Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mtarfa bypass — Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' l-Enemalta sabiex jiġi provdut street lighting fil-bypass ta' l-Imtarfa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta mhix responsabli biex tiprovdi "street lighting'' fil-by pass ta' l-Imtarfa. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kuntratti għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 26634 u 26713 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet ta' toroq li qed isiru dan l-aħħar qegħdin jiġu allokati permezz ta' period contracts. Din is-sistema daħlet fis-seħħ minn Diċembru 2006. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-period contracts li ingħataw s'issa.

Rabat — Triq in-Nigret

Question

Peress li għadu kif sar main ġdid ta' l-ilma fi Triq in-Nigret, Rabat u x-xogħlijiet fuqu għamlu ħsara kbira fil-wiċċ tat-triq u minħabba li din it-triq qatt ma kienet fi stat tajjeb, jikkunsidrax il-Ministru li f'dawn iċ-ċirkostanzi li t-triq tingħata wiċċ ġdid minflok ma jsir biss patching tat-trinka tal-main ta' l-ilma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-main gdid ta' l-ilma fi triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-WSC u għadu ma tlestiex. Ir-reinstatement bit-tarmac issir mill-istess WSC la darba ix-xogħol tat-trinek ikun lesti.

Proġetti ffinanzjati

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26698 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-elettriku qiegħda tiġi sospiża b'mod regolari ma' Malta kollha u b'mod partikolari b'mod frekwenti ħafna fl-inħawi ta' H'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parkeġġ fil-Belt

Question

B'riferenza għall-parkeġġ fil-Belt, issa li daħlet is-sistema tas-CVA, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parking bays i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali ii) riservati għar-residenti tal-Belt iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area ta' CVA v) in-numru ta' parking baysfil-Belt iżda 'l barra mis-CVA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'referenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25777 f'seduta 523 qiegħed nagħti nformazzjoni aktar dettaljat kif indikat fl-istess tweġiba. In-numru ta’ parking bays għall-parkeġġ fit-toroq tal-Belt Valletta huma kif jidher hawn taħt :- i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali - 141 ii) riservati għar-residenti tal-Belt - 90 fuq ir- ring road matul il-ġurnata u 493 filgħaxijiet fis-CVA iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern - xejn iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl- area ta' CVA - 2,502 matul il-ġurnata u filgħaxija 2,009 v) in-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA - 634 . Din il-figura tinkludi madwar 150 spazju ta' parkeġġ fil-Fossa li għadhom mhux miżbugħa.

Income tax refund

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu l-income tax refund li ilu dovut lilha għal madwar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond kif tħabbar fid-diskors tal-budget għal din is-sena – fil-ġimgħat li ġejjin kull min għandu xi bilanċ favur tiegħu għas-snin ta’ qabel in-1998 se jirċievi ittra fejn fiha jkollu ndikat meta ser jitħallas l-ammont lura.

Proġetti ffinanzjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' proġetti li ġew iffinanzjati permezz: i) tal-Ħames Protocol Taljan, ii) tal-pre-accession funds ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-listi A u B mehmuża ma’ din it-tweġiba.

Korp tal-Pulizija — Avukati

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26517, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kien il-membru fil-korp tal-pulizija li spiċċa mill-korp għal raġunijiet mediċi wara li ggradwa bħala avukat? X'kien il-grad tiegħu fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li ma nħossx li dettalji personali ta' din in-natura għandhom ikunu ippublikati, ninsab infurmat illi din il-persuna kienet daħlet fil-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, fejn wara kien ġie promoss għal surġent u sussegwentement kien laħaq spettur. Pero' billi sakemm wasal biex jirtira kien għadu m'għaddiex il-perijodu bi prova, huwa kien spiċċa mill-Korp bħala surġent.

Sliema, Tigne' — Konġestjoni tat-traffiku

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 26515, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-Transport Action Plan għall-penisola ta' Tigne', Sliema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tas-Sliema Transport Action Plan. Dawn jinkludu network and development traffic forecasts għas-sena 2010 fil-penisola ta' Tigne', kif ukoll is-sistema proposta għall-immaniġjar tat-traffiku. Xi dettalji mis-sistema proposta partikolarment iż-żona ħdejn il-ferries, jistgħu jinbidlu.

