Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk bħalissa huwa vakant jew mibni mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament indikat huwa proprjetà tal-Gvern mikri lil terzi.
Transport Malta — Ittra mill-Government Property Division
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ittra mibgħuta mill-Government Property Division lil Transport Malta li kopja tagħha qed tingħata separatament li tirrigwarda esproprjazzjoni ta' art għat-twaqqiegħ ta' triq fis-Siġġiewi qattx ġietx risposta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma sabet l-ebda record jew file fuq din l-esproprjazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31251, jista’ l-Ministru jivverifika l-informazzjoni mogħtija, għax Triq Sant’Anton Ħ’Attard, wara l-Palazz tal-President hija dejqa wisq biex tippermetti traffiku two way filwaqt li f’din l-area hemm id-dħul tal-Kitchen Garden tal-President u allura t-traffiku qed joħloq periklu kbir għall-persuni li jżuru dan il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Immanigjar tat-Traffiku din il-proposta ma ġietx milqugħa minħabba problema ta’ ċirkulazzjoni u minħabba wkoll li titfa’ t-traffiku fuq toroq oħra li huma diġa’ mgħobbija bit-traffiku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-iżvilupp fl-areas ODZ mill-Awtorità għall-Ippjanar permezz tas-sistema tad-Development Notification Order (DNO) matul is-snin 2011 sa 2015, kull sena separatament?
Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Triq Sant’Anton Ħ’Attard il-parti ma’ Triq it-Twila sa fejn ir-residenza tal-Ambaxxata Amerikana ssir one way għax din il-parti tat-triq hi dejqa wisq għal traffiku two way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali talba ma tistax tiġi milqugħa għax toħloq problema ta’ ċirkulazzjoni. Il-parkeġġ f’din it-triq huwa permess fuq naħa waħda u għalhekk it-triq hija wiegħsa biżżejjed għal traffiku two way.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx konsultata dwar is-sistema ta’ one way f’Triq Ħal Qormi Ħ’Attard li ma tippermettix dħul fiċ-ċentru tar-raħal minn din it-triq? Jekk fl-affermattiv Transport Malta ħadet in konsiderazzjoni li din it-triq hija waħda minn żewġ toroq biss li hemm li jagħtu aċċess għaċ-ċentru ta’ Ħ’Attard u li t-triq l-oħra (Triq il-Kbira) mhux faċli li tintuża f’xi ħinijiet minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li jgħaddi mit-triq li twassal għaliha jiġifieri Mdina Road?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant illi din it-talba kienet saret mill- Kunsill Lokali lil Transport Malta biex jitneħħew it-tabelli ‘Except to Render a Service’ minħabba l-problemi li ċertu vetturi kbar kienu qed joħolqu fit-triq in kwistjoni. Minħabba li Transport Malta ma kienetx kompletament konvinta minn din ir-rikjesta l-Awtorita’ ipproponiet li joħroġ permess temporanju ta’ xahar bħala ‘trial period’ biex b’hekk ikun hemm viżibilta’ aħjar ta’ kif din ser taffettwa sew it-triq u r-residenti.
Meta jkun hemm każ ta’ bżonn biex jidħlu ċertu vetturi kbar, il-Kunsill huwa lest li joħroġ permessi speċjali għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter ħafna akbar minn dak li hemm il-Bombi, int u ħiereġ mill-Belt għax dak li hemm hu żgħir wisq għall-ammont kbir ta' persuni li jkun hemm jistennew il-karozzi tal-linja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suggeriment tiegħu lill-Transport Malta li se tkun qed tevalwah fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-National Transport Strategy u l-Masterplan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni Ewropeja qablet mal-analiżi tal-Awtoritajiet Maltin li l-pjan u l-istrateġija jsegwu l-parametri stabbiliti mill-istess Kummissjoni u allura tissodisfa l-kriterji tal-Ex Ante Conditionalities kif stabbiliti mill-istess Kummissjoni. Permezz t’hekk il-fondi għad-diżpożizzjoni ta’ Malta taħt Programm Operattiv I 2014-2020 - “Fostering a Competitive and Sustainable Economy to meet our challenges”- issa jistgħu jintużaw.
Ta’ min ifakkar li dan it-tragward importanti ma kienx intlaħaq mill-amministrazzjoni preċedenti.
Fil-preżent, id-dokumentazzjoni mitluba qed tiġi finalizzata u għandha tiġi ppublikata fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid għall-iskema tal-first time buyers jekk persuna tkun xtrat garaxx u wara tixtri post, jekk din l-iskema tapplikax għax-xiri tal-post?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġislazzjoni Sussidjarja 364.12, Artikolu 3, li jgħid “... li din tkun l-ewwel proprjetà immobbli akkwistata inter vivos minn dik il-persuna...”.
