Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Transfers
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.
PBS — statistika dwar ir-rappreżentanza tal-partiti politiċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar ir-rappreżentanza tal-partiti politiċi fil-programmi mxandra fuq il-Public Broadcasting Services skont informazzjoni miżmuma mill-Awtorità tax-Xandir minn Ottubru s'issa? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità tax-Xandir tħossx li kien hemm żbilanċ favur jew kontra xi partit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-risposta li rċevejt mingħand l-Awtorità tax-Xandir hija s-segwenti:
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta' rappreżentanti tal-partiti politiċi li pparteċipaw fl-istudjo fil-programmi li ġejjin mxandra fuq TVM u f’ċerti każi TVM2 bejn Ottubru 2011 u April 2012:
TVAM
Xarabank
Bondi+
Dissett
Dot EU
Sellili
Din il-lista, skont l-istatistika tal-Awtorità tax-Xandir tinkludi deputati parlamentari, uffiċjali għolja tal-partiti, kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, kunsilliera u kandidati li ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss li pparteċipaw fil-programmi imsemmija bħala opinjonisti jew fir-rwol professjonali tagħhom.
F'ċertu każijiet bħal per eżempju l-parteċipazzjoni ta’ Dr Edward Fenech Adami u s-Sur John Dalli ma tniżżilx ir-rappreżentanza tal-partit diment li l-parteċipazzjoni tagħhom ma kenitx relatata b'mod dirett ma’ dan.
Infurmat ukoll li l-Awtorità tax-Xandir tieħu l-passi skont il-liġi kull darba li jinstab li jkun hemm żbilanċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq 'l 65 sena, sena b'sena, mill-2000 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew (eż: serq, swat)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-rapporti li kellhom il-Pulizija dwar atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena għas-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fuq kienu s-segwenti:-
Tista' l-Ministru tgħid meta se jinħatru l-Learning Support Assistants 1 wara l-eżami li sar f'Ġunju 2011 u li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati f'Lulju 2011? Tista' tgħid ukoll għaliex teżisti sitwazzjoni fejn Learning Support Assistants ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja qed jingħataw mill-ewwel il-grad ta' Learning Support Assistants 1 filwaqt li dawk ingaġġati fis-settur pubbliku le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-settur pubbliku il-Learning Support Assistants I ma jidħlux b’eżami imma b’interview. Din is-sena ma ħarġitx applikazzjoni għall-LSA I imma LSA II. Saru l-interviews tal-LSA II u dalwaqt joħroġ ir-riżultat.
Il-
learning support assistants
ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja jridu l-ewwel jiġu approvati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol. Skont il-ftehim bejn il-Ministeru u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika iffirmat fid-29 ta’ Lulju tal-2011, l-istaff tal-iskejjel tal-Knisja (inkluż LSAs) iridu jintagħżlu u jiġu ngaġġati skont l-istess kriterji li juża l-gvern għall-iskejjel tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart separat mil-lokalità ta' Ħ'Attard bejn Awwissu 2011 u Diċembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ skart ricikklabli li dahal gewwa l-Impjant ta’ Sant’ Antnin bejn Awwissu u Dicembru 2011 f’isem il-lokalità ta' Ħ’Attard kien dak ta' 58.36 tunnellata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart mhux separat kull xahar f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex bejn Novembru 2010 u Settembru 2011 u kemm inġabar skart separat fl-istess perjodu mill-istess lokalitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-ammont ta’ skart mhux separat li jidħol fil-faċilitajiet tal-WasteServ biss.
Skrivani fl-iskejjel li għalqu l-eta' tal-pensjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skrivani li fil-preżent għadhom jaħdmu fl-iskejjel minkejja li għalqu l-età tal-pensjoni? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min huma dawn l-impjegati u f'liema skejjel qed jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent hemm skrivana (part-time) waħda biss li ngħatat permess tibqa’ taħdem fl-iskola minkejja li għalqet l-età tal-pensjoni.
Servizzi residenzjali lil persuni adulti b'diżabilita'
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jipprovdi servizzi residenzjali lil persuni adulti b'diżabilita' li jisfaw waħedhom wara li jmutulhom il-ġenituri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija SAPPORT taħdem mal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom biex tassigura l-mezzi, l-opportunitajiet u s-servizzi li bihom huma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja tal-komunità.
Fil-preżent l-aġenzija tħaddan fiha 6 residenzi li jipprovdu servizzi residenzjali lil persuni adulti b’diżabilità. Dawn b’ kollox jilqgħu fihom 46 klijent. Oltre minn hekk, l-aġenzija toffri 7 postijiet residenzjali oħra : 7 ġewwa Dar Arka u 10 f’ Dar Pirotta.
Il-pjan tal-gvern hu li dawn is-servizzi jiżdiedu gradwalment.
Huwa mportanti li wieħed isemmi li għalkemm teżisti l-
waiting list,
meta jkun hemm każi li huma urġenti, isir kull mezz possibli biex dawn jiġu akkomodati mill aktar fies possibbli.
*Vide PL 8268 li ngħatat nhar l-Erbgħaa 26 ta' Ottubru 2011 fis-Seduta 398
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien it-total li kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex ħa kull sena minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt programmi differenti mill-1 ta' Mejju 2004 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24447.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika in-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nisa fuq bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Tista' tindika in-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Tista' tindika in-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika in-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (BORG, TONIO)
Awtorita' Nazzjonali għall-Implementazzjoni tal-konvenzjoni dwar Armi Kimiċi
Kompost minn Direttur, żewġ membri u spettur.
Mara waħda, Ms Laura Sammut.
Kumitat ta' Inkjesta dwar Deprivazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija
Kompost minn Chairman, żewġ membri u segretarju.
Mara waħda, Ms Anna Caruana Colombo.
Tsunami Relief Fund
Kompost minn Chairman u zewġ membri.
Nisa - xejn.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.