Legislature:
Category:
Reset
Active:

UNFCCC – rapport fuq tibdil fil-klima

Question

B’referenza għar-rapport dwar Malta li l-UNFCCC ippubblikat f’Marzu 2013 b’numru ta’ rakkomandazzjonijet speċifiċi marbuta ma’ tibdil fil-klima, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet qegħdin jiġu implimentati fis-sistemi użati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport qegħdin jiġu kkunsidrati fl-ambitu ta’ proċess li mistenni jwassal biex tiġi stabbilita ‘National System for the Estimation of Greenhouse Gas Emissions and Removals’ skont ir-rekwiżiti internazzjonali. Dan il-proċess qiegħed jitmexxa mill-Ministeru tiegħi b’għajnuna mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi u entitajiet oħra.
Leg 12 PQ #4722 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOIA) saret minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi, maqsumin skont l-awtorità pubblika li minnha ntalbet l-informazzjoni? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati minnufih? Kemm minn dawn it-talbiet ġew irrifjutati fl-ewwel istanza? Kemm minn dawn it-talbiet li ġew irrifjutati, ġew appellati mal-istess awtorità u kemm minnhom reġgħu kienu rrifjutati? Kemm irċieva lmenti l-Kummissarju tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data fuq talbiet FOIA li ġew irrifjutati? Kemm-il deċiżjoni tal-Kummissarju ġew appellati fit-tribunal, u kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ġew ikkonfermati minn dawn it-tribunal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni dwar l-Att dwat il-Liberta’ tal-Informazzjoni għar-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mitluba qed nagħtiha f’Tabella A. Għar-rigward ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri individwalment.

Kunċert mit-Tenur Joseph Calleja

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja fuq il-fosos ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas? Tista' tispeċifika kemm se jħallas il-Gvern lill-organizzaturi sabiex il-membri tal-udjenza li se jkunu bilwieqfa jidħlu b'xejn? Tista' tgħid kemm tneħħew postijiet standing potenzjali mill-pjan oriġinali tal-organizzaturi tal-kunċert sabiex jinbiegħu biss il-biljetti għas-siġġijiet u l-kumplament jidħlu b'xejn?

Response (DALLI, HELENA)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 12 PQ #4395 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Postijiet għal rehearsals minn bands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il band instabilha garaxx fejn tagħmel ir-rehearsals mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn? Fejn jinsabu dawn il-garaxxijiet, lil liema bands instabu u kemm tħallas għalihom f’xiri jew kirjiet? Jista’ jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għadhiex ingaġġata fuq kuntratt mal-Ministeru tiegħu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3087. Sadanittant, nikkonferma li l-persuna li qed issir referenza għaliha hija ngaġġata fuq kuntratt mal-Ministeru.
Leg 12 PQ #4396 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – ħlas liċ-Chairman u l-membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu ċ-Chairman u l-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ċ-Chairperson jingħata honorarium ta’ €13,976 fis-sena, waqt li l-Membri jingħataw €2,795 fis-sena.
Leg 12 PQ #4397 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – tqaċċit ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni tqaċċtu numru ta’ siġar f’Marsalforn biex minflokhom ingħata konkos?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Ministeru għal Għawdex ma kienx involut fix-xogħol imsemmi fil-mistoqsija.

Kumitat konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar — rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar ippreżentax ir-rapport li kellu jħejji skont it-termini ta’ referenza li bihom twaqqaf?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġie ppreżentat rapport purament konsultattiv dwar il-ħidma u s-suġġerimenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar, li qegħdin jiġu evalwati fuq il-merti tagħhom mill-entitajiet konċernati. Nieħu din l-okkażżjoni biex inrodd ħajr mill-ġdid lil kull min ta l-kontribut siewi tiegħu f’dan il-kumitat, bla ħlas. Fil-preżent il-Ministeru tiegħi m’għandu l-ebda setgħat regolatorji fuq il-ħarsien tas-siġar.

Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax raġuni għar-riżenja tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern waqqaf il-kumitat ad hoc dwar is-siġar, li huwa wieħed konsultattiv, wara li regolamenti tal-2011 li biddlu dawk ta’ qabilhom dgħajfu l-ħarsien tas-siġar fiż-żoni urbani. L-Onorevoli membru jaf bil-kritika qawwija li kien hemm dwar dan in-nuqqas minn professjonisti, għaqdiet mhux governattivi u l-pubbliku nġenerali. Dan intwera biċ-ċar ukoll f’konsultazzjoni pubblika li għamel dan il-Ministeru, fejn individwi, għaqdiet u korpi kostitwiti għaddew kummenti u suġġerimenti tagħhom li komplew żiedu l-piż fuq il-kumitat konsultattiv. Il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatment ukoll tat sehemha f’dan il-kumitat u għalkemm kulħadd xtaq li tkompli tagħti dan is-sehem, wieħed jifhem li kulħadd għandu kull dritt li ma jkomplix bil-ħidma tiegħu fuq kull kumitat, għal raġunijiet li hu jaf aħjar. Il-Kumitat Konsultatattiv kompla bil-ħidma tiegħu u lesta x-xogħol li ġie mqabbad jagħmel. Nieħu din l-okkażżjoni biex inrodd ħajr mill-ġdid lil kull min ta l-kontribut siewi tiegħu f’dan il-kumitat.
Leg 12 PQ #4400 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali – interim report