Garaxx huwa proprjetà immobbli, għaldaqstant f’dan il-każ din l-iskema ma tapplikax għax-xiri tal-post.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuni indikati m’għandhomx applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar u għalhekk huma mħeġġa jirrikorru s-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikunu jistgħu japplikaw jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qed jieħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hiex maħduma b'mod korrett?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Powerstations u Interconnector — kapaċità produttiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kapaċità produttiva ta':
a. l-
powerstation
tal-BWSC;
b. l-powerstation ta' Delimara; u
c. l-interconnector?
X'kienet l-peak load tal-elettriku matul din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li sabiex tipprovdi l-elettriku meħtieġ mill-klijenti tagħha f’Malta u Għawdex, Enemalta plc bħalissa topera dawn l-impjanti, b’dawn in-nominal capacities (li jeskludu d-derating u l-konsum mill-impjant stess - transmission losses u capacity used in station):
Plant
Year
Fuel
Nominal Capacity
(MW)
Delimara 1
1992
HFO
120
Delimara 2B
1999
Gasoil
110
Delimara 3
2012
HFO/Gasoil/NG
149
Interconnector
2015
Electricity
200
Delimara 2A
1994
Gasoil open cycle
70
(Emergency Backup)
L-ogħla peak electricity grid load assoluta tal-pajjiż kienet ta’ 438 MW. Il-Marsa Power Station kellha bilfors tinżamm fuq stand by biex Malta ikollha biżżejjed security of supply. Intant bl-impjant il-ġdid ta’ Delimara inkunu nistgħu nagħlqu l-Marsa darba għal dejjem u nagħlqu wkoll Delimara 1. Wara li dan iseħħ, Delimara 2 tibda tintuża għas-security of supply.
Jista' l-Ministru jgħid mi-numru ta' proprjetajiet li nbiegħu matul is-sena 2015, kemm minnhom kienu appartamenti, maisonettes/mezzanin/terran/terraced house/villel/bungalous kull kategorija separatament? Kemm minn dawn il-proprjetajiet inbiegħet lill-barranin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet tal-Planning Commission humiex jiġu ppublikati kif kien isir sa xi ġimgħat ilu f'gazzetta lokali? Jekk fl-affermattiv, f'liema gazzetta qiegħed isir dan u f'liema ġurnata tal-ġimgħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta ddaħħlet il-liġi l-ġdida tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-i¿vilupp u d-deċiżjonijiet, l-Awtorità ma baqgħetx tippubblika l-applikazzjonijiet tal-iżvilupp li tirċievi u d-deċiżjonijiet li tieħu f’gazzetta lokali iżda bdiet, skont il-liġi l-ġdida, tippubblika dawn l-istess notifiki fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-websajt tad-DOI kull nhar ta’ Ergħba.
L-Awtorita’, għal numru ta’ ġimgħat, għamlet avviż fejn informat lill-pubbliku li dawn l-avviżi se jkunu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2015, kemm inbiegħu proprjetajiet li l-valur tagħhom huma:
a. anqas minn €150,000;
b. bejn €150,000 u €250,000;
c. bejn €250,000 u €600,000;
d. bejn €600,000 u €1,000,000; u
e. aktar minn miljun ewro?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża:
VALUR TAL-PROPJETANUMBRU TA PROPRJETAJIET LI ĠEW MIBJUGĦA
Anqas minn €150,00011,783
Bejn €150,000 u €250,0002,398
Bejn €250,000 u €600,0001,258
Bejn €600,000 u €1,000,000240
Aktar minn €1,000,000173
Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet mhux proċessati mingħajr email address
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qiegħda tippermetti lil periti jagħtu l-email address tagħhom f'każ li l-applikant ma' jkollux email address u lanqas ma jkollu xi qarib jew ħabib li jista' juża l-email address tiegħu bil-konsegwenza li l-Awtorità qiegħda tirrifjuta li tipproċessa applikazzjonijiet li jkollhom l-email tal-applikant nieqes?
Mġarr (Malta) — Triq il-Kbira - double yellow lines
Question
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jsiru double yellow lines fi Triq il-Kbira Mġarr (Malta) il-parti kif taqbeż il-knisja fid-direzzjoni tal-Ġnejna, peress li din it-triq hi tant dejqa li bil-parkeġġ tal-vetturi fuq iż-żewġ naħat ma jkunux jistgħu jgħaddu vetturi fid-direzzjoni opposta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr rigward din il-problema. Madanakollu, l-Awtorita’ ser tikkonsulta mal-kunsill lokali dwar dan il-każ.