Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rappreżentazzjonijiet li ttellgħu fi Pjazza Teatru Rjal minn meta dan beda jiffunzjona? Jista' jgħid liema kumpanija kienet responsabbli għal kull waħda minn dawn ir-rappreżentazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq Triq Pantar, f’Ħ’Attard/il-Mosta li ilu għaddej bosta ġimgħat u li ċertament qed jikkontribwixxi għaż-żjieda fit-traffiku fl-akkwata?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Ministru jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni 'l għala din is-sena ma kienx imqassam il-ktejjeb kommemorattiv li normalment jitqassam waqt il-funzjoni li ssir fil-Konkatedral ta' San Ġwann nhar Jum l-Indipendenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Naħseb li l-Onor Interpellant għandu raġun jiġbed l-attenzjoni f’dan ir-rigward u jiena stess għamilt l-istess rimarka mal-Kumitat Festi Nazzjonali.
Esiġejt li dan in-nuqqas ma jiġix ripetut għas-sena li ġejja.
Aġenzija responsabbli mil-Litteriżmu — remunerazzjoni tal-Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għar-rwol tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Responsabbli mil-Litteriżmu f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju tal-individwu indikat minnu huwa mqabbad mal-iskala ta’ salarju numru 4.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għar-rwol ta’ konsulent dwar il-litteriżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu indikat minnu huwa kuntrattwalment marbut b’servizzi ta’ konsulenza relatati ma’ numru ta’ inizjattivi tal-litteriżmu inkluż dawk marbutin mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija nazzjonali tal-litteriżmu, mal-politika nazzjonali dwar il-lingwa l-edukazzjoni, u ma’ ħtiġijiet oħra Ministerjali.
Il-ħlas lil dan l-individwu huwa mqabbad ma’ Skala ta’ Salarju numru 3, mistenni jagħti medja ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa konsulenza, u jitħallas pro-rata skont is-sigħat li jaħdem.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17047 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17046 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17045 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara jekk huwiex qed jistaqsi jekk:
1. Mit-8 ta’ Marzu 2013 sallum kemm ġew ingaġġati nies u kemm minnhom kellhom diżabbilta, fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jew;
2. Kemm hemm impjegati bħalissa fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u kemm minnhom għandhom diżabbilta’?
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17044 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi ġew impjegati 168 persuna mill-Ministeru tiegħi, d-dipartimenti, l-entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu. Minn dawn kien hemm 7 persuni rikonoxxuti uffiċjalment bħala persuni b’diżabilità.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17043 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17040 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15917, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rigali uffiċjali mixtrija mill-uffiċċju tiegħu għal dinjitarji barranin u l-valur ta' kull wieħed minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li r-rigali ufficjali inghataw lill-Kapijiet ta’ Stat, Prim Ministri, Mexxeja ta’ organizazzjonijiet internazzjonali, Ministri u membri ta’ delegazzjonijiet li kelli laqghat maghhom bhala parti mill-hidma ufficjali tieghi bhala Prim Ministru, kemm f’Malta u kif ukoll barra minn pajjizna. Ir-rigali kienu jvarjaw skont l-okkazjoni. Inghataw pitturi, kotba, ceramika u oggetti ta’ artigjanat Malti tal-fidda li jirraprezentaw il-karattru Malti. Ir-rigali moghtija kienu jammonatw ghal 22.
Kif nemmen li japprezza l-Onor Interpellant u kif intqal fi twegibiet simili f’legislaturi ohra passati, b’rispett lejn id-dinjita ta’ pajjizna, mhux ghaqli li jinghataw dettalji ohra mitluba fil-mistoqsija tieghu. L-ispiza medja fuq kull rigal moghti lil dinjitarji barranin minn Marzu 2013 ‘il hawn kienet ta’ €780.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15792 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum li huma mmexxija mill-Gvern? Jista’ jgħid meta nfetħu kull wieħed minn dawn iċ-ċentri, kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u x’inhu l-grad tagħhom? Jista’ jgħid x’inhi l-allokazzjoni finanzjarja globali sabiex jiġi operat dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum huma maqsumin f’disa’ reġjuni. Kull reġjun hu mmexxi minn supervisor. Lista bl-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri ta’ matul il-jum, imqassma f’reġjuni, in-numru ta’ impjegati allokati, kif ukoll kif mitlub u informazzjoni dwar meta nfetħu dawn iċ-ċentri qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni finanzjarja għall-2015 hija ta’ €100,000 liema somma tkopri it-trasport u l-attivitajiet relatati mal-operat iżda ma tinkludix il-pagi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15939, u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura mid-Direttorat tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru, mill-1 ta' Jannar 2015 sallum, kien hemm impjegat (1) biss li kien ibbenefika minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u/jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru. L-impjieg tiegħu ma jmurx kontra l-iskema li kien ibbenefika minnha.
Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinżebgħu s-sinjal li Transport Malta kienet għamlet fil-parti ta' Triq Pantar il-Mosta li tmiss ma' Triq il-Belt Valletta, liema sinjali għenu sostanzjalment biex it-traffiku jiġi direzzjonat kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Triq Pantar hija triq tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant il-manutenjoni tas-sinjali taqa’ taħt it-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17050 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi (eskluż s-Segretarjati Privati), minn Marzu 2013 sa Ġunju 2015 ġew impjegati 1237 ħaddiem li minnhom 1083 ġew impjegati bħala Għalliema, Supply Teachers, LSA/Supply LSA u Kindergarten Assistant/Supply KGA fl-iskejjel. Il-154 persuna l-oħra ġew impjegati fi gradi oħra. Dan in-numru ma jinkludix l-ingaġġ ta’ Edukaturi tal-Adulti. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, infurmat li d-Dipartiment tal-Operat m’huwiex infurmat dwar persuni li huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità.
Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, ninsab infurmat kif ġej:-
Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ: Il-persuni impjegati mal-Korporazzjoni minn Marzu 2013 sal-15 ta‘ Ġunju 2015 kienu ta’ 206 persuna li 117 minnhom ġew ingaġġati flok oħrajn li matul l-istess perjodu temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Korporazzjoni. Kien hemm sitt persuni rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità;
Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea: Il-persuni impjegati mal-Aġenzija minn Marzu 2013 kien ta‘ 16 u ħadd minnhom ma huwa uffiċjalment rikonoxxut bħala persuna b’diżabilità;
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta‘ Għada: Iż-żieda ta‘ impjegati mal-Fondazzjoni minn Marzu 2013 kienet ta‘ disgħa li tinkludi persuna waħda b’diżabilità;
Kunsill Malti għall-Isport: Il-Kunsill Malti għall-iSport impjega tlett persuni full time minn Marzu 2013 ‘l hawn. L-ebda minn dawn il-persuni ma huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità;
Malta Libraries: Il-persuni impjegati mill-Malta Libraries minn Marzu 2013 sal-lum kienu għaxra (10), li minnhom persuna waħda (1) hija uffiċjalment rikonoxxuta bħala persuna b’diżabilità;
MCAST: Ġew impjegati 146 persuna mal-MCAST mill-bidu ta’ Marzu 2013 sas-17 ta’ Ġunju 2015. Minn dawn hemm persuna waħda b’diżabiltà;
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla: Kien hemm 12-il persuna impjegati mal-NCFHE minn Marzu 2013. M’hemm ħadd uffiċjalment rikonoxxut bħala persuna b’diżabilità;
Aġenzija Żgħażagħ: Minn Marzu 2013 sal-lum ġew impjegati ħames persuni. Ħadd minnhom m`għandu diżabilità;
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija: Ġew impjegati b’kollox tlieta u għoxrin (23) persuna mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija minn Marzu 2013. Minn dawn il-persuni, wieħed (1) huwa uffiċjalment rikonoxxut bħala persuna b'diżabilità;
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi: Din il-Fondazzjoni timpjega għadd ta’ persuni fuq kuntratt definit sena wara sena. Infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm l-ingaġġ ta’ 3024 persuna li iżda dan in-numru hemm rifless fih għadd ta’ kuntratti ta’ persuni li jkunu reġgħu ġew ingaġġati mill-ġdid. Normalment numru sostanzjali (1361 fl-2014) ikunu ingaġġati bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Settembru. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13580;
Università ta’ Malta: Fl-Università ta’ Malta ġew impjegati 215 persuna fuq bażi full-time u 235 fuq bazi part-time minn Marzu 2013. L-Università ta’ Malta ma tiddiskriminax fuq bażi ta’ diżabilità jew problemi ta’ saħħa. L-impjegati mhumiex obbligati li jinfurmaw l-Università li huma rikonoxxuti u reġistrati bħala persuni b’diżabilità.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17049 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet u Aġenziji eċċ) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu impjegaw minn Marzu 2013, (16) sittax-il persuna, li minnhom persuna waħda hija uffiċċjalment rikonoxxuta bħala persuna b’diżabilta’.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.