Legislature:
Category:
Reset
Active:

Low Carbon Development strategy

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9869, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-passi li ttieħdu sa iss fl-iżvilupp tal-low carbon development strategyli saret referenza għaliha fl-istess mistoqsija?

Response (BRINCAT, LEO)

Nikkonferma li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jiżviluppa il-Low Carbon Development Strategy li jkollha viżżjoni li twassal sas-sena 2050. Għal dan l-għan ġa bdew id-diskussjonijiet mas-setturi tramite il-Ministeri tagħhom biex tiġi żviluppata tali strateġija qafas.

Enemalta – tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Question

B'referenza gġall-mistoqsija parlamentari 9396, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9396.

Inċineratur Marsa — waqfien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ‘ir-raġuni għalfejn l-inċineratur tal-Marsa ilu wieqaf mit-12 ta’ Ġunju 2014 skont kif tindika d-data fuq is-sit uffiċjali tal-Wasteserv? Jista’ jgħid jekk ġietx irrappurtata xi ħsara u jekk dan huwa l-każ, meta se tissewwa? Jista’ jgħid jekk hux konxju li din is-sitwazzjoni kienet diġà seħħet madwar ħmistax –il jum qabel din id-data?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li t-tweġiba tal-kumpanija WasteServ qed tingħata aktar l-isfel, inħoss li jkun xieraq u tajjeb li ninforma il-Kamra li skont il-Kumpanija l-waqfien tal-Inċineratur tal-Marsa ilu għaddej regolarment prattikament minn kemm ilu li dan ġie ikkummissjunat mill-Gvern preċedenti. Biex nagħti eżempju, mill-2012 sa tmiem il-leġislatura l-oħra, l-inċineratur waqaf jew ġie mwaqqaf għal 13–il darba għall-total ta’ 121 ġurnata. Jekk l-Onor. Interpellant ikun irid dettalji anke dwar dati preċedenti ma nsib l-ebda diffikultà li nipprovdi lill-Kamra dan it-tagħrif, dejjem jekk niġi mitlub. Intant bi tweġiba għall-mistoqsija, kif ġiet mogħtija lili mill-kumpanija WasteServ, l-impjant kellu jitwaqqaf mill-ġdid din l-aħħar darba għaliex żviluppat ħsara fl- outer ring of the PCC kawża tat-temperatura għolja preżenti fl-Inċineratur.

Ambaxxatur ta’ Malta għall-UNESCO

Question

Jista` l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur ta` Malta għall-UNESCOl-E.T. Monsinjur Arċipriet Emeritus Joe Vella Gauci huwiex imħallas bħala Ambaxxatur jew bħala Konsulent? Kif jispjega li l-indirizz mogħti fil-web site tal-UNESCO huwa ta’ uffiċċju fiċ-Ċittadella, meta fir-realtà, kera uffiċċju fix-Xagħra? Jista’ jgħid b’liema mod inkera dan l-uffiċċju fix-Xagħra, ċioè jekk hux b`tender jew b’direct order? Jista` jgħid ukoll kemm hemm persuni jaħdmu miegħu u jekk dawn humiex seconded minn uffiċċji oħrajn tal-Ministeru?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-UNESCO jirċievi biss il-ħlas ta’’onorarja ta’ €5,000, bħall-ambaxxaturi mhux residenti l-oħra. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien diġà ta struzzjonijiet biex l-indirizz jinbidel għal dak tal-Ministeru u qiegħed f'kuntatt mal-UNESCO biex dan ikun rifless ukoll fil-website tal-organizzazzjoni. Fid-dawl tal-kwistjoni urġenti dwar it-theddida għat-titlu ta' Wirt Dinji tal-Belt Valletta lejn tmiem is-sena l-oħra, is-Segretarjat Parlamentari li dakinhar kien responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali, kera b'direct order post minn fejn seta' jopera l-Uffiċċju tad-Delegazzjoni Permanenti ta' Malta għall-UNESCO, għal żmien temporanju ta' massimu ta' tmien xhur. Din l-informazzjoni kienet ġiet żvelata lill-midja lokali waqt press conference mogħtija mill-Onor. Jose' Herrera fil-Fortress Builders, Valletta, fis-17 ta' Frar, 2014. Attwalment fl-Uffiċċju tad-Delegazzjoni Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO hemm taħdem persuna waħda, trasferita b’mod temporanju (temporary transferred) mill-Ministeru għal Għawdex.

