Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi ġew ingaġġati żewġ konsulenti li s’issa bejniethom tħallsu s-somma ta’ €34,406.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx tindif regolari f’Kemmuna in vista tal-ammont ta’ ġrieden li huwa rrappurtat li hemm u li jingħad li qed jagħmlu ħsara lill-bajd tal-għasafar protetti li jbejtu hemmhekk?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f'Kemmuna jsir tindif regolari fil-bajjiet u l-inħawi ta' madwarhom matul ix-xhur minn April sa Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema skejjel ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iskejjel minn fejn ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013 kienu dawn:
Kulleġġ
Skola
Kulleġġ San Benedittu
Skola Primarja Birzebbuġia
Kulleġġ San Ġorg Preca
Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun
Kulleġġ San Ġorg Preca
Skola Sekondarja tal-Bniet Ħamrun
Kulleġġ Sant'Injazju
Skola Sekondarja tas-Subien Ħandaq
Kulleġġ Sant'Injazju
Skola Sekondarja tal-Bniet Ħandaq
Kulleġġ San Benedittu
Skola Sekondarja tas-Subien Kirkop
Kulleġġ San Nikola
Skola Primarja Mġarr
Kulleġġ Maria Reġina
Skola Sekondarja tas-Subien Mosta
Kulleġġ Maria Reġina
Skola Sekondarja tal-Bniet Mosta
Kulleġġ San Nikola
Skola Sekondarja tas-Subien Mtarfa
Kulleġġ San Nikola
Skola Sekondarja tas-Subien Naxxar
Kulleġġ Santa Klara
Skola Primarja Pembroke
Kulleġġ San Tumas More
Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun (Samra)
Kulleġġ Santa Klara
Skola Sekondarja tas-Subien Sliema
Kulleġġ San Tumas More
Skola Sekondarja tasl-Bniet Sta. Luċija
Kulleġġ Santa Margerita
Skola Sekondarja tal-Bniet Żejtun
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-films u produzzjonijiet lokali li nħadmu jew se jinħadmu fil-gżejjer Maltin u li l-arranġamenti għalihom ġew finalizzati minn Marzu 2013 ’l hawn?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din l-mistoqsija hija indikat fit-tweġiba diġà mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2492. L-istess informazzjoni għadha tapplika llum.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm ingaġġati tmien konsulenti (li ħamsa minnhom kienu ngaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti).
Mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn tħallsu bejniethom €83,401.25 .
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha l-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Malta Enterprise? X’inhu l-pakkett finanzjarju offrut lil din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Ħamrun — Tqaċċit ta’ siġar fl-iskola sekondarja
Question
B’referenza għal dak li ġie rrappurtat li qal fil-ħarġa tal-5 ta’ Settembru 2013 ta' The Times of Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li għamlu xogħol ta' tqaċċit b'mod salvaġġ fuq is-siġar fl-iskola sekondarja tas-subien fil-Ħamrun hux se jkunu obbligati jattendu għall-kors li għamel riferenza għalih? Jista’ jgħid jekk hux se jkun il-Gvern li se jħallas għall-ispejjeż ta' dan il-kors?
Response (BRINCAT, LEO)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kors dwar iż-żbir tas-siġar ġie introdott fl-MCAST f’dan is-semestru. Għalkemm il-kors twaqqaf wara taħdidiet li saru bejn dan il-Ministeru u l-MCAST, ir-responsabilita’ tat-tmexxija ta’ dan il-kors, inkluż min jirreġistra għalih, hija kif mistenni f’idejn l-istitut tal-MCAST. Dan il-Gvern għall-ewwel darba f’pajjiżna qed jipprova jindirizza l-problema ta’ żbir bl-addoċċ tas-siġar, speċjalment wara li fl-2011 l-amministrazzjoni preċedenti bidlet ir-regoli b’tali mod illi ġie imdgħajjef il-ħarsien tas-siġar b’mod partikulari f’żoni urbani.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti għandu ppjanati l-Gvern għal ġonna, spazji pubbliċi u parks kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li min-naħa tad-dekasteru tiegħi hemm ippjanati ġonna pubbliċi f’dawn is-siti li ġejjin :
- Pjazza Santa Margerita, Bormla
- Triq l-Imriġġ, Msida
- Triq ir-Riħan, San Ġwann
Fir-rigward tal-
parks
u proġetti ppjanati għal Għawdex, nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministeri ikkonċernati.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — ħlas lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minn naħa tal-Ministeru ma sar l-ebda ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kas ta’ l-MFIN, il-Lottu, it-Teżor, l-IRD, il-VAT, il-Kuntratti u d-Dwana; u kif ukoll fir-rigward tal-MFSA, l-EPD, l-FIAU, l-MSE u l-NSO ir-risposta hija fin-negattiv.
Il-Bank Ċentrali mhux inkluż f’din ir-risposta.