Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpanija – Tender — Key Experts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-key experts tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għadhom kemm ingħataw tender bl-isem: MSDEC212/2016 Service tender for the collation of primary and secondary data on regular breeding and wintering bird species in the Maltese islands and compilation of Article 12 report (Birds Directive) for the 2013-2018 reporting period, including Malta Breeding Bird Atlas (2018)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-esperti in kwistjoni.

Heritage Malta – attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn Heritage Malta mill-2013 ‘l hawn sabiex isiru attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi madwar Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2013 sa Awwissu 2016 ġew organizzati 112-il attività varja fit-Tempji Megalitiċi u Neolitiċi f’Malta u Għawdex taħt regoli stretti u b’distanzi ċari sabiex waqt li l-patrimonju tagħna jitgawda, tibqa’ intatta l-preservazzjoni sħiħa ta’ dan il-wirt storiku.
Leg 12 PQ #27456 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Tempji tal-Ġgantija – permessi biex isiru attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mill-Ministeru tiegħu biex isiru attivitajiet fit-tempji tal-Ġgantija mill-2013 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Skejjel primarji tal-Gvern – servizz tal-Breakfast Club u Club 3-16 — attendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li għaddiet kemm kien in-numru ta' tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi tal-Breakfast Club u Club 3-16 li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet, in-numru ta’ tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi ta’ Klabb 3-16 u li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu kien ta’ 2,555. Fl-istess sena skolastika, 3,362 student ibbenefikaw mis-servizz tal-Breakfast Club.

Single Mothers – benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015? Jista’ jindika n-numru ta' ulied u l-ammonti li ġew imħallsa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015 u l-ammonti mħallas, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Sena Single Mothers Numru ta' Tfal Nefqa Total b'aktar minn wild wieħed Għajnuna Soċjali (SA/SUP/UA) Allowance tat-Tfal (CA) Assistenza Medika (SKA) Għotja tal-Ħalib (MG) Benefiċċju tal-Enerġija (EB) 2014 3,421 8,376 € 17,334,337.95 € 6,471,273.37 € 415,251.22 € 23,631.44 € 411,079.27 € 24,655,573.25 2015 3,439 8,138 € 15,803,416.42 € 6,174,270.52 € 391,441.03 € 20,921.67 € 359,751.14 € 22,749,800.78

Park ta’ Ta’ Qali – jogging track

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex isir jogging track fil-Park ta' Ta' Qali kif kien tħabbar mill-Ministru preċedenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li reġat ġiet eżaminata l-proposta li ssir jogging track kien deċiż li din ma ssirx u minflok ser jiżdiedu l-faċilitajiet għall-familji billi jitwaħħlu numru ta’ picnic tables ġodda u jsir titjib ieħor kif ikun il-bżonn.
Leg 12 PQ #25623 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24766 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #25624 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24767 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25625 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24768 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji u lill-individwu msemmija b’mod separat.
Leg 12 PQ #25626 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24769 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu ma talabx għall-investigazzjoni mill-Pulizija fuq allegazzjoni ta’ tixħim ta’ €30,000 fir-rigward ta’ ħlasijiet mill-FTS li dehret fil-ħarġa tat-Times of Malta tas-17 t’April, 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi d-deċizjoni dwar x’jiġi investigat hija prerogattiva tal-Pulizija. Infurmat li ftit wara li saru l-allegazzjonijiet, żewġ persuni mill-FTS għamlu rapport uffiċjali fejn ġew mgħarrfa l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni lill-Pulizija. Dawn ir-rapporti ġew mgħoddija lis-Segretarju Permanenti bħala evidenza li azzjoni ttieħdet. F’dawn ir-rapporti, l-individwi konċernati spjegaw fid-dettal l-allegazzjonijiet li għamel individwu partikolari u ċaħduhom. Bħala riżultat ta’ wieħed minn dawn ir-rapporti, il-Pulizija bdew proċeduri fil-Qorti dwar malafama. Ix-xahar li għadda, wara seduta l-Qorti, is-Segretarju Permanenti kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan kollu ġie mgħarraf b’mod komplut lill-ġurnal The Times of Malta.
Leg 12 PQ #25617 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24762 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull kaz ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Leg 12 PQ #25618 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24763 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu . Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.
Leg 12 PQ #25619 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24764 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.
Leg 12 PQ #25620 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24760 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Leg 12 PQ #25621 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24761 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu. Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.
Leg 12 PQ #25622 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24765 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.

MCAST – letturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx letturi fl-Università li huma wkoll letturi fl-MCAST? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax permess mill-Kunsill tal-Università biex dan isir? Kemm kien in-numru ta' sigħat ta' tagħlim minn dawn il-letturi fl-MCAST sena sena fis-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ftehim Kollettiv jagħti l-opportunità lil Resident Academics tal-Università li jkunu involuti f’attivitajiet professjonali part-time sakemm dawn l-attivitajiet ma jkunux ta’ kunflitt jew jinterferixxu mal-obbligazzjonijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet tagħhom u ma jistgħux iħammġu r-reputazzjoni tal-Università. Il-permess jingħata mir-Rettorat u mhux mill-Kunsill. Visiting lecturers u casual lecturers li jaħdmu sigħat fissi għandhom il-possibiltà li joffru s-servizzi tagħhom lil entitajiet oħra bħall-MCAST. Infurmat li f’din is-sena akkademika hemm ħames persuni li jaħdmu bħala letturi full-time fl-Università ta’ Malta u li jagħtu s-servizzi tagħhom part-time fl-MCAST. Ir-responsabbiltà li jinġieb il-permess meħtieġ mill-Università ta’ Malta hija tal-letturi nfushom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Nru ta’ letturi Sigħat ta’ tagħlim 2013 3 352 2014 4 706 2015 5 685
Leg 12 PQ #24766 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24767 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.