Carnet de Chasse

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' carnet de chasse maħruġa kull sena mill-2009 'l hawn inkluż s'issa għall-2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – membri tal-istakeholder group

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-istakeholder group li waqqaf il-Ministeru tiegħu u liema entitajiet jirrappreżentaw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istakeholders’ group huwa ffurmat minn 14 ir-rappreżentant kif ġej: The Malta Hotels and Restaurants Association, The Federation of Building and Civil Engineering Contractors, The Malta Chamber of Commerce Enterprise and Industry, GreenPak, Green MT Ltd, the General Retailers and Traders Union, The Environment Protection Directorate within the Malta Environment and Planning Authority, l-Assoċjazzjoni Operaturi Ndafa Pubblika, rapprezentanza tal-operaturi privati, WasteServ, The Gozo Business Chamber, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, the Parliamentary Secretariat for Local Government u l- Kummissjoni Ambjent tal-Knisja. L-istess bħal f’każi oħra, kuntrarju għall-prassi tal-imgħoddi, il-Ministeru dejjem ħalla f’idejn l-organizzazzjonijiet rispettivi biex jinnominaw ir-rapreżentanti tagħhom.

Civil Amenity Site

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb tal-Gvern sabiex jutilizza l-€500,000 li l-iżviluppaturi tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienu intrabtu li jgħaddu lill-awtoritajiet ċivili ħalli l-Gvern jagħmel Civic Amenity Site fil-viċinanzi tal-proġett?

Response (BRINCAT, LEO)

Naħseb illi l-Onor. Interpellant mhux jiddistingwixxi bejn Civic Amenity Site u Bring-In Site, għaliex l-uniku kuntratt li nstab fil- Ministeru ma jirreferi fl-ebda waqt għal Civic Amenity Site imma għall-Commercial Bring-in Site.

Bdil fil-klima — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Ministeru tiegħu fuq proġetti relatati ma’ bidla fil-klima minn Marzu 2013 ‘l hawn? Jista’ jagħti d-dettalji tan-nefqa fuq kull inizjattiva meħuda f’dan ir-rigward?

Response (BRINCAT, LEO)

Ta’ min ifakkar lill-Onor. Interpellant li l-bidla fil-klima hija sfida universali u għaldaqstant l-impenn sabiex issir ħidma f’dan il-qasam mhux xi ħaġa li tagħmel parti minn xi Ministeru partikolari, imma huwa impenn kollettiv b’riżultat tal-ħidma tal-Gvern kollu flimkien mal-privat. Ċertament ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn dan il-fenomenu bħala xi ħaga f’iżolament minn dak kollu li jiġri anki fis-setturi l-oħra tal-pajjiz speċjalment dak ekonomiku. Għalhekk li wieħed isaqsi dwar in-nefqa relatata ma’ proġetti marbutin mal-bidla fil-klima ta’ Ministeru wieħed, u dan fuq perjodu ta’ żmien daqshekk qasir, meta kulħadd jaf li l-ħidma f’dan il-qasam hija mifruxa fuq medda ta’ snin, huwa sintomu ta’ viżjoni limitata u nuqqas ta’ apprezzament kemm tal-isfida nniffisha li qegħdin niffaċċjaw, kif ukoll tal-mod li bih jaħdem il-Gvern. Jekk wieħed irid issemmi l-ispejjeż li qed jagħmel il-Ministeru f’dawk li huma proġetti relatati mal-bidla fil-klima huwa difficli li tħalli xi ħaga barra għaliex ħafna mill-ħidma diretta tal-Ministeru tiegħi għandha l-miri li nsaħħu dejjem aktar il-kapaċita` ta’ Malta li taddatta ruħa għat-tibdil tal-ambjent Malti, kemm rurali, marittimu kif ukoll urban, għal dawk li huma l-impatti tal-bidla fil-klima, filwaqt li nagħmlu l-parti tagħna biex innaqqsu l-emissjonijiet fl-arja. Primarjament billi nagħtu direzzjoni strateġika u nkomplu nimbuttaw dawk is-setturi fejn jista’ jsir titjieb fl-operat u għalhekk jitnaqqas l-impatt. Ta’ min wieħed isemmi l-enerġija u t-transport, l-iskart, kif ukoll l-agrikoltura fejn l-investiment qed ikun dejjem iktar immirat sabiex is-sistemi jsiru iktar effiċjenti u jevitaw it-telf ta’ gass fl-atmosfera. Għalhekk l-isfida hija li wieħed jikkwantifika l-ispiża relatata mal-bidla fil-klima, u dan anke` fl-isfond ta’ l-għarfien tal-fatt li n-nefqa marbuta mal-bidla fil-klima mill-baġit totali tal-Unjoni Ewropea qiegħda lejn it-tletin fil-mija, u l-għan li jiġu indirizzati l-impatti tal-bidla fil-klima u li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu mitigati l-istess impatti qiegħed imfassal f’kull programm ta’ fondi – kemm tar-riċerka, tal-fondi għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, għall-programm ta’ fondi għall-ambjent LIFE, u oħrajn. Allura l-għażla tibqa’ dik bejn li l-Gvern u l-Ministeru tiegħi b’mod partikolari jkompli jsaħħaħ l-istrutturi sabiex ikompli jkun attiv u relevanti fuq livell nazzjonali, Ewropew, u anke` internazzjonali f’dan il-qasam, jew joqgħod jgħodd kull Ewro li seta’ ġie minfuq fuq xogħol li b’xi mod jew ieħor jista’ jikkontribwixxi sabiex il-bidla fil-klima ma tkunx sfida li ngħaddu lil uliedna bir-rata mgħaġġla t’issa. Aħna nagħzlu li nwettqu.

