Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtha minn Marzu 2013? Tista' tgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara x'jifhem ezatt b'persuni impjegati ma xi dipartiment jew kwalunkwee entita' oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu rċeviex il-parir tal-Avukat Ġenerali dwar il-kwistjoni tal-istaġun tal-insib fid-dawl tal-proċeduri legali li għaddejjin bħalissa mal-Kummissjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir mogħti? Jekk dan il-parir għadu ma ngħatax, jista' jiddikjara jekk ikunx lest jippubblika dan il-parir ladarba jingħata?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-informazzjoni li qed tintalab hija ta’ natura ta’ opinjoni professjonali protetta u fil-fatt hija wkoll eżentata taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Ħlas għal servizzi mill-isptarijiet u kliniċi pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15921, u jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas għal servizzi mill-isptarijiet u l-kliniċi pubbliċi sena b'sena mill-2005 sal-2014 minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15918, u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni direttament mas-servizz pubbliku fi gradi minn skala 14 sa skala 20 minn Marzu 2013? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-gradi li fihom sar ingaġġ bħal dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’ jifhem eżatt b’persuni impjegati ma xi dipartiment jew kwalunkwe entita oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Itrapriżi Żgħar — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara x’jifhem eżatt b’persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din it-tweġiba ser tingħata fl-iqsar żmien possibbli minħabba li l-WasteServ ma tawx l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċra x’ jifhem eżatt b’persuni impjegati ma xi dipartimnet jew kwalunkwe entita oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress illi hemm ħafna tipi ta' impjiegi kemm mad-Direttorati/Dipartimenti kif ukoll mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema impjiegi qiegħed jirreferi, jiġifieri jekk hux dawk relatati mat-tagħlim dirett, jew dawk amministrattivi/tekniċi/industrijali u impjiegi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara x’ jifhem eżatt b’persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — persuni impjegati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ mpjegati (eskluż s-Segretarjati Privati) li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru li jinkludi l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-Informaton Management Unit, il-Corporate Services Directorate, l-Policy Development and Programme Implementation Directorate, il-Planning and Priorities Co-ordination Division, il-Funds and Programmes Division, l-EU Secretariat, r-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea w l-Presidency Unit kien ta’ 209 f’Marzu 2013 w llum jammonta għal 265. Din id-differenza hija dovuta għal tisħiħ ta’ strutturi amministrativi partikolarment b’rabta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017 kif ukoll funzjonijiet oħra.
Ninsab infurmat li ħadd minn dawn il-persuni li kienu impjegati qabel Marzu 2013 u wara ma huma uffiċċjalment rikonoxxut bħala persuna b’diżabilita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Marzu 2013 fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu kien hemm 446 ħaddiema mpjegati li tnejn minnhom huma rreġistrati uffiċjalment bħala persuni b'diżabilita'. F'Mejju 2015 il-ħaddiema mpjegati fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru li jaqa' taħtu ammontaw għal 431 li tnejn minnhom huma rreġistrati uffiċjalment bħala persuni b'diżabilita'.
Fi ħdan l-International Institute for the Ageing (INIA) f'Marzu 2013 kellhom 7 impjegati u f'Mejju 2015 kellhom 8 impjegati. Ħadd minn dawn il-ħaddiema m'huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex qabel xejn, jiċċara għal xhiex qed jirreferi eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entita’ oħra u jekk hux qed jirreferi għall-ingaġġi ġodda li setgħu saru b’mod permanenti jew adirittura għal ingaġġi ġodda ta’ persuni b’diżabilita’.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika jekk hux qed jirreferi ukoll għall-dawk l-impjegati li għadhom taħt probation.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’ jifhem eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entita oħra..
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġew trasferiti mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) għall-MEPA? Min se jkun qed jagħmel ix-xogħol tagħhom fil-WBRU?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-trasferiment ta’ ħaddiema hija prerogattiva tal-maniġment li jiena ma nindaħalx fiha. Sadanittant jien infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li t-trasferiment sar bi ftehim bejn il-partijiet u li saru arrangamenti sabiex ix-xogħol tal-WBRU jibqa’ għaddej. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-unit ser tibqa’ taqdi d-dmirijiet kollha tagħha fis-sħiħ kif dejjem għamlet.
MEPA u WBRU – uffiċjali mqabbdin bħala esperti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jarax konflitt ta’ interess fil-fatt li uffiċjali tal-MEPA jew Wild Birds Regulation Unit (WBRU) jitqabbdu bħala esperti indipendenti tal-Qorti f’każijiet li l-MEPA jew il-WBRU ikollhom interess fihom, bħal każi ta’ kaċċa illegali?
Response (BONNICI, OWEN)
Prima facie jidher illi jista’ jkun hemm konflitt t’ interess fis-sitwazzjoni deskritta mill-Onor. Interpellant pero wieħed dejjem ikun irid jara l-fatti speċifiċi qabel ma jasal għal konklużjoni bħal din.
Ta’ min jinnota illi l-akkuzat f’ kawża għandu dritt illi joġġezzjona jekk ikun se jitqabbad xi ħadd illi m’ huwiex idoneju biex joqogħod perit tal-qorti u dik l-oġġezzjoni tiġi deċiża mill-Qorti.
Naturalment wieħed irid ukoll jiddistingwi bejn l-interess personali f’ kawża u l-interess ġenerali f’ suġġett bħal ma huwa l-ambjent.
Pulizija — Rapporti dwar kaċċa illegali fir-rebbiegħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellhom rapporti l-Pulizija dwar kaċċa illegali fir-rebbiegħa li għaddiet anke wara li għalaq l-istaġun? F’liema lokalitajiet kienu? Dwar xiex kienu r-rapporti? F’kemm-il każ ġew konklużi l-investigazzjonijiet? Kemm tressqu nies il-Qorti? Kemm għad iridu jitressqu? Kemm tressqu kaċċaturi akkużati li sparaw għal tajr protett jew instabilhom tajr protett? Kemm kien hemm każi ta’ snieter misruqa? Kemm instabu ħatja u x’weħlu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.