Ministeru għall-Finanzi — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi fir-rigward tal-Ministeru għall-Finanzi , ir-risposta hija fin-negattiv.
Sptar Monte Karmeli — Minorenni bi problemi mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1118 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħlu l-Isptar Monte Karmeli jsofru minn problemi mentali kkawżati minn xi tip ta' abbuż?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalkemm l-Isptar Monte Karmeli iżżomm statistika tan-numru ta’ pazjenti li jidħlu flimkien ma’ djanjożi tagħhom ma teżistix statistika li turi fiċ-ċert l-kawża tas-sintomi li jippreżentaw dawn l-istess żaghżagħ.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (GRECH, LOUIS)
M'hemm l-ebda persuna li qed tokkupa l-kariga imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m'għandix Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat fis-segretarjat privat tiegħi u fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Ministeru għal Għawdex — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ma teżisti l-ebda pożizzjoni ta' deputy chief of staff/deputy head of secretariat fil-Ministeru ghal Għawdex.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-pożizzjoni ta' Deputy Chief of Staff fis-segretarjat tiegħi ma teżistix.
reklam dwar hub marittimu — sejħa għall-espressjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3028 u jgħid kemm sewa biex inħadem ir-reklam mxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi marbut mas-sejħa għall-espressjonijiet biex l-ex Malta Shipbuilding tinbidel f'hub marittimu? Liema kumpanija ħadet ħsieb l-iffilmjar u l-post-produzzjoni tiegħu? Kif intgħażlet? Kemm tħallset tax-xogħol li għamlet? Liema kumpanija ħadet ħsieb il-produzzjoni tar-reklami ppubblikati fil-media stampata? Kif intgħażlet? Kemm tħallset tax-xogħol li għamlet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ismijiet tal-kumpaniji ma jistgħux jinħarġu minħabba li huma ta’ natura kummerċjali. Il-kumpaniji magħżula biex jieħdu ħsieb l-muntaġġ, filmati, grafika u produzzjoni intgħażlu wara li intalbu l-kwotazzjonijiet mis-suq, skond il-proċeduri stipulati.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3027 u jgħid jekk tqabbditx xi kumpanija privata biex tiffilmja u tieħu ħsieb il-post-produzzjoni tal-messaġġ lin-nazzjon li għamel fis-17 ta' Ġunju f’għeluq il-100 jum tal-Gvern immexxi minnu? Jekk dan kien l-każ, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi din il-kumpanija, b’liema metodu ntgħażlet din il-kumpanija u kemm sewa biex inħadem?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3026 u jgħid kemm swew ir-reklami marbuta mal-laqgħat ta' konsultazzjoni mad-diversi Ministri u Segretarjati Parlamentari? Liema kumpanija ngħatat l-inkarigu biex tieħu ħsieb l-iffilmjar u l-post-produzzjoni tar-reklami mxandra? Liema kumpanija ħadet ħsieb il-produzzjoni tar-reklami ppubblikati fil-media stampata? Kemm swiet b'kollox il-kampanja inkluż ir-reklami mxandra u stampati fil-media kollha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid għala sa issa għadha ma ġietx stabbilita u mmarkata ż-żona tal-għum fl-area li tmiss mal-pitch tal-Barracudas Sports Club, San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ stallazzjoni tas-swimmers’ zones, inkluż dik li tmiss mal-pitch tal-Barracudas Sports Club tlesta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 837 jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Villa Francia hix qed tintuża mis-segretarjat privat tal-Prim Ministru għal xogħol ta' kostitwenza? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' persuni u l-grad tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Villa Francia?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-funzjoni ta’ Villa Francia baqgħet l-istess bħal dik li kienet fis-snin li għaddew. Ħadd mill-istaff tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru m’għandu uffiċċju permanenti f’Villa Francia. Persuni differenti fl-istess Segretarjat jissejjħu biex jaqdu dmirijiet fil-postijiet fejn ikun rikjest.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri fil-Korp tal-Pulizija involuti fit-tisjir u t-tqassim tal-ikel waqt l-ikla li saret fil-Palazz tal-Girgenti għall-membri tal-European Broadcasting Union li saret nhar il-Ħamis 27 ta' Ġunju u jindika ħdejn isimhom min minn kull wieħed u waħda mill-persuni indikati għandhom il-Food Handling License uffiċjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pulizija kollha involuti fit-tisjir u tqassim tal-ikel waqt l-ikla li saret fil-Palazz tal-Girgenti kellhom kollha il-Food Handling License uffiċċjali. Minħabba raġunijiet ta’ data protection dan il-Ministeru ma jħossx li hu opportun jagħti l-lista rikjesta mill-Onor. Interpellant.
