Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt liema pjanijiet ġew rappurtati li ddiskuta mal-Perit Renzo Piano f'Pariġi?
Ministeri u s-Segretarjati — communications coordinators
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' communications coordinators impjegati fis-segretarjati privati tal-Ministru u s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li minħabba s-sistema ġdida kif qed jaħdmu l-Ministeri, il-communications coordinatorstal-Ministeri huma wkoll responsabbli mill-komunikazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari.
PBS — Bord Editorjali - esperjenza fil-qasam tax-xandir
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandu fil-qasam tax-xandir kull wieħed mill-membri maħtura minnu fuq il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services (PBS)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill- Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 618.
Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni (LGBT) — terms of reference
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni li huma LGBT li twaqqaf dan l-aħħar? Tista' tgħid kemm se jitħallsu ċ-chairperson u l-membri ta' dan il-kunsill? Tista' tgħid jekk qabel inħatar dan il-kunsill intbagħtitx xi stedina lill-għaqdiet li saret referenza għalihom waqt it-tnedija tiegħu u oħrajn li ma ssemmewx biex dawn iressqu ismijiet għal fuq dan il-kunsill?
Response (DALLI, HELENA)
i. Qieghda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference hekk kif maqbula mal-Membri tal-Kunsill Konsultattiv.
ii. Xejn
iii. Kif stipulat fil-programm elettorali tal-Gvern, jien stedint lill-għaqdiet kollha li huma attivi b'mod dirett dwar temi li jikkonċernaw id-drittijiet ta' persuni LGBT.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minbarra l-Prim Ministru hemmx persuni oħra li qed jagħmlu użu regolari minn Villa Francia jew parti minnha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, Villa Francia hija r-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru u tintuża minn żmien għal ieħor f'dan l-ambitu.
Il-Gvern preċedenti kien ta’ l-faċilità tal-użu ta’ parti mill-ġnien fil-konfini tal-villa lil bidwi partikolari.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — individwu involut fis-segretarjat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux involviment fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-rwol tiegħu? X'inhi l-funzjoni uffiċjali tiegħu? Kemm jammonta s-salarju tiegħu u x'benefiċċji oħra huma marbutin mal-istess pożizzjoni? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li qed jagħmel referenza għalih mhux impjegat fis-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) għandha applikazzjonijiet pendenti għall-permessi tax-xogħol ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi mhux membri fl-Unjoni Ewropea? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nazzjonijiet li ġejjin minnhom dawn il-persuni u għal liema xogħol intalab il-permess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għandha preżentement ħames mija u tliet applikazzjonijiet pendenti għal ħruġ ta' Liċenzji tax-Xogħol għal ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet skont il-pajjiżi u t-tip ta' xogħol huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatistika ma tinkludix persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta, detenturi ta' protezzjoni umanitarja temporanja jew protezzjoni sussidjarja u refuġjati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement ta' kull sezzjoni fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u jindika l-vakanzi kollha li jeżistu bħalissa f'kull sezzjoni fi ħdan l-istess korporazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 229, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proċess tal-għażla u l-ingaġġ taċ-chiefs of staff u membri oħra fis-segretarjati privati tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, kienx jinkludi wkoll security checks li kienu jsiru taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-security checks isiru wkoll.
Employment Aid Programme — ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li sena b'sena mill-2008 'l hawn instabilhom xogħol fis-settur privat permezz tal-Iskema Employment Aid Programme?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni b'diżabilità li nstabilhom xogħol fis-settur privat permezz tal-iskema Employment Aid Programme kien kif ġej:-
2009 - 24
2010 - 24
2011 - 52
2012 - 25
____
Total:- 125
L-iskema tal-Employment Aid Programme bdiet fl-2009.
Diviżjoni għas-Servizzi Edukattivi — Ċentru għar-Riżorsi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qed jattendu f'kull Ċentru għar-Riżorsi (ex skejjel speċjali) li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Diviżjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern issa hux beħsiebu jkompli l-programm ta' bini ta' skejjel ġodda? Jista' jgħid b'liema programm beħsiebu jimxi bih il-Gvern? Liema huma l-iskejjel ġodda li għandhom jinbnew u sa liema data għandhom jitlestew? Jista' jagħti d-dettalji dwar liema huma l-iskejjel immarkati bħala phasing out school u d-dati meta dawn se jingħalqu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pjan ta' bini ta' skejjel se jkompli. Dejjem huwa mportanti li wieħed jirrevedi kull pjan li jsir u bħalissa qed isir eżerċizzju sabiex jigi stabbilit pjan ta' bini għall-iskejjel ġodda.
Is-sena skolastika li ġejja l-'Phasing Out Schools' se jiffunzjonaw bi studenti tal-Form 4 u Form 5. Għas-sena ta' wara jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet skont il-bżonnijiet tal-istudenti ta' kull skola. Ma jkunx għaqli li l-istess deċiżjoni ta' għeluq tittieħed għall-iskejjel kollha. Id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu skont il-bżonnijiet tal-istudenti u l-ħaddiema.
Peress li l-Ministru ħabbar li se tinbeda s-sistema ta' co-ed fl-iskejjel governattivi, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport minn esperti li fuqu l-gvern ibbaża d-deċiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, min għamel dan ir-rapport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li s-sistemi co-ed ilhom fis-seħħ madwar id-dinja kollha u hemm ħafna studji li juru l-vantaġġi ta' din is-sistema. F'pajjiżna wkoll għandna din is-sistema fil-qasam indipendenti u ħalliet il-frott tagħha fl-iżvilupp tat-tfal, jiġifieri fl-iżvilupp akkademiku, soċjali, psikoloġiku u anke emozzjonali. Meta wieħed jistudja ir-riżultat tas-sistema co-ed f'pajjiżna wieħed jara li dan l-iżvilupp mhux biss huwa pass naturali imma wkoll pass li ser itejjeb il-kwalita' fl-edukazzjoni f'pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux d-data meta beħsiebu jintroduċi s-servizz ta' sigurtà fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jipprovdi t-tali servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sigurta' fl-iskejjel diġa' hemm. Il-proviżjoni ta' sigurta' fl-iskejjel tingħata minn watchmen, cctvs, reception areas u sistemi kontrollati ta' aċċess. Li jrid isir issa huwa li jitjieb il-livell ta' sigurta' fl-iskejjel billi fejn hu possibli fuq medda ta' żmien jiġu ntrodotti aktar reception areas, sistemi ta' cctv u aktar kontrolli ta' aċċess.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-esperjenza li għandhom fix-xandir kull wieħed u waħda mill-membri nominati biex iservu fuq il-bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services (PBS)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri rikonoxxuti li qed iservu fuq il-Bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services huma kollha ta' esperjenza fuq ix-Xandir u għalhekk ġew maħtura.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kapijiet tal-iskejjel Post-Sekondarji, Sekondarji u Primarji f'Malta u f'Għawdex u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Ministru qal fuq program televiżiv li l-Gvern Laburista mhux se jibqa' jibni skejjel ġodda imma minflok se jiffoka fuq il-manutenzjoni ta' l-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hi mibnija fuq premessa żbaljata.