Legislature:
Category:
Reset
Active:

natural capital — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni konkreta bi ħsiebu jieħu l-ministeru tiegħu biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tan-natural capital li għandu pajjiżna, li anki għamel referenza għalih fid-diskors dwar l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħu?

Response (BRINCAT, LEO)

Malta taqbel ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li huwa importanti li jkun hemm iktar integrazzjoni u mainstreaming tal-kunċett biex b’hekk tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mal-qasam tan-natural capital, inkluż il-finanzjament tas-siti Natura 2000 u investiment f’dik imsejħa infrastruttura ħadra (Green Infrastructure). Malta diġà qed tara li dan iseħħ anke permezz ta’ miżuri u inizjattivi favur il-biodiversità li huma stabilliti kemm fil-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent (in-National Environment Policy) kif ukoll fl-Istrateġija u l-Pjan t’Azzjoni dwar il-Biodiversità (National Biodiversity Strategy and Action Plan). Waħda mill-opportunitajiet l-iktar importanti f’dan il-qasam hija l-ħolqien ta’ Green Jobs f’dawk l-oqsma fejn isir investiment biex jew jiġi ssalvagwardjat u mmaniġġjat l-ambjent naturali u rurali, jew l-ambjent urban isir iktar environment-friendly. Ta’ min jgħid ukoll li għalkemm Malta bħal pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea diġà qed tiffinanzja dawn l-investimenti permezz ta’ fondi bħalma huma dawk tal-LIFE, u l-fond tal-Iżvilupp Rurali, hemm proċess għaddej fuq livell Ewropew sabiex jiġu stabilitti mekaniżmi u faċilitajiet ġodda ta’ finanzjar għan-natural capital.

kampanja favur arja nadifa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja favur arja nadifa li semma fid-diskors tiegħu fil-Parlament nhar il-Ġimgħa 15 ta' Novembru? Jista' jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-kampanja?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kampanja favur arja nadifa kienet marbuta mal-avveniment annwali tal-Car Free Day. Għal kuntrarju ta’ dak li ġara fis-snin ta’ qabel, din is-sena l-Gvern ħass il-bżonn li b’żieda mal-Car Free Day kellu jiffoka l-isforzi tiegħu biex jippromwovi kampanja favur arja aktar nadifa fost iċ-ċittadini. Dan anke b’sinerġija mal-fatt li l-Unjoni Ewropea ddedikat din is-sena bħala s-Sena tal-Arja. Il-kampanja favur arja nadifa ġiet tiswa €13,223.16 eskluż il-VAT. Minn dawn il-MEPA iffinanzjat €10,000 għall-istrateġija użata ta’ komunikazzjoni. Il-kampanja kienet tikkonsisti minn riklami informattivi li dehru fuq il-gazzetti lokali u online news portals, diskussjoni pubblika dwar il-kwalita’ tal-arja u attivitajiet diversi li ttellgħu b’kollaborazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħra biex flimkien nippromwovu l-bżonn ta’ kwalità aħjar tal-arja minn diversi aspetti.
Leg 12 PQ #6097 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baġit 2014 – konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern

Question

Peress li fid-diskors tiegħu fil-Parlament ta' nhar it-Tlieta 12 ta' Novembru l-Prim Ministru indika li jaf kemm ġiet tiswa l-kampanja pubbliċitarja marbuta mal-Baġit 2014, jista' l-Prim Ministru issa jagħti tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 5816 u 5817? Jista' jgħid ukoll kemm ġew kommessi fondi għal din il-kampanja, fit-totalità tagħha, li qed issir riferenza għaliha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bdiewa u raħħala — ħidma

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6024, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa u raħħala f'Malta u f'Għawdex separtament li jaħdmu jew joperaw minn 59 tomna art u aktar konsolidati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha l-Paying Agency hawn sitt bdiewa u/jew raħħala li jaħdmu jew joperaw art konsolidata ta’ aktar minn 59 tomna. Dawn huma wieħed f’Għawdex u ħamsa f’Malta. Madankollu ta’ min jinnota li l-Paying Agency iżomm biss informazzjoni ta’ dawk li jibbenefikaw minn fondi Ewropej.
Leg 12 PQ #6124 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Agrituriżmu – operaturi ta’ negozju

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6026, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzja ta' negozju marbut mal-agrituriżmu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nifhem li l-Onor. Interpellant segwa t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6026 li hu qiegħed jirreferi għaliha. Għaldaqstant mill-ġdid nerga’ nagħmel referenza għall-istess tweġiba.
Leg 12 PQ #6125 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Agrituriżmu — studji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandhomx studju/i li jindikaw ħtieġa għal operaturi ta' negozji marbuta mal-agrituriżmu f'Malta u Għawdex? Jekk dan l-istudju/dawn l-istudji jeżistu, jista' l-Ministru jpoġġih/ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem sabiex jirregolarizza u jippromwovi l-Agrituriżmu bħala niċċa ġdida għas-settur turistiku Malti. F’din il-ħidma, mhux eskluż li jsiru studji lokali jew issir refenza għal studji internazzjonali relatati ma’ dan il-qasam.
Leg 12 PQ #6212 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali – interim report

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4400 u jgħid ġiex ippreżentat lilu xi interim report mill-kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali li se jsiru fl-2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat li qed jirrefei ghalih, ippreżenta proposti ta' attivitajiet għal kull wieħed mill-anniversarji.
Leg 12 PQ #6023 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien ta’ art f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm sidien ta’ art f’Malta u f’Għawdex separatament li għandhom aktar minn 59 tomna ta’ art li jmissu ma’ xulxin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern iżomm biss informazzjoni fuq il-proprjetà li s-sid tagħha huwa l-Gvern. Għaldaqstant, l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bdiewa u raħħala — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa u raħħala f’Malta u f’Għawdex separatament li jaħdmu jew joperaw minn 59 tomna art u aktar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li skont l-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali, l-bdiewa u raħħala li jaħdmu jew joperaw minn 59 tomna art u aktar jammonta għal 279 f’Malta u 116 f’Għawdex.
Leg 12 PQ #6026 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Agrituriżmu – operaturi ta’ negozju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi ta’ negozju li jiġi riklamat bħala agrituriżmu f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa llum għadha ma teżistiex liċenzja għall-operaturi ta’ agrituriżmu. Għaldaqstant f’dan l-istadju mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba. Il-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem sabiex jirregolarizza u jippromwovi l-Agrituriżmu bħala niċċa ġdida għas-settur turistiku Malti.
Leg 12 PQ #6039 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) — Skola tad-Drama – kwalifiki tal-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għalliema kollha tal-ballet fl-iskola tad-Drama tan-Nadur, Għawdex għandhomx il-kwalifiki meħtieġa sabiex iressqu lill-istudenti li huma jgħallmu għall-eżami tar-Royal Academy of Dance? Jekk le x’inhi r-raġuni?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6055 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5258, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biljetti tal-ajru li nxtraw għas-safar imsemmi fl-istess mistoqsija, inxtrawx b'direct order jew wara sejħa għall-offerti u jagħtini risposti għal kull safra u kemm swew kull biljett tal-ajru, għal kull passiġġier, għal kull safra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5822 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2014 – konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas għat-tinda li ntramat fi Pjazza San Ġorġ u li minnha saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern hekk kif intemm id-diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru? Jista’ jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha, u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija trid tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #5823 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2014 — Kirja ta’ billboards u posters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja tal-billboards u l-posters li twaħħlu fuqhom li kellhom messaġġi marbutin mal-Baġit 2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Statistika ta' Birdlife

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad statistika maħruġa mill-Birdlife li turi li mill-15 ta' Settembru 2013 'l hawn 70% tal-għasafar protetti li sfaw fil-mira tal-kaċċa illegali intlaqtu fil-ħin ta' wara nofsinhar li sas-sena li għaddiet kien kopert mill-curfew?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li peress li ma ġiex ipprovdut l-ebda dokument li jissustanza l-allegazzjonijiet in kwistjoni, inħoss li wieħed ikun iktar korrett jekk jgħid li statistika uffiċċjali ippublikata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-10 ta’ Ottubru 2013 turi li l-Gvern irdoppja l-infurzar f’dan il-qasam. Dan wassal għal tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ rapporti dwar inċidenti li jinvolvu għasafar protetti matul il-perjodu 15 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru tal-2013 u dan meta kkumparat mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

Każijiet ta' kaċċa illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' kaċċa illegali (fuq tajr tal-priza) mill-15 ta' Settembru 2013 'il hawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-każijiet rrapurtati, bil-ħin u l-post ta' fejn seħħew?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5908 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadmitx fis-segretarjat tiegħu għal xi żmien? Jekk iva xi rwol kellha u f’liema żmien kienet fis-segretarjat? Għaliex m’għadhiex fis-segretarjat u issa qed taħdem fis-sezzjoni tal-elderly care? Peress li din il-persuna hija ECG technician għaliex mhux qed tagħmel dan ix-xogħol fl-Isptar Ġenerali ta’’Għawdex meta hemm nuqqas serju u s-servizz tal-ECG tnaqqas b’ numru ta’ sigħat kuljum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet tifforma parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 12 PQ #5781 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

L-Imġarr (Għawdex) – iż-Żewwieqa — tinda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tinda li tpoġġiet dan l-aħħar fiż-Żewwieqa fl-Imġarr, Għawdex, eżattament ħdejn is-slipway, saritx bil-permessi kollha neċessarji, min kien responsabbli għat-twaqqif ta' din it-tinda, għaliex u għal min saret?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-tinda msemmija fil-mistoqsija ma għandhiex permess mid-direttorat konċernat fil-Ministeru għal Għawdex u l-każ ġie riferut lill-pulizija biex jieħdu l-azzjoni neċessarji.