Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 25701 u 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija nbniet fuq il-livelli mogħtija mill-MEPA. Tajjeb jingħad li, peress li hemm applikazzjoni pendenti biex tinbena parti sostanzajali mill-art tul din it-triq, il-ħajt temporanju li ttella’ mill-kuntrattur inbena fil-wisa’ tal-bankina. Dan biex l-iżvilupp imsemmi jkun jista’ jsir wara dan il-ħajt u kif jitlesta, dan l-istess ħajt temporanju jkun jista jinħatt.
Jista' l-Ministru jgħid liema blokki ngħataw għall-esplorazzjoni għaż-żejt madwar il-gżejjer Maltin? Lil min ingħataw u meta ngħataw?
Response (ZAMMIT, NINU)
l-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jirreferi għall-website tal-Gvern: http://www.mri.gov.mt/oed.htm fejn isib id-dettalji kollha mitluba minnu dwar l-għoti ta’ blokkok li ngħataw għall-esplorazzjoni taż-żejt, lil min ingħataw u meta.
Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi vetturi jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-Belt minn dawn it-toroq imsemmijin hawn taħt:
DĦUL
· Triq-Papa Piju V
· Triq San Pawl
· Triq San Mark
· Triq il-Punent
· Triq il-Merkanti
· Triq it-Trammuntana
· Triq il-Mediterran
· Triq l-Ifran
· Is-Sur tal-Ingliżi (Baviera)
ĦRUĠ
· Bieb Victoria
· Triq Repubblika
· Triq Santa Luċija
· Triq il-Mediterran
· Triq l-Ifran
· Is-Sur tal-Ingliżi (Baviera)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li sal-lum huma eżentati mill-ħlas ta' CVA għad-dħul fil-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li s-sistema tas-CVA awtomatikament teżenta l-vetturi msemmijin hawn taħt. Sal-ġurnata tat-8 ta’ Mejju 2007 dawn jammontaw għal:
Ambulanzi - 56
Vetturi tat-Trasport Pubbliku (esklużi
self-drive
) - 2,505
Vetturi Elettriċi - 17
Muturi - 12,398
Is-sistema tas-CVA ser awtomatikament teżenta lil residenti tal-Belt li l-vetturi li ser jinżammu ġol-Belt mill-inqas 15-il lejl fix-xahar, għal sagħtejn sħaħ bejn is-siegħat ta’ 01.00 u 05.00. Din ser tiġi kkalkulata bħala parti mill-proċess ta’ kif jinħadem il-kont fl-aħħar ta’ kull xahar.
L-ADT appuntat Bord bħal ma hemm stipulat fl-Avviż Legali 105/2007. Dan il-Bord bħalissa qiegħed jara l-applikazzjonijiet għal eżenżjonijiet kollha li daħlu sal-ġurnata tal-llum.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' parkeġġ għar-residenti tal-Belt kenitx koperta bil-permessi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx li din toħloq preċedent għal talbiet għal skemi simili f'lokalitajiet oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-iskema ta' parkeġġ li hemm fil-Belt Valletta ġiet approvata mill-Awtorita' dwar it-Trasport bħala parti mill-miżuri ta' kontroll ta' trafiku li l-Gvern implimenta f'dawn l-aħħar xhur fil-Belt.
Dawn l-iskemi ta' parkeġġ huma relatati ma' dawn il-miżuri speċifiċi. L-Awtorita' dwar it-Trasport tevalwa talbiet għal skemi ta' parkeġġ simili skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru mis-segretarjat għan-negozji żgħar fi Triq Nikol Muscat kantuniera ma' Triq Filippo Apap Bologna, Mosta li permess tagħhom ingħalqet it-Triq Filippo Apap Bologna inkluż speċi ta' flower pot kbir kienx kopert bil-permessi tal-MEPA meħtieġa?
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex blokk ġdid ta' appartamenti fi Triq l-Argotti, Floriana ġie dikjarat li hu fi stat strutturali perikoluż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jirriżultalix li saret xi dikjarazzjoni li l-blokk indikat mill-Onor. Interpellant hu fi stat perikoluż. Iżda ninsab infurmata li qed isiru investigazzjonijiet dwar xi materjal li ntuża.
Jista' l-Ministru jara li ma jsirx parking fiż-żona pedonali tal-Belt b'mod partikolari quddiem l-Embassy Complex fi Triq Santa Luċija għax inkella l-iskop taż-żona pedonali se jintilef?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser ngħaddi din l-informazzjoni lill-Awtorita' tal-Pulizija u l-Kunsill Lokali biex jieħdu l-miżuri neċessarji.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex trinka li nfetħet fi Triq il-Punent, il-Belt proprju quddiem d-dar fejn kien joqgħod Dun Gorġ Preca u li ilha madwar tliet xhur miftuħa, tingħalaq għax qegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala t-tag ta' security ma nħarġitx lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minkejja li dan għandu l-liċenzja ta' security?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija inħarġitilha l-Liċenzja ta' Gwardjan Privat filwaqt li l-Identification Tag ser tinħareġ dalwaqt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25636, u ċioe' iwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24671, 24846 u 25205 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT se tagħlaq dawn il-fetħiet fis-centre strip fil-ġranet li ġejjien.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25637, jista' l-ministru jirrispondi t-tieni parti, jiġifieri jekk il-culvert ġdid fil-bypassta' San Pawl il-Baħar hux kopert bil-permess tal-MEPA u tistax titpoġġa pjanta tal-culvertfuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħlijiet kollha għal bini mill-ġdid tal-Bypass ta' San Pawl huma koperti bil-permess tal-MEPA numru PA 1948/2004.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti??
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita — Karozza tal-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozza tat-tip Jaguar tal-ministeru hix mikrija jew mixtrija? Jekk mikrija, mingħand min mikrija u b'liema rata kuljum hi mikrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza tat-tip Jaguar tal-Ministeru inxtrat fit-23 ta' Awissu 2001.
Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mit-tariffa ta' CVA hux se jinqasam bejn il-kuntrattur li jipprovdi s-sistema, il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-gvern? Min hu l-kuntrattur li qiegħed iħaddem din is-sistema? F"liema persentaġġi se jinqasam dan id-dħul?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li t-tnejn huma pensjonanti ma ngħatawx il-formola għas-sussidju fuq is-surchargetal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma? F'każi fejn bi żvista ma jintbagħtux l-applikazzjonijiet, minn fejn tista' persuna tiġbor l-applikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant ġew infurmati bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħhom.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-applikazzjoni tista' tinġabar minn xi wieħed mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew mit-Taqsima tal-Customer Care fl-Uffiċċju Ċentrali l-Belt jew billi wieħed iċempel SPIC fuq numru 159.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25202 jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit inkarigat minn kull proġett, kull proġett separatament? X'kienu l-kriterji li permezz tagħhom intgħażlu dawn il-periti?
B'referenza għall-Imtarfa bypass jista' l-Ministru jgħid:
Meta se jingħalqu l-ftuħ li hemm fic-centre strip u li huma ta' periklu kbir għas-sewwieqa?
Tista' ssir xi tip ta' faċilita' għal qsim tal-bypass min-nies peress li huma ħafna dawk li jmorru r-Rabat bil-mixi u allura jridu jaqsmu l-bypass b'sogru kbir għalihom?
Tista' tiġi ddisinjata junction bejn il-bypass u t-toroq li tagħti access għall-Imtarfa min-naħa tan-Nigret (Rabat) peress li l-ħruġ tal-vetturi mill-Imtarfa minn dan l-aċċess u l-qsim tal-bypass hu ta' periklu kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.