Enemalta – tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra b’kemm persentaġġ naqsu l-emissjonijiet tal-karbonju mill-impjant tal-Enemalta? Jista’ jgħid ukoll kemm sewa lill-Enemalta biex xtrat ċ-ċertifikati neċessarji biex tkun in regola ma’ dak mitlub minnha taħt l-iskema Ewropea tal-emission trading? Jista’ jgħid kemm qed jipproġetta li se jiswa lill-Enemalta biex tibqa’ in regola tul l-erba’ snin li ġejjin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #9477 Sitting 151 2014-05-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Severance Benefits

Question

Fid-dawl tat-tibdil riċenti fil-Kabinett, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jħallas is-severance benefit lil dawk li ma baqgħux fil-kariga uffiċjali li kienu jokkupaw? Jista' jgħid min se jibbenefika u xi ħlasijiet u benefiċċji oħra se jingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ħlasijiet ta’ benefiċċji marbuta ma’ terminu ta’ impjieg ta’ membri tal-Kabinett u persuni oħra li jokkupaw kariga politika huma dawk bit-termini u l-kundizzjonijiet li ġew stabbiliti minn gvern preċedenti f’Mejju 2008. Fuq dil-bażi, terminal benefit hija dovuta biss lill-Onor Dott Godfrey Farrugia. Transitional allowance titħallas biss wara l-ewwel sena u dejjem taħt it-termini u kondizzjonijiet msemmija.

Wasteserve — spejjeż fuq refurbishment tal-uffiċċji tal-Wasteserv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Wasteserv fuq refurbishment tal-uffiċċji tal-kumpanija minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħti d-dettalji tan-nefqa ta’ kull wieħed mill-items li ġejjin: a. Xogħol ta’ kostruzzjoni u/jew manutenzjoni; b. Xiri ta’ għamara; u c. Xiri jew kiri ta’ kompjuters u apparat ieħor elettroniku?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli l-ispiża totali tal-Wasteserv fuq refurbishment tal-uffiċċji tal-kumpanija minn Marzu 2013 sal-lum huwa kif gej: a. Xogħol ta’ kostruzzjoni u/jew manutenzjoni - €86,456 b. Xiri ta’ għamara - €6,716 c. Xiri jew kiri ta’ kompjuters u apparat ieħor elettroniku - €60,321 Tabella A bid-dettalji tan-nefqa ta’ kull wieħed mill-items qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra Sabiex din il-Kamra jkollha l-istampa sħiħa qed npoġġi ukoll tabella oħra – Tabella B - dwar kemm il-WasteServ nefqet fuq items simili mill-1 ta’ Jannar 2012 sad-data tal-bidla fil-Gvern li skont ir-rekords tal-kumpanija kienu jlaħħqu kif gej: a. Xogħol ta’ kostruzzjoni u/jew manutenzjoni - €299,395 b. Xiri ta’ għamara - €16,899 c. Xiri jew kiri ta’ kompjuters u apparat ieħor elettroniku - €171,465

Wasteserv – spejjeż fuq karozzi, laptops, tablets u mobiles

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Wasteserv f’xiri jew kiri ta’ karozzi, laptops, tablets u mobiles minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal min inxtraw jew inkrew u kemm kienet in-nefqa fuq kull oġġett? Jista’ jindika liema minnhom inxtraw b’kuntratt ma’ service provider u liema minnhom inxtraw wara li nħarġu tenders jew kwotazzjonijiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella A, bl-informazzjoni mitluba, fejn is-somma telgħet għall- €40,700. Din il-figura hija wkoll inkorporata fit tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 9389. Sabiex din il-Kamra jkollha l-istampa sħiħa qed nehmeż ukoll tabella oħra – Tabella B - dwar kemm il-WasteServ, skont kif gejt mgħarraf, nefqet fuq items simili mill-1 ta’ Jannar 2012 sad-data tal-bidla fil-Gvern, fejn is-somma laħqet €70,335.