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid ġiex ippreżentat lilu xi interim report mill-kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali li se jsiru fl-2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #4389 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat hemm zewg Konsulenti li flimkien thallsu l-ammont ta' €28,446.15 mid-9 ta' Marzu 'l hawn.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm 15-il persuna li tqabbdu jagħmlu xogħol ta’ konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni. Fil-każ ta’ tlieta (3) minnhom għadu ma sar l-ebda ħlas minn meta ġie ffirmat il-kuntratt. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4391 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma għandu ngaġġati tliet konsulenti u s'issa tħallas l-ammont ta' €39,373 (disgħa u tletin elf, tliet mija u tlieta u sebgħin Ewro).

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumtar u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (DALLI, HELENA)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor. Interpellant, mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati żewġ konsulenti fil-Ministeru u sa Settembru 2013 tħallu 17,415.93 ewro
Leg 12 PQ #4383 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ konsulenti fil-Ministeru għat-Turiżmu. Wieħed ġie ngaġġat biex jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq bażi Part-Time u l-ieħor ġie ngaġġat fuq bażi Full-Time. It-tnejn għandhom kuntratt ta’ sena. L-ammont li tħallas s’issa l-konsulent li hu fuq bażi full-time hu ta’ €11,347.69 filwaqt li l-ammont li tħallas s’issa l-konsulent li hu fuq bażi part-time hu ta’ €6,631.36.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tiegħi hemm dawn il-konsulenti : 1. Tlett (3) konsulenti li jagħmlu parti mill- Strategic & Priorities Unit u sa issa tħallsu is-somma ta’ €38,267 2. Hemm tminn (8) konsulenti oħra fi ħdan il-Ministeru / Dipartimenti li tħallsu is-somma ta’ €131,450. Erbgħa (4) minn dawn il-konsulenti kienu ġew ingaġġati mill-Ministru preċedenti 3. Hemm tlett (3) konsulenti li l-kuntratt tagħhom ġie effettiv mis- 16 / 23 ta’ Settembru, 2013 u b’hekk għadu ma sarilhom l-ebda ħlas.
Leg 12 PQ #4385 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li huma erba’ l-konsulenti ngaġġati fil-Ministeru u l-ammont li tħallsu f’konsulenzi mid-9 ta’ Marzu jammonta għal € 43,851.73.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Total ta’ konsulenti mid-9 ta’ Marzu 2013, hemm 7: 1 Justice Unit – Part time € 15,014.74 p.a 2 Justice Unit – Full time € 38,299.56 p.a 3 EU Affairs – Part time € 13,521.50 + € 2,329.38 (car allowance) p.a 4 Film Industry – Full time € 27,043.00 p.a 5 Citizenship & Expatriate – Part time € 19,167.46 p.a 6 Citizenship & Expatriate – Part time € 18,169.06 p.a 7 Identity Malta Agency – Full time € 37,035.96 p.a

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (CARDONA, CHRIS)

Mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn ġew ingaġġati tlett (3) konsulenti full-time u konsulent part-time mal- Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żghar. It-tlett konsulenti full-time huma l-Onor. Silvio Schembri, Dr. Nadine Sant u Mr. David Borg, u dawn ġew ingaġġati mal-Ministeru tal- Onor. Ministru Dr.Chris Cardona, filwaqt li l-konsulent part-time hija Dr.Helen Borg Muscat u din ġiet ingaġġata mas-Segretarjat Parlamentari tal-Onor. Dr. Edward Zammit Lewis. Mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn dawn il-persuni tħallsu kif gej: Isem Salarju p.a. € Salarju s'issa € Car Allw. p.a. € Car Allw. s'issa € Expense Allw. p.a. € Expense Allw. s'issa € Expertise Allw. p.a. € Expertise Allw. s'issa € Onor. Silvio Schembri 33,853 15,746 4,659 2,167 nil nil nil nil Dr. Nadine Sant 33,853 3,503 4,659 482 2,000 207 20,000 2,000 Mr. David Borg 33,853 14,875 4,659 2,047 nil nil nil nil Dr. Helen Borg Muscat 16,927 325 nil nil nil nil nil nil