B'referenza għar-rakkomandazzjoni numru 70 fl-istrateġija għall-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar it-Turżmu hix se tkun qed tipprepara Tourism Action and Contingency Plan skont l-iskadenzi tal-istrateġija?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed jitkompla x-xogħol fuq il-pjan għall-prodott turistiku. Dan il-pjan se jinkludi fiħ elementi marbuta mal-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima.
Jista' l-Ministru jagħti estimu ta' kemm se ddaħħal flus Malta mill-irkant ta' allowances taħt id-direttiva dwar emissions trading fis-snin 2013 u 2014 u kif mistenni jintuża dan id-dħul?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minħabba li għadhom għaddejjin diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar l-ammonti eżatti li ser ikunu rkantati, huwa prematur li wieħed jgħid kemm ser idaħħal flus Malta fis-snin imsemmija.
proġett “A world you like” — Appoġġ lill-parteċipanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern tax xi forma ta' appoġġ jew għajnuna lil xi parteċipant fil-proġett Ewropew "A World You Like"?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li taħt il- proġett Ewropew "A World You Like" sar sponsorship attiv mill-Gvern lill-parteċipant wieħed.
Jista' l-Ministru jgħid hux mistenni li Malta tilħaq il-livelli proposti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-2013 taħt l-"effort sharing decision" u x'inhu jagħmel il-Gvern biex jassigura li l-miri 2013-2020 jintlaħqu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li skont l-aħħar rapport dwar il-politika u l-miżuri u l-emmissjonijiet proġettati ta’ gassijiet serra li ssottomettiet u pubblikat Malta fil-31 ta’ Mejju 2013 (Malta’s Biennial Report on Policies and Measures and Projected Greenhouse Gas Emissions 2013), l-emmissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Malta fl-2013 mhux mistennija li jeċċedu l-allokazzjoni ta’ emissjonijiet annwali għas-sena 2013 skont l-Effort Sharing Decision. Fir-rapport, li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jidhru l-miżuri li l-Gvern qed jieħu biex jassigura li l-miri qed jintlaħqu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2895 jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istaff complement f'dan il-unit intlaħaqx u jekk le, meta se jintlaħaq? Id-dossier imsemmi jinkludi l-policy implementation li saret referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari 2002 jew huwa separat? F'kull każ jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu fuq policy implementation u taħt liema uffiċċju jaqgħu? Kemm hemm nies jaħdmu speċifikament fuq id-dossier dwar il-bidla fil-klima u taħt liema uffiċċju jaqgħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-implimentazzjoni tal-politika dwar il-bidla fil-klima hija r-responsabilitá tal-Climate Change Division fl-Awtoritá Maltija tar-Riżorsi li preżentament għandha erbgħa min-nies jaħdmu speċifikament fuq dan. It-twettiq innifsu tal-miżuri dwar t-Tibdil fil-Klima hija responsabbilta’ mifruxa ma diversi entitajiet, kif hija wkoll spjegata fiż-żewg strateġiji approvati mill-Parlament dwar il-Mitigazzjoni u l-Adattazzjoni. L-istrutturi, ir-riżorsi u l-bidliet meħtieġa f’dan ir-rigward sejrin jiġu evalwati bħala parti mill-proċess li għandu jwassal biex tinħoloq l-awtorita tal-ambjent li ser tkun ukoll risponsabbli mir-riżorsi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew ir-reklami marbuta mal-laqgħat ta' konsultazzjoni mad-diversi Ministri u Segretarjati Parlamentari? Liema kumpanija ngħatat l-inkarigu biex tieħu ħsieb l-iffilmjar u l-post-produzzjoni tar-reklami mxandra? Liema kumpanija ħadet ħsieb il-produzzjoni tar-reklami ppubblikati fil-media stampata? Kemm swiet b'kollox il-kampanja inkluż ir-reklami mxandra u stampati fil-media kollha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tqabbditx xi kumpanija privata biex tiffilmja u tieħu ħsieb il-post-produzzjoni tal-messaġġ lin-nazzjon li għamel fis-17 ta' Ġunju f’għeluq il-100 jum tal-Gvern immexxi minnu? Jekk dan kien l-każ, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi din il-kumpanija, b’liema metodu ntgħażlet din il-kumpanija u kemm sewa biex inħadem?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.