, impjegati fis-settur pubbliku m’għadhomx jiġu sekondati ma’ Kunsilli Lokali sabiex iwettqu dmirijiet ta’ Segretarju Eżekuttiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24671 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24667, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza mibgħuta minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-OPM lill-ministeru fuq dan il-każ wara li saret it-twiddiba lill-persuna konċernata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li għall-istess raġunijiet li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24667, mhux fl-interess pubbliku li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-korrispondenza mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24665 u jara li tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa issa li fl-aħħar jidher li x-xogħol fuq din it-triq se jitlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qegħda f’taħdidiet ma' l-Enemalta biex tiddawwal din it-triq peress li x-xogħlijiet ta' pajpijiet biex ikun hemm is-supply sar mal-proġett tal-bini tat-triq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu art pubblika ġiet użata għall-bini tal-lukanda Excelsior? Il-foreshore taħt il-lukanda Excelsior hi pubblika?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta' tlett kuntratti li permezz tagħhom l-art fejn hemm il-lukanda Excelsior ingħatat b'ċens temporanju li jagħlaq fid-29/02/2116. Minn dawn il-kuntratti jirriżulta li l-art mogħtija b'ċens twassal sal-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l-permess tal-MEPA? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r-rotta ta' dan il-culvert?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet huma ppjanati li se jiġu pprovduti sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu b'mod safeil-bypassta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti li ġew proposti għall-finanzjament permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2007-2013) inkluż l-valur stmat ta' kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24668.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962, 15126, 15382 u 15439 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge,x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dibattitu li għadu kemm sar dwar l-Estimi tal-Enemalta fejn tajt spjega eżawrenti tal-miżuri kollha.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 24445, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport investigattiv li sar mill-MITTS u l-central information management unit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba raġunijiet ta’ privatezza skond id-Data Protection Act ta’ l-2001, ma jkunx prudenti li npoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-kamra.