Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ħlas lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mar sar l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mid-Dipartiment tal-Corporate Services tal-Ministeru.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt personalment għat-3 laqgħat li saru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba attendit għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minflokha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-9 ta’ Marzu ‘l hawn, attendejt il-Kunsill Infomali tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Litwanja bejn il-11 u t-12 ta’ Lullju 2013.
Fir-rigward tal-Kunsill tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Gunju 2013, attenda l-Onor. Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba attendit għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minflokha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Marzu ‘l hawn ma kienx hemm laqgħat speċifiċi li jaqgħu taħt il-portafoll ta’ dan il-Ministeru. Madankollu waqt laqħat tal-Kunsill kien hemm items li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u kienu indirizzati mill-Ministru jew Segretarju Parlamentari li kien qed jattendi dik il-laqgħa f’isem il-Gvern Malti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3027, 3341 u 3825, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ ħlas li sar lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xogħol li sar referenza għalih f’dawn il-mistoqsijiet parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija tħallset is-somma ta’ € 1,369 għax-xogħol li għamlet biex tiffilmja u tieħu ħsieb il-post-produzzjoni tal-messaġġ lin-nazzjon fis-17 ta’ Ġunju.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li dwarha hi din il-Mistoqsija rceviet ħlasijiet mingħand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn il-ħlasijiet jammontaw għas-somma ta’ € 6,384
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ħlas lil kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali ma ghamel l-ebda tip ta' ħlas lill-kumpanija ikkonċernata.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fir-rigward tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, il-Ministru attenda ż-żewġ laqgħat tal-Kunsill li saru s’issa. Dawn kienu l-laqgħa tal-Kunsill ta’ Ġunju u l-laqgħa tal-Kunsill informali ta’ Lulju.
Fir-rigward tal-Kunsill tad-Difiża, il-Ministru attenda il-laqgħa informali ta’ Settembru. Il-Ministru ma setax jattendi l-laqgħa l-oħra li saret f’April minħabba inpenji ministerjali f’Malta, u skont il-prassi normali, attendiet ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nikkonferma li l-Ministru attenda għall-laqgħat kollha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum minbarra dik tal-14 ta' Ġunju.
Il-Ministru ma setax jattendi fl-14 ta' Ġunju għax kien hemm skedat il-laqgħa ta' konsultazzjoni mal-pubbliku organizzata mill-Uffiċju tal-Prim Ministru. L-uffiċjali għoljin tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kienu wkoll mitluba li jkunu preżenti għall-konsultazzjoni pubblika. Is-Sur David Sammut u Amb. Marlene Bonnici attendew din il-laqgħa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-laqgħat kollha.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nikkonferma li kemm ili Ministru, jien attendejt mhux biss il-laqgħat formali imma anke l-laqgħat informali. F’kull laqgħa intervjenejt fuq il-biċċa l-kbira tas-suġġetti għad-diskussjoni, kif ġie rrapurtat fil-media.
Ministeru għal Għawdex — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (REFALO, ANTON)
Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kelli l-ebda laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ‘l hawn.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, waħda fi Brussels u l-oħra fil-Lussemburgu.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fi ħdan il-Ministeru tiegħi attenda għal ħames laqgħat, tlieta minnhom informali. Żewġ laqgħat saru fi Brussels, tnejn il-Litwanja u oħra fl-Irlanda. Erbgħa minn dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw ir-riċerka, filwaqt li l-laqgħa l-oħra kienet dwar l-isport.
Ministeru għall-Finanzi — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għall-finanzi attenda l-laqgħat kollha tal-ECOFIN.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li mid-9 ta’ Marzu ‘l hawn attendejt għat-tliet Kunsilli tal-Ministri li tlaqqaw mill-Unjoni Ewropea, fl-14 u 15 ta’ Marzu, fit-22 ta’ Mejju u fis-27 u t-28 ta’ Ġunju.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-Deputat Prim Ministru attenda l-laqgħat kollha tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali minn mindu sar Deputat Prim Ministru ħlief għal-laqgħa waħda li attenda għaliha l-Ministru tal-Affarjiet Barranin, minħabba li f’dik il-ġurnata tlaqqa’ wkoll il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (VELLA, GEORGE)
Bejn id-9 ta' Marzu w id-data tal-lum, saru sitt laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea (Marzu, April, Mejju, Gunju, Lulju w Awwissu). Dik ta' Awwissu kienet Sessjoni Straordinarja tal-Kunsill, li ma kinitx oriġinarjament prevista iżda tlaqqgħet minħabba żviluppi li kienu qed jiġru ġewwa l-Eġittu.
Minn dawn il-laqgħat, ma stajtx nattendi il-Kunsilli tal-Affarijiet Barranin ta' Marzu u Ġunju w is-Sessjoni Straordinarja f'Awwissu.
Fir-rigward tal-Kunsill ta' Marzu, kienet attendiet ir-Rappreżentanta Permanenti tagħna għall-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-Kabinet kien għadu ma ġiex iffurmat. F'Ġunju, ma stajtx nattendi minħabba l-fatt li kont parti mid-delegazzjoni tal-Prim Ministru waqt żjara uffiċjali lejn il-Vatikan, li ħabtet mad-dati tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. Ir-Rappreżentanta Permanenti attendiet għal dan il-Kunsill minfloki.
Fir-rigward tas-Sessjoni Straordinarja f'Awissu, (kif kont iċċarajt fi stqarrija għall-istampa ppublikata fid-29 ta' Awwissu 2013,) jiena kont imsiefer fuq vakanza privata meta kienet imsejħa l-laqgħa. Ippruvajt nagħmel kull arranġament għat-titjira sabiex inkun nista' nattendi iżda minkejja kull sforz ma setgħax jinstab mezz kif dan ikun possibbli.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill li kienu se jiġu adottati kienu qrib ħafna fis-sustanza lejn il-posizzjoni tal-Gvern Malti, hekk kif espressa ftit ta' ġranet qabel fi stqarrija għall-istampa. Ir-Rappreżentanta Permanenti għalhekk ġiet mitluba tattendi għal dil il-laqgħa f'ismi.
Ta' min wieħed jinnota li jiena bqajt f'kuntatt kontinwu mar-Rappreżentanta Permanenti matul il-laqgħa biex tingħata direzzjoni kif u meta meħtieġa.