Wasteserv – Laqgħat mal-unions dwar il-ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ mhux qed ikun preżenti għal-laqgħat mal-unions dwar il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema? Jista’ jgħid min qed ikun preżenti għal dawn il-laqgħat mal-unions?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-laqgħat ta’ negozjati għall-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-WasteServ, il-kumpanija hija rrappreżentata minn uffiċċjali tal-maniġment responsabbli mir-riżorsi umani u r-relazzjonijiet industrijali. Il-Kap Eżekuttiv jattendi għal dawn il-laqgħat kull meta tinħass il-ħtieġa.

Impjant ta’ Sant’ Antnin – trasferiment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħata transfer mill-impjant ta’ Sant’ Antnin għal Magħtab meta huwa magħruf li fil-Magħtab mhux qed isir l-aħjar użu mill-esperjeza u l-kwalifiċi ta’ dan l-individwu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-użu u deployment tal-ħaddiema tal-WasteServ hija prerogattiva tal-Management, xi ħaġa li la jiena jew il-Ministeru ma nindaħlux fiha. Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet mogħtija l-inkarigu li tieħu ħsieb il-Magħtab proprju minħabba l-esperjenza u l-kwalifiċi tagħha. Dan bħala parti minn ristrutturar li qed isir fil-kumpanija.

Tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħa jew beħsiebu jieħu fil-futur qarib, biex jgħin ħalli jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra apparti dawk imniżżla fil-komunikazzjoni nazzjonali ta’ Malta sottomessa lill-UNFCCC, li fiha miżuri li fl-akbar parti tagħhom kienu maħsuba u mibdija minn amministrazzjoni preċedenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti essenzjali tal-Istrateġija tal-Gvern, biex ikun hemm tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra hija rapreżentata fl-impenn tagħha sabiex Malta tkun tista’ tgħaġġel il-proċess għall-bidla lejn l-użu tal-gass fil-produzzjoni tal-enerġija. Il-fatt li din il-bidla ser tiġi introdotta fi stadju aktar kmieni minn kif kienet oriġinarjament prevista fl-Istrateġija ta’ Mitigazzjoni tal-2009, turi l-ħidma u d-dedikazzjoni sħieħa li l-Gvern qed jieħu biex inaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-komunikazzjoni nazzjonali li ġiet sottomessa taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) ma daħlitx fid-dettal fuq il-proċess li qed jieħu l-Gvern biex jippromwovi l-bidla għall-gass, minħabba l-fatt li l-komunikazzjoni kienet ibbażata fuq ir-Rapporti tal-Politika u Miżuri (PAM Reports) tal-2013, li fih il-miżuri msemmija kienu dawk li ttieħdu sa l-aħħar tal-2012.

Interogazzjonijiet tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min interrogat aktar il-pulizija dwar il-każ li fih kien hemm involut l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minbarra l-istess individwu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum għadu ħadd ma ġie interrogat. L-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie mitkellem u mitlub jissostanza diversi allegazzjonijiet magħmula minnu fejn ukoll infika lil Birdlife Malta.

Sorveljanza fuq ir-regolamenti marbuta mal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern mill-bidu mit-12 t'April sal-lum f'dik li hi sorveljanza sabiex jiġu osservati r-regolamenti marbutin mal-kaċċa fir-rebbiegħa? Jista' jagħti d-dettalji tal-ispiża ta' kull inizjattiva meħuda f'dan ir-rigward?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi — bini ta' impjant għar-riċiklaġġ ta' demel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern għall-bini ta' impjant għal riċiklaġġ ta' demel li kien ippjanat mill-Gvern preċedenti li jsir fl-area magħrufa bħala Ta' San Niklaw fis-Siġġiewi?

Response (BRINCAT, LEO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 7793 tas-17 ta’ Frar 2014, ngħarrfu li wara li l-pjani tal-Gvern preċedenti spiċċaw irriżultaw f’kobba mħabbla kollha tbażwir u taħwid tant li anki l-istess konsulenti li qabbad il-Gvern dakinhar ħaslu idejhom mill-proġett, il-Gvern tal-ġurnata qed jindirizza l-issue tal-farm waste b’mod ħolistiku permezz ta’ working group imwaqqaf apposta u koordinat mis-Segretarju Parlamentari.