Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru tiegħu inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment, Direttorat jew Entitá li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ta kuntratt lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.
Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill- entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, inkluż dawk li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru, bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari, kien hemm erba' kuntratti li ngħataw b'direct order lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant għall-valur rispettiv ta' €466.10, €1,804.22, €686.00 u €123.90. Barra minn hekk, kien hemm żewġ kirjiet ta' equipment mill-Università ta' Malta li ngħataw b'direct order b'valur ta' €1,923.40 'l waħda.
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru utiliża darbtejn lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi w il-valur kien jammonta għal €94.40 u €123.9 rispettivament. Dan ix-xiri tas-servizzi sar skont ir-regolamenti tal-Gvern.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21634 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21633 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21631 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Deputat Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża medja fil-ġimgħa fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari bejn it-18 ta’ Marzu 2013 w l-1 ta’ Diċembru 2015, kienet tammonta għal €73.28 waqt li fl-istess perjodu ingħataw medja ta’ 53.90 litri ta’ fuel fil-ġimgħa lil din l-istess karozza.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, u Twettiq tal-Manifest Elettorali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21630 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Deputat Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Deputat Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża medja fil-ġimgħa fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali tad-Deputat Prim Ministru bejn it-18 ta’ Marzu 2013 w l-1 ta’ Diċembru 2015, kienet tammonta għal € 69.82 waqt li fl-istess perjodu ingħataw medja ta’ 52.27 litri ta’ fuel fil-ġimgħa lil din l-istess karozza.
Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21629 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali li juża s-Segretarju Parlamentari fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €85.29 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 65 litru fil-ġimgħa.
Is-Segretarju Parlamentari mhux jagħmel użu mit-tieni karozza.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar leġiżlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari kienet ta’ €90 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 69 litru fil-ġimgħa.
Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €80 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 61 litru fil-ġimgħa.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu mill- -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti ma għamlux uzu mis-servizz legali tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, u Twettiq tal-Manifest Elettorali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Deputat Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Deputat Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Deputat Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tagħha (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandhiex impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?
Response (DALLI, HELENA)
Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ħ’Attard — Triq Pantar – xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel fi Triq Pantar, ’Ħ’Attard/il-Mosta li ilu għaddej bosta ġimgħat u li ċertament qed jikkontribwixxi għal żieda fit-traffiku fl-akkwata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ħafna mix-xogħol ta’ tħaffir fit-triq imsemmija, li hija twila 900 metru, qed ikollu jsir bl-idejn biex ma ssirx ħsara lill-infrastruttura eżistenti. Bħalissa x-xogħol wasal ħdejn is-substation tal-Enemalta fejn hemm ħafna cables għaddejjin. Il-Korporazzjoni qed tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas kull inkonvenjent.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-personaġġi li se jkollhom monument fi Pjazza Kastilja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onor Interpellant, fi Pjazza Kastilja diġa fil-prezent hemm monumenti tal-eks Prim Ministri Pawlu Boffa u George Borg Olivier u tal-patrijott Manwel Dimech.
Għall-immedjat kif diga intqal pubblikament huwa ppjanat li magħhom jizdied monument tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17392 u 17040 u jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħall-Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegati kienu ta' persuni rikonoxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għal-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18805, filwaqt li għat-tieni parti nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18806.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?
Response (REFALO, ANTON)
Naghmel riferenza ghall-prassi li kienet uzata f’legizlaturi precedenti u ngharraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tinghata biss bil-kunsens tal-individwi kkoncernati.