Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas għat-tinda li ntramat fi Pjazza San Ġorġ u li minnha saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern hekk kif intemm id-diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru? Jista’ jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha, u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja tal-billboards u l-posters li twaħħlu fuqhom li kellhom messaġġi marbutin mal-Baġit 2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?
Diskors tal-Baġit 2014 — roħs fil-Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Peress li fid-diskors tal-Baġit tal-2014 f'paġna 15 qal li f'Marzu 2014 se titwettaq il-wegħda elettorali li jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u ilma b'medja ta' 25% u 5% rispettivament għall-familji, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-tnaqqis hux se jingħata fl-1 ta' Jannar 2014 jew l-1 ta' Marzu 2014 jew inkella l-1 ta' April 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern se jwettaq dak li wiegħed li f’Marzu 2014 se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji u f’Marzu 2015 għan-negozji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' konsumaturi domestiċi li jieħdu l-enerġija elettrika mill-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar tas-sena 2012 kif ukoll kemm minn dawn il-konsumaturi kienu fuq single phase u kemm kienu fuq three phase? Jista’ jgħid kemm kien il-valur tas-service charge kemm tas-single phase supply u tat-three phase supply fl-istess data indikata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għall-paġna tal-Facebook tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid jekk itteħditx azzjoni kontra l-persuna jew persuni mill-Awtorità għall-kumment uffiċjali posted il-Ħamis 23 ta' Ottubru fuq l-istess paġna li kienu miktubin b'Ingliż orribbli u li qanqal kummenti negattivi fuq l-istess paġna tant li finalment spiċċa tneħħa u nbidel b'messaġġ ieħor? Jikkonferma l-Prim Ministru li kummenti bħal dawn ma jagħmlu l-ebda ġid lil awtorità importanti bħall-MEPA?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-facebook page tal-MEPA hija amministrata mill-Uffiċċju tal-PRO fi ħdan il-MEPA. Il-persuna li hija responsabbli intalab jagħmel statement u ngħata verbal warning biex joqgħod attent kif u x’jiġi ippostjat fuq il-facebook page tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ingħatatx xi kuntratt ta' xogħol mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f'xi ministeru ieħor jew ma' xi entità pubblika? Jekk iva, jista' jgħid x'inhu rwol tagħha? X'inhu l-pakkett finanzjarju tagħha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, m’ghandha ebda kuntratt ta' xogħol mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f'xi ministeru ieħor jew ma' xi entità pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament liema rwol huwa indikat fil-paġna tal-Facebook tal-istess individwu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4386 li staqsa huwa stess.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament liema rwol huwa indikat fil-paġna tal-Facebook tal-istess individwu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li dettalji dwaru qed jintbgħatu separatament qed jirċievi ħlas ta’ 13,521.50 ewro fis-sena flimkien ma’ telephone/ADSL allowance ta’ €407.50 u allowance oħra ta’ €2,320 għal użu tal-karozza.
Jista' d-Deptutat Prim Ministru jgħid x'kien il-pakkett finanzjarju li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fis-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu liema rwol huwa indikat fil-paġna tal-Facebook tal-istess individwu? Jista' jgħid meta temm il-kariga msemmija?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat kien jokkupa l-kariga ta’ Segretajru Privat fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru. Il-pakkett finanzjarju tiegħu kien skont kif stabilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-individwu temm il-kariga tiegħu fis-16 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għandux xi kariga fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi ministeru ieħor? Jekk iva, x'inhuma l-pakketti finanzjarji mogħtija lilu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tweġiba għal dak li jirrigwarda fil-preżent l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija le.
L-individwu li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant kien jaħdem fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista bejn l-2008 u l-2011.
Għall-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor Interpellant, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm tnaqqis mill-fondi allokati fil-baġit għal din is-sena, approvat mill-Parlament f'April, ta' xi dipartiment, aġenzija jew entità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Jekk iva, kemm kien it-tnaqqis u x'kienet ir-raġuni għalih?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nerġa npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li ngħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 5068. Ninsab infurmat li fejn kien hemm tnaqqis dan sar wara intervent mill-Ministeru tal-Finanzi.
Reklamazzjoni tal-Art – konsultazzjonijiet ma’ għaqdiet ambjentali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma ħassx il-ħtieġa li jikonsulta ma’ għaqdiet ambjentali meta saru konsultazzjonijiet dwar ir-reklamazzjoni tal-art, ħaġa li ammetiha s-Segretarju Parlamentari waqt laqgħa organizzata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-18 ta’ Ottubru 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li għalissa inħarġet biss Expression of Interest biex il-gvern jara x’tip ta’ proġetti innovattivi se jitressqu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer mindu ilu Ministru, fejn mar, x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra, min akkumpanjah, kemm ġiet tiswa kull safra għad-delegazzjoni kollha u minn fejn inxtraw il-biljetti tal-ajru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-segretarjat tiegħu, x’inhi l-pożizzjoni li jokkupaw u x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull membru tas-segretarjat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru għal Għawdex jew ma’ xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu, il-kwalifiċi tal-istess konsulenti, u l-pakkett finanzjarju ta’ kull konsulent? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ dawn il-konsulenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid hux biħsiebu jattendi l-Conference of the Parties tal-UNFCCC f’Varsavja dwar it-tibdil fil-Klima? X’outcomes qed jistenna mill-istess konferenza? Jista’ jgħid liema punti fl-aġenda tal-COP jħoss li għandhom l-iktar influwenza diretta fuq Malta?
Response (BRINCAT, LEO)
Nikkonferma illi ser nattendi l-Konferenza tal-UNFCCC f’Varsavja. Kull min isegwi dawn in-negozjati jaf li l-andament għal ftehim konkret biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mhuwiex għaddej bir-ritmu mixtieq. L-agenda tal-COP tinkludi ħafna elementi, fosthom dawk marbutin mal-iffinanzjar għall-azzjonijiet, t-teknoloġija, progress dwar l-implementazzjoni u capacity buildingli lkoll huma t’interess għal Malta. Madanakollu l-iktar element li ser jinfluwenza direttament lil Malta huma d-diskussjonijiet dwar l-ftehim post 2015.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Reklutaġġ ta’ professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fi ħdan il-Ministeru biex jimtlew il-vakanzi ta’ professjonisti fil-Ministeru u entitajiet dipendenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, hemm proċedura stabbilita ta’ kif jimtlew vakanzi mal-Gvern permezz tal-eżerċizzju tal-capacity building bl-involviment tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-PAHRO. Barra minn hekk il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ vakanzi huwa wieħed dinamiku għaliex wieħed ikun irid jadatta ruħu għaċ-ċirkustanzi.
Sadanittant il-
Management Efficiency Unit
ser jagħmel
operations review
tal-Uffiċju tas-Segretarjat Permanenti li fost affarijiet oħra huwa maħsub li jidentifika x’vakanzi hemm bżonn jimtlew.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux se jerġa’ jgħaddi fondi lill-entitajiet li jaħdmu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-adatazzjoni minħabba tibdil fil-klima bħalma ġara bejn l-2010 u l-2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-flus li ħalset Malta bejn is-snin 2010 u 2012 kienu fil-fatt parti mill-pledge li għamlet Malta fl-2009 taħt il-pakkett Fast-Start Finance li kien maqbul bejn il-pajjiżi hekk msejħa żviluppati. Filwaqt li nikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkun parteċipi f’inizjattivi bħal dawn, d-deċiżjoni jekk jerġgħux jinagħtaw fondi tiddependi ħafna fuq il-budget li jkun hemm għad-dispożizzjoni tiegħi.