Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15925 Sitting 262 2015-05-12 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — piloti li temmew l-impjieg tagħhom minħabba impediment fiżiku jew mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar għaxar snin (2005-2015) kienx hemm piloti li jaħdmu mal-Air Malta li temmew jew intemmilhom l-impjieg tagħhom minħabba li ma setgħux ikomplu jaħdmu kawża ta' impediment fiżiku jew mentali? Jekk fl-affermattiv, kemm kien dan in-numru sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar għaxar snin (2005-2015), l-Air Malta kellha biss każ wieħed ta’ pilota illi l-impjieg tiegħu ġie mitmum minħabba li ma setax ikompli jaħdem kawża ta’ impediment fiżiku. Dan il-każ uniku seħħ fis-sena 2011.
Leg 12 PQ #15926 Sitting 262 2015-05-12 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ġewx impjegati persuni, li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma żżommx din it-tip ta' informazzjoni fuq l-persuni li jigu mpjegati magħha.

Ċittadinanza Maltija — persuni ta' nazzjonalità barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni ta' nazzjonalità barranija li ngħataw iċ-Ċittadinanza Maltija, sena b'sena minn Marzu 2013 'l hawn u l-kriterji użati biex ingħatat iċ-ċittadinanza lil dawn il-persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza minn Marzu tal-2013 sal-lum kien 1917. Dawn il-persuni akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa ta’ wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-provvedimenti fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.

Konslu Malti f'Shangai, iċ-Ċina

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-indirizz uffiċjali kif ukoll in-numru/numru tat-telefown tal-Konslu Malti f'Shangai, iċ-Ċina?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Konsolat ta' Malta f'Shanghai għadu ma nfetaħx uffiċjalment. Ir-reġistrazzjoni u transfer tat-titlu tal-proprjetà (jiġifieri ċ-ċertifikat ta' ownership) sar fit-2 ta' April 2015. S'issa min kellu bżonn viżi irid jgħaddi mill-Ambaxxata Maltija f'Beijing. L-indirizz huwa : 11th Floor, Unit 7 Magnolia Plaza 777 Hongqiao Road Xuhui District Shangai Municipality
Leg 12 PQ #15917 Sitting 261 2015-05-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rigali mixtrija għal dinjitarji barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rigali uffiċjali mixtrija mill-uffiċċju tiegħu għal dinjitarji barranin u l-valur ta' kull wieħed minnhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15918 Sitting 261 2015-05-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni direttament mas-servizz pubbliku fi gradi minn skala 14 sa skala 20 minn Marzu 2013? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-gradi li fihom sar ingaġġ bħal dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Persuni medically boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew medically boarded out mix-xogħol, minn Marzu 2013 'l hawn u li l-proċess biex isir dan inbeda mill-istess xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li jżomm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li ġew medically boarded out minn Marzu 2013 ’l hawn u għalhekk ġew eliġibli għal Pensjoni għall-Invalidità li titħallas mill-istess Dipartiment kien ta’ 1,034.
Leg 12 PQ #15920 Sitting 261 2015-05-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxi mħallsa minn persuni ta' pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali imħallas f'taxxi sena b'sena mill-2005 sal-2014 minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m’għandux dettalji neċessarji sabiex jipprovdi l-informazzjoni kif rikjesta.

Djar tal-Anzjani – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena li qegħdin fuq lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ta’ ‘l fuq minn 65 sena li qegħdin fuq lista biex jidħlu f’dar tal-anzjani huwa ta’ 1,649.

Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri – riżorsi finanzjarji u umani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jżid ir-riżorsi finanzjarji u umani lill-kummissjoni msejħa Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri wara li numru ta’ membri ta’ din il-Kummissjoni rriżenjaw minħabba n-nuqqas ta’ tali appoġġ li ngħatat il-Kummissjoni li kienu parti minnha?

Response (BRINCAT, LEO)

Nibda biex ngħid li fis-sena 2012, meta mhux biss għaddiet il-Liġi tal-Iżvilupp Sostenibbli taħt l-amministrazzjoni l-oħra u anki twaqqaf il-Bord tal-Kummissjoni msejħa Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri u saħansitra beda jitħaddem, ma kienx ġie allokat l-ebda Ewro għal strateġija dwar Żvilupp Sostenibbli. L-istess reġa’ ġara fis-sena 2013 fil-baġit tal-Gvern preċedenti. Li l-Gvern preżenti kien bi ħsiebu jżid ir-riżorsi finanzjarji għal din il-Kummissjoni ilhom jafuh l-istess membri tal-Kummissjoni mit-13 ta’ April 2015, permezz ta’ komunikazzjoni diretta li bgħatt lill-Gwardjan f’isem il-Gvern. Il-pożizzjoni tal-Gvern baqgħet l-istess kif baqgħet ir-rieda tal-Gvern li tiġi riveduta l-Leġiżlazzjoni ħalli jiġi żgurat li tkun aktar effettiva. Tajjeb li jingħad li kuntrarju għall-informazzjoni żbaljata li waslet f’ċerti għejjun is- Sustainable Development Network baqa’ jiffunzjona u jaħdem regolarment kif ukoll baqa` jiltaqa’ skond l-obbligi statutorji tiegħu. B’żieda ma’ dan irid jingħad illi sa minn ferm qabel mal-Gvern irċieva r-riżenja ta’ din il-Kummissjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kienu diġa’ ttieħdu passi amministrattivi sabiex issir sejħa għall-kariga ta’ Direttur għall-Iżvilupp Sostenibbli, kariga ġdida li ser tinħoloq għall-ewwel darba. Biex saħansitra nkomplu nżidu l- capacity building meħtieġ f’dan il-qasam speċjalizzat, ħarġet ukoll EOI ( Expression of Interest ) għal dawk kollha li setgħu kienu f’qagħda li joffru, fuq livell professjonali, support services lill-Ministeru fil-qasam tal-Iżvilupp Sostenibbli.

