Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — Appartament

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk bħalissa huwa vakant jew mibni mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament indikat huwa proprjetà tal-Gvern mikri lil terzi.

Transport Malta — Ittra mill-Government Property Division

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ittra mibgħuta mill-Government Property Division lil Transport Malta li kopja tagħha qed tingħata separatament li tirrigwarda esproprjazzjoni ta' art għat-twaqqiegħ ta' triq fis-Siġġiewi qattx ġietx risposta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma sabet l-ebda record jew file fuq din l-esproprjazzjoni.

Permess għar-residenza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu.

Ħ’Attard — Triq Sant’Anton – one way

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31251, jista’ l-Ministru jivverifika l-informazzjoni mogħtija, għax Triq Sant’Anton Ħ’Attard, wara l-Palazz tal-President hija dejqa wisq biex tippermetti traffiku two way filwaqt li f’din l-area hemm id-dħul tal-Kitchen Garden tal-President u allura t-traffiku qed joħloq periklu kbir għall-persuni li jżuru dan il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Immanigjar tat-Traffiku din il-proposta ma ġietx milqugħa minħabba problema ta’ ċirkulazzjoni u minħabba wkoll li titfa’ t-traffiku fuq toroq oħra li huma diġa’ mgħobbija bit-traffiku.
Leg 12 PQ #31495 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Areas ODZ – permessi għal żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-iżvilupp fl-areas ODZ mill-Awtorità għall-Ippjanar permezz tas-sistema tad-Development Notification Order (DNO) matul is-snin 2011 sa 2015, kull sena separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.

Permess għar-residenza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Ħ’Attard — Triq Sant’Anton – one way

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Triq Sant’Anton Ħ’Attard il-parti ma’ Triq it-Twila sa fejn ir-residenza tal-Ambaxxata Amerikana ssir one way għax din il-parti tat-triq hi dejqa wisq għal traffiku two way?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali talba ma tistax tiġi milqugħa għax toħloq problema ta’ ċirkulazzjoni. Il-parkeġġ f’din it-triq huwa permess fuq naħa waħda u għalhekk it-triq hija wiegħsa biżżejjed għal traffiku two way.

Transport Malta — Ħ’Attard – Qormi Road – one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx konsultata dwar is-sistema ta’ one way f’Triq Ħal Qormi Ħ’Attard li ma tippermettix dħul fiċ-ċentru tar-raħal minn din it-triq? Jekk fl-affermattiv Transport Malta ħadet in konsiderazzjoni li din it-triq hija waħda minn żewġ toroq biss li hemm li jagħtu aċċess għaċ-ċentru ta’ Ħ’Attard u li t-triq l-oħra (Triq il-Kbira) mhux faċli li tintuża f’xi ħinijiet minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li jgħaddi mit-triq li twassal għaliha jiġifieri Mdina Road?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi din it-talba kienet saret mill- Kunsill Lokali lil Transport Malta biex jitneħħew it-tabelli ‘Except to Render a Service’ minħabba l-problemi li ċertu vetturi kbar kienu qed joħolqu fit-triq in kwistjoni. Minħabba li Transport Malta ma kienetx kompletament konvinta minn din ir-rikjesta l-Awtorita’ ipproponiet li joħroġ permess temporanju ta’ xahar bħala ‘trial period’ biex b’hekk ikun hemm viżibilta’ aħjar ta’ kif din ser taffettwa sew it-triq u r-residenti. Meta jkun hemm każ ta’ bżonn biex jidħlu ċertu vetturi kbar, il-Kunsill huwa lest li joħroġ permessi speċjali għal dan il-għan.

Il-Bombi — bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter ħafna akbar minn dak li hemm il-Bombi, int u ħiereġ mill-Belt għax dak li hemm hu żgħir wisq għall-ammont kbir ta' persuni li jkun hemm jistennew il-karozzi tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suggeriment tiegħu lill-Transport Malta li se tkun qed tevalwah fil-futur qrib.

Ħ'Attard — Tirq Santa Katerina - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Santa Katerina f'Ħ'Attard tingħata wiċċ ġdid għax din tkissret meta għaddew is-servizzi minn ġo fiha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

National Transport Strategy u l-Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-National Transport Strategy u l-Masterplan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni Ewropeja qablet mal-analiżi tal-Awtoritajiet Maltin li l-pjan u l-istrateġija jsegwu l-parametri stabbiliti mill-istess Kummissjoni u allura tissodisfa l-kriterji tal-Ex Ante Conditionalities kif stabbiliti mill-istess Kummissjoni. Permezz t’hekk il-fondi għad-diżpożizzjoni ta’ Malta taħt Programm Operattiv I 2014-2020 - “Fostering a Competitive and Sustainable Economy to meet our challenges”- issa jistgħu jintużaw. Ta’ min ifakkar li dan it-tragward importanti ma kienx intlaħaq mill-amministrazzjoni preċedenti. Fil-preżent, id-dokumentazzjoni mitluba qed tiġi finalizzata u għandha tiġi ppublikata fil-mument opportun.
Leg 12 PQ #29607 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Skema first time buyers – xiri ta’ garaxx u post

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għall-iskema tal-first time buyers jekk persuna tkun xtrat garaxx u wara tixtri post, jekk din l-iskema tapplikax għax-xiri tal-post?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġislazzjoni Sussidjarja 364.12, Artikolu 3, li jgħid “... li din tkun l-ewwel proprjetà immobbli akkwistata inter vivos minn dik il-persuna...”. Garaxx huwa proprjetà immobbli, għaldaqstant f’dan il-każ din l-iskema ma tapplikax għax-xiri tal-post.

Akkomodazzjoni soċjali — talba

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuni indikati m’għandhomx applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar u għalhekk huma mħeġġa jirrikorru s-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikunu jistgħu japplikaw jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

Pensjoni ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qed jieħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hiex maħduma b'mod korrett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Leg 12 PQ #28207 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Powerstations u Interconnector — kapaċità produttiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kapaċità produttiva ta': a. l- powerstation tal-BWSC; b. l-powerstation ta' Delimara; u c. l-interconnector? X'kienet l-peak load tal-elettriku matul din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li sabiex tipprovdi l-elettriku meħtieġ mill-klijenti tagħha f’Malta u Għawdex, Enemalta plc bħalissa topera dawn l-impjanti, b’dawn in-nominal capacities (li jeskludu d-derating u l-konsum mill-impjant stess - transmission losses u capacity used in station): Plant Year Fuel Nominal Capacity (MW) Delimara 1 1992 HFO 120 Delimara 2B 1999 Gasoil 110 Delimara 3 2012 HFO/Gasoil/NG 149 Interconnector 2015 Electricity 200 Delimara 2A 1994 Gasoil open cycle 70 (Emergency Backup) L-ogħla peak electricity grid load assoluta tal-pajjiż kienet ta’ 438 MW. Il-Marsa Power Station kellha bilfors tinżamm fuq stand by biex Malta ikollha biżżejjed security of supply. Intant bl-impjant il-ġdid ta’ Delimara inkunu nistgħu nagħlqu l-Marsa darba għal dejjem u nagħlqu wkoll Delimara 1. Wara li dan iseħħ, Delimara 2 tibda tintuża għas-security of supply.
Leg 12 PQ #26658 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Bejgħ ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mi-numru ta' proprjetajiet li nbiegħu matul is-sena 2015, kemm minnhom kienu appartamenti, maisonettes/mezzanin/terran/terraced house/villel/bungalous kull kategorija separatament? Kemm minn dawn il-proprjetajiet inbiegħet lill-barranin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija f’PQ’s 23914, 23917 u 23918.
Leg 12 PQ #26443 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjonijiet tal-Planning Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet tal-Planning Commission humiex jiġu ppublikati kif kien isir sa xi ġimgħat ilu f'gazzetta lokali? Jekk fl-affermattiv, f'liema gazzetta qiegħed isir dan u f'liema ġurnata tal-ġimgħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta ddaħħlet il-liġi l-ġdida tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-i¿vilupp u d-deċiżjonijiet, l-Awtorità ma baqgħetx tippubblika l-applikazzjonijiet tal-iżvilupp li tirċievi u d-deċiżjonijiet li tieħu f’gazzetta lokali iżda bdiet, skont il-liġi l-ġdida, tippubblika dawn l-istess notifiki fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-websajt tad-DOI kull nhar ta’ Ergħba. L-Awtorita’, għal numru ta’ ġimgħat, għamlet avviż fejn informat lill-pubbliku li dawn l-avviżi se jkunu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 12 PQ #25975 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2015, kemm inbiegħu proprjetajiet li l-valur tagħhom huma: a. anqas minn €150,000; b. bejn €150,000 u €250,000; c. bejn €250,000 u €600,000; d. bejn €600,000 u €1,000,000; u e. aktar minn miljun ewro?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża: VALUR TAL-PROPJETANUMBRU TA PROPRJETAJIET LI ĠEW MIBJUGĦA Anqas minn €150,00011,783 Bejn €150,000 u €250,0002,398 Bejn €250,000 u €600,0001,258 Bejn €600,000 u €1,000,000240 Aktar minn €1,000,000173
Leg 12 PQ #25558 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet mhux proċessati mingħajr email address

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qiegħda tippermetti lil periti jagħtu l-email address tagħhom f'każ li l-applikant ma' jkollux email address u lanqas ma jkollu xi qarib jew ħabib li jista' juża l-email address tiegħu bil-konsegwenza li l-Awtorità qiegħda tirrifjuta li tipproċessa applikazzjonijiet li jkollhom l-email tal-applikant nieqes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Mġarr (Malta) — Triq il-Kbira - double yellow lines

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jsiru double yellow lines fi Triq il-Kbira Mġarr (Malta) il-parti kif taqbeż il-knisja fid-direzzjoni tal-Ġnejna, peress li din it-triq hi tant dejqa li bil-parkeġġ tal-vetturi fuq iż-żewġ naħat ma jkunux jistgħu jgħaddu vetturi fid-direzzjoni opposta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr rigward din il-problema. Madanakollu, l-Awtorita’ ser tikkonsulta mal-kunsill lokali dwar dan il-każ.