Kuntratti għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26634 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Cycle Lane

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li parti mis-cycle lane fi triq taż-Zebbiegħ tinstab fit-triq u parti oħra hi fuq il-bankina bil-konsegwenza li l-bdiewa ma jistgħux jipparkjaw il-vetturi tagħhom ħdejn l-għelieqi tagħhom għax dawn il-vetturi jispiċċaw fuq ic-cycle lane?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq li mill-Mosta twassal għaż-Żebbiegħ, liema triq kienet rikostruwita bħalha parti mill-proġett tal-ħames Protokoll Taljan, kienet iddiżinjata għall-żewġ karreġġjati u bankina li tikkwalifika bħalha combined pedestrian/cycle lane. Spazju għall-ipparkjar ta’ vetturi ma kienx integrat fid-diżinn minħabba li dawn jistgħu jkunu ta’ detriment għas-sigurta tas-sewwieqa li jkunu qed isuqu fi triq arterjali. Ta' min jirrimarka li ħafna mill-bdiewa għandhom rampa għal l-għalqa tagħhom li tista’ faċilment tintuża biex il-bdiewa jipparkjaw il-vetturi tagħhom.

Personal Files

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25640 jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-personal file tal-persuna konċernata intilifx eżattament wara li seħħ il-każ ta' dixxiplina bil-konsegwenza li l-ittra msemmija f'mistoqsija parlamentari 25207 twarrbet minn dan il-file? X'sar sabiex din il-problema tiġi ndirizzata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ittra li qiegħed jirreferi għaliha tinsab fil-file relevanti. M'hemmx aktar x'inżid mar-risposti diġa mgħotija f'PQs 25207 u 25640.

Kuntratti għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba qeghda tingabar u t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.

Sinemet — 110

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-mediċina Sinemet - 110 li hi tant importanti għal dawk il-pazjenti li għandhom bżonnha m'għadhiex tingħata mill-isptar u lanqas ma tinstab għall-bejgħ fl-ispiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina Sinemet - 110 għadha tingħata mill-isptar.

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jipprovdi facilitators lil dawk l-istudenti li għandhom dan il-bżonn anke wara li jispiċċaw il-Form V u jibqgħu jattendu xi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti statemented li jispiċċaw il-Form V u jibqgħu jattendu istituzzjonijiet li jaqgħu taħt id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni xorta waħda jibqgħu jingħataw is-servizz ta' facilitator jekk ikun għad għandhom il-bzonn ta' dan is-servizz. Kull każ ta' studenti bi bżonnijiet partikolari ta' tagħlim li jridu jsegwu korsijiet post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji jiġi konsidrat fuq il-merti tiegħu fil-qafas tar-regoli ta' l-istituzzjonijiet edukattivi konċernati.

San Pawl tat-Tarġa — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq prinċipali li tagħti minn San Pawl tat-Tarġa l/o Naxxar għal Santa Margerita, Mosta partikolarment il-parti li tgħaddi fuq il-barriera, tiddawwal għax bil-lejl ikun hemm nuqqas kbir ta' dawl li qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lis-sewwieqa u lil dawk kollha li jużaw din it-triq għall-mixi u jogging?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-provista ta' l-istreetlighting f'din it-triq hija r-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u mhux tal-Korporazzjoni Enemalta.

Door numbering

Question

Jista' l-Ministru jara li d-door numbering unit jivverifika l-indirizz, li qed jintbagħat separatament, peress li jeżisti l-istess indirizz fl-istess triq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi wara site inspection li saret irriżulta illi fit-triq imsemmija hemm żewġt idjar bin-numru indikat. Fil-granet li ġejjin ser jintbagħtu in-nies tad-Door Numbering Unit biex isir l-eżerċizzju tat-triq imsemmija.

Dingli — Triq Dun Karm Azzopardi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala triq ġdida li qiegħda tinbena bħalissa f'Had-Dingli (Triq Dun Karm Azzopardi) mhix se tinfetaħ kollha minkejja li d-distanza biex isir hekk hi verament żgħira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li peress li naħa waħda tal-parti mhux miftuħa tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inbniet reċentament, is-sid tal-bini inkwistjoni huwa obbligat li jiftaħ u jifforma sa nofs it-triq tul il-bini tiegħu cioe' nofs il-parti tat-triq inkiwstjoni. Dan l-obbligu joħroġ minn Kapitlu 10 tal-liġijiet ta' Malta (Kodiċi tal-Pulizija). In-nofs l-ieħor tat-triq ikun jista' jinfetaħ wara li l-art skemata bħala triq pubblika tiġi esproprjata. Dan peress li l-art ta' magħha għadha ma ġietx żviluppata.

Rebate fuq is-surcharge

Question

Tista' l-Ministru tivverifika jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, tikkwalifikax għal rebate fuq is-surcharge tal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jkopri l-lokalita' taghha biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.