Third Country Nationals jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Third Country Nationals jaħdmu legalment f’Malta u Għawdex bħalissa maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom, u jgħid x’inhu x-xogħol li jagħmlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttur tax-Xogħol – ilmenti abbażi ta’ diskriminazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru lmenti mad-direttur tax-xogħol mill-2010 ’l hawn dwar diskriminazzjoni: (a) abbażi ta’ sess; (b) abbażi ta’ razza; u (c) abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #15797 Sitting 259 2015-05-05 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li twaqqfu mix-xogħol fis-servizz pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem twaqqaf mix-xogħol fis-servizz pubbliku jew fi żmien ta’ prova (probation) jew minħabba passi dixxiplinarji minn Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 ’l hawn, kien hemm żewġ uffiċjali pubbliċi li twaqqfu mix-xogħol fis-Servizz Pubbliku waqt il-perjodu ta’ prova u 13-il uffiċjal pubbliku li tkeċċew mix-xogħol minħabba passi dixxiplinarji.

Wasteserv — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Wasteserv impjegatx ħaddiema ġodda bejn l-10 ta’ Frar 2015 u l-10 ta’ April 2015? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk l-impjieg sarx permezz ta’ kumpaniji terzi (jiġifieri impjieg mal-kuntrattur li jħaddem in-nies il-Wasteserv) u jista’ jgħid kemm ġew impjegati u f’liema grad, kif ukoll is-salarju li għandhom kull sena?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont it-tagħrif mgħoddi lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Wasteserv – MRF Operations — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm MRF Operations bħalissa impjegati direttament jew indirettament mal-Wasteserv? Jista’ jinforma lill-Kamra dwar kemm-il man hour ħadmu dawn l-impjegati f’Jannar u Marzu u kemm għadda materjal fl-istess perjodu mill-MRF facility?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont it-tagħrif mgħoddi lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba

Stabilimenti kummerċjali – ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar skart minn stabbilimenti kummerċjali, lokalità b’lokalità, xahar b’xahar bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-10 ta’ April 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont it-tagħrif mgħoddi lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #15790 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta –ħaddiema li telqu wara li bbenefikaw minn skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li telqu mill-kumpanija Air Malta permezz ta’xi skema offruta lilhom mill-istess kumpanija humiex intitolati għal arretrati dovuti lilhom li jmorru lura għall-2004, liema arretrati kienu mwiegħda lilhom u li jidher li ngħataw biss lil dawk li għadhom jaħdmu mal-kumpanija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-uniċi skemi offruti lill-ħaddiema tal-Air Malta, kienu dawk imwaqqfa mill-Gvern preċedenti. Madanakollu, l-Grievances Unit responsabbli mill-Air Malta mwaqqfa ftit xhur ilu qiegħda preżentament tisma’ każijiet imressqa quddiemha biex tara jekk l-ilmenti tal-persuni konċernati f’din il-kwistjoni humiex ġustifikati.
Leg 12 PQ #15791 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – binja tal-eks Cafè Premier

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jagħti l-binja li qabel kienet tappartjeni lill-Cafè Premier għall-użu tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-istqarrija għall-istampa Nru 150856 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum li huma mmexxija mill-Gvern? Jista’ jgħid meta nfetħu kull wieħed minn dawn iċ-ċentri, kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u x’inhu l-grad tagħhom? Jista’ jgħid x’inhi l-allokazzjoni finanzjarja globali sabiex jiġi operat dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.

Miżuri ta’ ħinijiet estiżi għall-istudenti fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għamilx studju jew hux biħsiebu jagħmel studju biex jgħarbel jekk, apparti l-benefiċċji ekonomiċi li jista’ jkollhom il-bosta miżuri introdotti bħal breakfast club, Klabb 3-16 u ħinijiet estiżi ta’ skola sajf, jistgħux dawn qed ikunu ta’ dannu għat-tfal? Ġiet ikkonsidrata l-possibbiltà li jista’ jkun hemm min hu komdu juża s-servizzi kollha offruti b’konsegwenza li dawn it-tfal qed jispiċċaw iqattgħu ħinijiet eċċessivi fl-istess ambjent?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma sarx studju fuq l-impatt li hemm referenza għalih fil-mistoqsija, għalkemm jidher li dawn huma servizzi li qed jibbenefika minnhom il-poplu u ma jidhirx li qed ikunu ta' dannu għat-tfal. Madankollu, bi ħsiebna nagħmlu evalwazzjoni fil-futur qrib dwar is-servizz tal-Breakfast Club li introduċa dan il-Gvern f'April 2014.