Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4344 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-Ministru għat-Turżimu flimkien ma’ rappreżentanti tal-Ministeru attendew għal-laqgħa informali tal-Kunsill tat-Trasport fil-Litwanja. Ma kienx hemm laqgħat oħra marbuta mad-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu li l-Ministru m’attendiex.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta kont appuntat Ministru għat-Trasport u Infrastruttura saret laqgħa waħda fuq dan is-suġġett li għaliha attendew ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta fi Brussel u is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħi. Ma stajtx nattendi għal din il-laqgħa minħabba li kont indispost.
Leg 12 PQ #4346 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi mid-9 ta` Marzu ‘l hawn, attendejt żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, li matulhom iltqgħajna il-Ministri Ewropej responsabbli mis-Saħħa. · Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Impjiegi, Politika Socjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur ( EPSCO) li sar fil-Lussemburgu fil-21 ta Ġunju. · Il-Laqgha Informal tal-Ministri tas-Saħħa (Informal Health Ministers Meeting) li sar fil-Lithuania bejn it-8 u d-9 ta Lulju.
Leg 12 PQ #3825 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ lin-nazzjon — iffilmjar

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3027 u 3341, jista' l-Prim Ministru f'dan l-istadju jikkonferma jew ma jikkonfermax li l-messaġġ in kwistjoni, li diġà xxandar, ġiex iffilmjat u editjat minn kumpanija privata? Jekk jikkonferma, jista' jgħid min hi din il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ix-xogħol fuq il-messaġġ inkwistjoni sar minn Halo Pictures Ltd.
Leg 12 PQ #3826 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konsultazzjonijiet

Question

B'referenza għal dak li qal iċ-Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ċjoè li sa dan l-istadju għadhom ma saru l-ebda konsultazzjonijiet esterni ma' ENGOs u stakeholders dwar il-firda tal-ambjent mill-ippjanar fil-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx il-bżonn li jsiru dawn il-konsultazzjonijiet, u jekk iva, meta se jsiru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta l-ENGO’s talbu għal laqgħa mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar dejjem sabu l-bieb miftuħ.
Leg 12 PQ #3827 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — Konsiderazzjonijiet ambjentali

Question

Peress li l-Prim Ministru kien qal waqt il-programm Bondi Plus fuq TVM li mhux se jħalli l-ebda gremxula tfixkel xi proġett li jinvolvi r-reklamazzjoni tal-art, jista' jgħid minn issa x'inhuma l-konsiderazzjonijiet ambjentali li jistgħu jwaqqfu xi proġetti minn dawk li għalihom ħarġet sejħa ta' espressjoni ta' interess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà intqal pubblikament, il-Gvern lest li jara x’ideat se joħroġ bihom is-settur privat f’dan il-qasam u jiddiskuti diversi aspetti fosthom l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali.
Leg 12 PQ #3828 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — konsultazzjonijiet ma' ENGOs

Question

Peress li bosta ENGOs ħarġu stqarrijiet li fihom urew dubji dwar diversi aspetti tar-reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li kien ikun aktar għaqli li kieku l-Gvern li ttimbra lilu nnifsu bħala "Gvern li jisma'” ikkonsulta ma' dawn l-għaqdiet qabel ma ħarġet is-sejħa għall-espressjoni ta' interess u mhux wara?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3827.
Leg 12 PQ #3829 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — rapport dwar riskji ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-Gvern hux qed jinjora l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti kkummissjonati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u mħejjija minn Carl Bro (2005) u Scott-Wilson (2010) li juru li r-reklamazzjoni tal-art iġġorr magħha riskji ambjentali kbar u li fuq kollox mhijiex finanzjarjament vijabbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għalkemm il-kunċett ta’ riklamazzjoni tal-art jista’ jidher innovattiv, f’pajjiżna diġà saru diversi proġetti simili fosthom fil-Port Ħieles, l-Imsida, Wied il-Għajn u Portomaso. Il-Gvern iqis ir-riklamazzjoni tal-art bħala ħolqa importanti fl-iżvilupp infrastrutturali ta’ pajjiżna. Proġetti ta’ din ix-xorta jirrikjedu politika ċara ta’ żvilupp li tassigura benefiċċji wiesgħa bi standards għolja fl-oqsma ambjentali u tal-ippjanar li minn naħa tagħhom iwasslu għall-ħolqien tax-xogħol.

