Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11389 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-staff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokumenti Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri fis-Segretarjat Privat kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Segretarjat

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tagħha kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11393 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet - Chairpersons u membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija hawn annessa: Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku* Louis P Naudi, Saviour Fenech, Vincent Piccinino, Carmel Herrera, Franco Masini Awtorita tax-Xandir* Anthony j.Tabone, Nazzareno Borg, Peter Fenech, Alfred Mallia Milanes, Rose Sciberras Kummissjoni dwar l-Impjiegi* Michael Mallia, Grace Ann Cachia, Ramona Frendo, Michael Vella Haber, Alessia Zammit McKeon Kummissjoni Elettorali* Joseph Church, Mario Callus, Joseph Scicluna, Giovanni k/a Vanni Ganado, Saviour Sant, Paul Sammut, Raymond Zammit, Joe Zammit Mampel,Noel Cutajar; Kumitat Konsultattiv għal-Ħatriet Anzjani Mario Cutajar, Mark Musu, Joyce Dimech, Dott Vincent Cassar, Joseph Camilleri( sostitut) Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin Olivier Friggieri, Ray Mangion, Philip Randon Farrugia, Simone Mizzi, Lino Farrugia, John Zarb, Gianni Zammit, Andrea Cassar, Mario Farrugia Borg, Jason Busuttil, Lou Bondi, Albert Marshall Industrial Projects and Services Ltd Lawrence Mizzi, Paul Farrugia, Peter Paul Caruana, Vincent Cassar L-Awtorita ta’Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Vincent Cassar, Franco Montesin, Elizabeth Ellul, Paul Apap Bologna, Victor Axiaq, Ryan Callus, Raymond Camilleri, Charlo Camilleri,Veronique Dalli, Timothy Gambin, Matthew Pace, Joseph M Sammut, Ivan Tabone, Alex Vella, Angela Zammit Environment and Planning Commission Franco Montesin, Claude Borg, Bjorn Bonello, Fleur Marie Ebejer, Anthony Ellul, Elizabeth Ellul, John Mangion, Saviour Borg, Anna Maria Attard Montalto Malta Environment and Planning Authority-UIF Committee Raymond Camilleri, Joseph Bezzina, Paul Farrugia, Lucien Stafrace Environment and Planning Review Tribunal Simon Micallef Stafrace, Martin Saliba, Robert Sarsero Joint Office Control Committee John Scibberas, Vincent Miceli Rent Compensation Board Joe Bugeja, Josef Agius, Charles Camilleri, Simone Mousu, Stefan Scotto, Duncan Mifsud, John Schembri, Christina Refalo, Margaret Falzon Government Property Department Tender Committee Raymond Camilleri, Stephen Rizzo, Samuel Formosa, Jacqueline Gili Oder of Merit Nominations Committee Mario Cutajar, Peter Grech, Joseph Filletti, Myriam Spiteri Debono, Mario Tabone Vassallo, Edwige Xuereb, Joseph Pace Axiak Internal Audit and Investigations Board Mario Cutajar, Alfred Camilleri, Joseph Falzon, Paulanne Mamo, Kenneth Farrugia St John’s Co-Cathedral Foundation Raymond Bondin, Wilfred Buttigieg, Philip Farrugia Randon National Lotteries Good Causes Fund Advisory Committee Mario Cutajar, Jonathan Cardona, Mark Farrugia Petition of Inheritance Tribunal Joseph Ellis, Domenic Cassar, Pierre Lofaro *maħtura taħt il-Kostituzzjoni

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huwa kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat kollu huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjati Privati tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11387 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11376 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Work life balance measures

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li turi n-numru ta' persuni impjegati fis-settur pubbliku li bbenefikaw minn work-life balance measures u minn liema miżura bbenifikaw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jitlob din l-informazzjoni.

Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Mosta – toroq asfaltati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Mosta huma pprogrammati li jiġu asfaltati minn Transport Malta, jekk hemm, sa l-aħħar tal-2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-lokalitajiet msemmija Transport Malta tasfalta t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsibilta’ tagħha u skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 12 PQ #11378 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Segretarjat

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministru jaqdu r-rwol kif stipulat fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li l-kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Medja tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11381 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġett info nitrates — fondi

Question

Fid-dawl tal-informazzjoni li għandha l-Oppożizzjoni li l-proġett info nitrates qiegħed jittardja biex jiġi ffinalizzat minħabba nuqqas ta' fondi min-naħa tal-Gvern, liema sitwazzjoni tista' jwassal għal telf ta' fondi Ewropej, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-qagħda ta' dan il-proġett u kemm hemm fondi li jistgħu jinfirdu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-proġett InfoNitrates ġie fi tmiemu fl-aħħar ta’ Ġunju 2014 wara estensjoni ta’ sitt xhur li ġiet maqbula mall-Kummisjoni Ewropea. L-għanijiet tal-proġett ġew milħuqa kollha u r-rapport finali intbgħat fil-ħin. Bħalissa dan ir-rapport qiegħed jiġi analizzat mil-Kummisjoni Ewropea.