Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24768 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24769 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24770 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24760 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24761 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24762 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull kaz ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24763 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24764 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24765 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ta’ Qali — Suq tal-Bdiewa – faċilitajiet ta’ toilets

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li fis-sezzjoni fejn jiġi armat is-Suq tal-Bdiewa f'Ta' Qali jsiru faċilitajiet ta' toilets biex jintużaw kemm mill-bejjiegħa kif ukoll mix-xerrejja li jixtru minn dan is-suq meta jarma kull ta' nhar ta' Tlieta u nhar ta' Sibt?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li dawn il-faċilitajiet ta’ toilets diġà jeżistu billi jkun hemm żewġ mobile toilets kull meta jarma s-suq, jiġifieri kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Sibt. Dawn it-toilets ikunu hemm sabiex jintużaw kemm mill-bejjiegħa kif ukoll mill-pubbliku li jattendi dan is-suq.

Trasferiment tal-valur tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija u għal dik tal-istituzzjonijiet Ewropej (Transfer In) u viċi-versa (Transfer Out) skont l-Avviżi Legali 17 u 120 tal-2012 u kemm minn dawn it-talbiet għadhom pendenti, sena b'sena sa mill-2012?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija għal dik tal-istituzzjonijiet Ewropej (tajjeb li niċċara li dan it-tip ta’ trasferiment jissejjaħ ‘transfer out’ u mhux ‘transfer in’ kif qed ikun indikat fil-mistoqsija), skont l-Avviż Legali 17 tal-2012, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt: 2012 2013 2014 2015 2016 Talbiet għal ‘transfer out’ skont AL17/2012 14 19 22 18 0 Talbiet għal ‘transfer in’ - - - - - Talbiet pendenti 0 0 0 5 - Tajjeb li niċċara wkoll li l-Avviż Legali 17 tal-2012, kif emendat minn Avviż Legali 61 tal-2013 ma jipprovdix għal ‘ transfer in ’, jiġifieri trasferiment mill-iskema tal-Unjoni Ewropea għal dik Maltija. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda talba għal trasferimenti taħt l-Avviż Legali 120 tal-2012.

Kawża tal-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-għasafar tal-għana – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi allokati mill-Ministeru tiegħu sabiex il-Gvern jiddefendi l-kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib għall-għasafar tal-għana?

Response (BRINCAT, LEO)

Naħseb li l-Onor. Interpellant għandu jifhem li l-allokazzjoni tal-fondi tal-Gvern ma ssirx abbażi ta’ każi individwali. Għandu jkun ovvju li l-Ministeru jimmaniġġja l-voti tiegħu sabiex jilħaq mal-ispejjeż li jkun hemm bżonn isiru skont il-prijoritajiet. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-Ministeru tiegħi huwa determinat li jiddefendi l-każ in kwistjoni għaliex verament jemmen li l-pożizzjoni li ħa l-Gvern fuq il-materja hija waħda korretta. Nittama li l-Onor. Interpellant mhux qiegħed b’xi mod jalludi li l-Gvern m’għandux jiddefendi il-każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba l-ispejjeż involuti.

Il-Mosta – Triq Durumblat u Vjal l-Indipendenza – zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li jerġgħu jinżebgħu s-sinjali taż-zebra crossing fi Triq Durumblat u Vjal l-Indipendenza l-Mosta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li tissewwa t-traffic island li tinsab quddiem il-Knisja tar-Rotunda li saritilha ħsara f'inċident tat-traffiku li seħħ numru ta' ġimgħat ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward iz-zebra crossing ta’ Triq Durumblat, din ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Rigward iż-żebgħa tal-crossing fi Vjal l-Indipendza, dawn ix-xogħlijiet huma ordnati kif inhuma ordanti wkoll x-xogħlijiet ta’ tiswija tat-traffic island.

Tender – terms of reference

Question

B’referenza għas-sejħa Service Tender for an Independent Scientific Study on the Influx or Passage of Migratory Common Quail and Turtle Dove in Malta During the 2015 Autumn Season (avviż numru 69/2015) maħruġ fil-5 ta’ Mejju 2015, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-terms of reference għal dan it-tender?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li ‘terms of reference’ li qed jirreferi għalih jinsab ‘online’ fuq is-sit tal-Ministeru - http://environment.gov.mt/en/Document%20Repository/WBRU/MSDEC_TurtleDove-Quail_Autumn2015.pdf

Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu, fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ drabi li entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali taw lill-kumpanija li isimha jidher separatament, huma s-segwenti: · Kunsill Malti għall-Arti uża s-servizz tal-kumpanija 9 darbiet minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015 · Public Broadcasting Authority uża s-servizz tal-kumpanija darntejn minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015 · Id-Direttorat għas- Servizzi Kooperattivi uża s-servizz tal-kumpanija 10 darbiet minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015

Ħ’Attard/Mosta – xogħlijiet fi Triq Pantar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk issa li suppost wasal fi tmiemu x-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Pantar, Attard/Mosta, wara aktar minn tliet xhur magħluqa min-naħa waħda u xi kultant miż-żewġ naħat, hux se tkun asfaltata din it-triq li bħalissa tinsab fi stat ħażin?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20927.

Imrieħel Bypass – xogħlijiet fuq il-footbridge

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-footbridge fil-bypass tal-Imrieħel imwiegħed mill-Amministrazzjoni preżenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jibda wara li jkun intgħazel il-kuntrattur. L-għażla mistennija ssir fiż-żmien li ġej wara li jgħalaq il-Competitive Dialogue Process li huwa l-aħħar fażi qabel jitħabbar liema kumpanija se tieħu x-xogħol tal-bini ta’ dan il-footbridge.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għad-domanda parlamentari 14423 biex jkopri l-perjodu minn Marzu 2013 sa Marzu 2015. Minn April 2015 sa Diċembru 2015 saru żewġ pagamenti oħra lill-kumpanija msemmija. Waħda tammonta € 92, 132 fid-9 ta’ Mejju 2014 u l-oħra € 185 fit-28 ta’ Mejju 2015.

Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru tiegħu, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari, kien hemm entità waħda li fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija ingħatat servizz mill-, jew tat xogħol lill-individwu indikat mill-Onor. Interpellant. Dawn iż-żewġ servizzi, li ngħataw mill-MCAST b'direct order, kienu jikkonċernaw pariri dwar relazzjonijiet industrijali u kellhom il-valur ta' €472 u €708 rispettivament.

Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru tiegħu, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt fil-perjodu konċernat lill-individwu jew lill-uffiċċju legali tiegħu mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha ta' dan il-Ministeru.