Malta Enterprise — Proġett tax-Xjenza tal-Ħajja – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju/i l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament intgħażlet biex tmexxi l-proġett tax-Xjenzi tal-Ħajja fi ħdan il-Malta Enterprise? Ħarġet sejħa pubblika għal din il-kariga? Kemm hu twil il-kuntratt tal-persuna magħżula?

Response (CARDONA, CHRIS)

Sabiex il-proġett tal-Life Sciences Centre jitlesta fil-ħin u mingħajr telf tal-Fondi Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali, kien meħtieġ li titwaqqaf taskforce għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet meħtieġa. Il-persuna li ġiet fdata bit-tmexxija ta' din it-task force, li l-quddiem se tkun responsabbli għall-proġetti kumplessi oħra, ġiet appuntata f’pożizzjoni ta' fiduċja.

Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali – spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret mid-Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali fuq il-postijiet tax-xogħol mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Kemm-il każ ta’ xogħol prekarju nstab permezz ta’ dawn l-ispezzjonijiet? F’każ li nstabu każijiet bħal dawn, x’passi ttieħdu fil-konfront tal-kumpaniji involuti?

Response (DALLI, HELENA)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onor Interpellant, jiena infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impiegi jagħmel spezzjonijiet biex jara li l-provedimenti tal-Att dwar ir-Relazjonijiet Industrijali u tal-Impieg ikunu qed jiġu osservati. Fil-perijodu mid-9 ta’ Marzu ’l hawn saru 347 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol minn uffiċjali tad-Dipartiment. Minnhom irrizulta li kien hemm 126 irregolarità u min iħaddem ġie mitlub jirregola l-pożizzjoni tiegħu biex jaderixxi mal-liġi ndustrijali. Dan mingħajr preġudizzju għat-teħid ta’ passi oħra skont il-ligi.

Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ serq mil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Mosta, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ April ’il hawn? Kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti fuq dawn il-każijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-ewwel t’April u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, il-każijiet ta’ serq fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant, irrapurtati lill-pulizija kienu is-segwenti: Attard Balzan Mosta April 9 1 15 Mejju 11 1 14 Ġunju 6 1 11 Total 26 3 40 Infurmat ukoll li s’issa kien hemm persuna li ġiet imressqa quddiem il-Qorti b’konnessjoni ma’ waħda minn dawn is-serqiet irrapurtata li seħħet fil-Mosta.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tagħha/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tagħha fejn applikabbli?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru m'għandux il-karigi msemmija fil- Mistoqsija.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tagħha/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tagħha fejn applikabbli?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalħa Ministeru ma għandniex Deputy Chief of Staff/ Deputy Head of Secretariat.

Emendi fil-Protokoll ta’ Kyoto

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istrateġija li twassal sabiex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis ta' emissjonijiet li Malta ntrabtet li jintlaħqu bl-iffirmar riċenti mill-Kabinett tal-Ministri Maltin tal-Protokoll ta' Kyoto għall-perijodu 2013-2020?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tnaqqis ta’ emissjonijiet serra, Malta hija marbuta mal-miri li ġew maqbula bħala parti mill-hekk imsejjaħ ‘climate and energy package’tal-Unjoni Ewropea maqbul fl-2009. Dawn jiffurmaw parti mill-pakkett ta’ miżuri li permezz tagħhom l-Unjoni Ewropea bħala blokk qed timmira li tilħaq il-mira tagħha ta’ tnaqqis ta’ 20 fil-mija fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-1990. L-istrateġija preżenti hija dik diskussa u maqbula f’dan il-Parlament f’Settembru 2009.
Leg 12 PQ #3456 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunċert bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja fuq il-fosos ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas? Jista' jispeċifika kemm se jħallas il-Gvern lill-organizzaturi sabiex il-membri tal-udjenza li se jkunu bilwieqfa jidħlu b'xejn? Jista' jgħid kemm tneħħew postijiet standing potenzjali mill-pjan oriġinali tal-organizzaturi tal-kunċert sabiex jinbiegħu biss il-biljetti għas-siġġijiet u l-kumplament jidħlu b'xejn?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa’ llum għad m’hemm l-ebda ftehim iffirmat.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi m’hemmx Deputy Chief of Staff.
Leg 12 PQ #3358 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm fil-Ministeru kif ukoll fis-Segretarjat Parlamentari ma hemm l-ebda persuna impjegat f’dik il-kariga.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali kariga msemmija ma teżistix fil-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma.
Leg 12 PQ #3360 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kariga ta’Deputy Chief Of Staff mhix inklużi fil-compliment tas-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’għandix Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat.