Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1988 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 2 — Bdil ta' katusi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat mid-dipartiment li jsir tibdil ta' katusi tad-drenaġġ ġewwa Bormla, Birgu, Isla u Kalkara tul is-sena 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li sa issa huwa ppjanat li jsir 'relief main' ħdejn il-Bieb ta' Santa Liena, Bormla biss. Dan jikkonsisti fi tħaffir ta' 'pipe' 14-il pulzier diametru, tul ta' 360 metru
Leg 9 PQ #1990 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Raħal Ġdid - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm impjegati u f'liema gradi huma tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998, ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa ġewwa Raħal Ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-Numru ta' impjegati fid-diversi gradi li kienu jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid fis-snin mitluba kienu hekk: PAOLA HEALTH CENTRE STAFF 1995 1996 1997 1998 ________________________________________________ ________________ Medical Officers 27 24 23 22 SMO 1 1 2 2 Rec 1 1 0 0 Maternity Leave 1 - 1 0 Parental Leave - 1 4 3 Paid Study Leave - - 1 1 Unpaid Leave - - 1 0 Deputy SN 1 1 2 2 SN 6 5 6 5 EN 3 3 3 4 Health Assistants 11 12 13 14 Hospital Auxiliary 2 1 1 2 Labourer 1 - - - General Hand 1 2 1 1 Casual Ward Clerk 2 1 1 - Care Worker 1 1 - - Telephone Operator 1 - - - Messenger - 1 1 1 Casual Nursing Aide - - - 1 Casual Typist 1 1 1 1 Part-time SN 1 1 1 2 Part-time EN 5 5 5 5 Pharmacists 2 2 4 4 Senior Pharmacist Tech. 1 1 - - Pharma. Tech. 2 2 5 6 Casual Pharma. Tech. - 5 - 2 Parental Leave - 1 - - Padologists 2 2 2 2 Radiographer 1 1 1 1 Physiotherapist 2 2 2 2 Dental Hygienist 1 1 1 1 Dental Surgeon 2 2 2 2 Speech Therapist 4 4 4 4 Midwife 1 1 1 1 ECG 1 1 1 1 Casual Padologist - - - 2 Casual EN 1 1 1 1 Senior Padologist 1 1 1 1 Senior Radiographer 1 1 1 1 Senior Speech Therapist 1 1 1 1 Casual Speech Therapist 1 1 1 1

Fgura — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hemm ippjanat li l-parti tat-triq li jonqos li ssir ġewwa Triq il-Ġiżi kantuniera ma' Triq A. M. Valperga ġewwwa l-Fgura issir issa li s-servizzi għaddew kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser issir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, wara li jkun assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu tqegħdu fil-post.
Leg 9 PQ #970 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Monumenti Storiċi — Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati aktar żgħażagħ fuq bażi permanenti u mhux part-time sabiex jilbsu kostumi ta' eri differenti tul is-sena kollha u jkunu preżenti fuq il-monumenti storiċi tagħna bħal per eżempju suldati ta' l-Ordni ta' San Ġwann ġewwa l-Forti Sant'Anġlu, Birgu u l-gardjoli tal-Belt Senglea jew bħala baħrin Ingliżi fil-Mużew Marittimu u fuq il-moll tal-Birgu?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'hemm ħadd li hu impjegat fuq bażi permanenti għall-iskop li semma l-Onor Membru.

Skola Ġirolmu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm studenti attendew l-Iskola Ġirolmu Cassar tul dawn l-aħħar ħames snin, i.e. 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998; (2) huwiex minnu li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li mexxa din l-iskola u li kien ħa ħsieb ir-restawr ta' ħafna proġetti fosthom dawk tal-palazzi tax-Xatt tal-Birgu spiċċa mibgħut taħt l-aħħar amministrazzjoni fuq l-hekk imsejħa "School Maintenance"? (3) Kemm hemm studenti li spiċċaw minn dik l-iskola u għalhekk kapaċi jagħmlu xogħol ta' restawr ta' tant bini storiku tagħna li ntbagħtu jfittxu xogħol mal-privat b'telf ta' talenti għall-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li attendew l-iskola tal-Bini Girolmu Cassar tul dawn l-aħħar ħames snin kienu:- Sekondarja Post Sekondarja 1994/95 91 u 57 ESTS 12 1995/96 86 u 27 ESTS 3 1996/97 76 u 25 ESTS Xejn 1997/98 92 u 7 ESTS 1 1998/99 82 u 1 ESTS Xejn Hu minnu li l-persuna msemmija ġiet ordnata tagħmel xogħol ta' "school maintenance", iżda informat li ma ġiex mibgħut mas-sezzjoni tal-"Maintenance". Ser insegwi din il-kwestjoni: Mill-1993 sa din is-sena spiċċaw tletin (30) student li kienu jikkonsistu f'sitt (6) "stone-carvers" u l-kumplament f'bennejja u f'naġġara. Minn dawn it-tletin (30) studenti, terz minnhom tħarrġu fix-xogħol tar-restawr. Tinħtieġ riċerka persuna persuna biex isir magħruf fejn qed jaħdmu dawk imħarrġa fir-restawr.

Bighi — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni jinsab ir-restawr tal-proġett ta' Bighi ġewwa l-Kalkara li kien inbeda minn Gvern Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-restawr tal-proġett ta' Bighi ġewwa l-Kalkara bħalissa qed jiffoka fuq il-Palazz Ċentrali fejn hu maħsub illi jitwaqqaf Ċentru Nazzjonali tar-Restawr. Ix-xogħol f'dan il-Palazz qiegħed fi stadju avvanzat ħafna. Bini ieħor fi ħdan l-istess kumpless ser ikun restawrat fil-futur wara li jiġu kkunsidrati proposti relatati.

Bormla — Ġnien pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx ikkonsidrat u ppjanat sabiex fil-futur qarib isir ġnien pubbliku aħjar quddiem St Nicholas Married Quarters, sal-Mina ta' Santa Liena Bormla sabiex il-Bormliżi jkollhom ġnien denju ta' dak l-isem bħal dawk li hemm f'postijiet oħra bħal per eżempju f'Tas-Sliema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li kienu diġa ttieħdu inizjattivi sabiex ġiet studjata din il-possibilita minn Gvern Nazzjonalista preċdenti. L-idejat u l-proposti rigward dan il-ġnien kienu ġew mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta Bormla li donnu għandu l-intenzjoni li tiġi żviluppata l-area magħrufa bħala l-Polverista għal għan li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Dan għandu jiġi sottomess għall-inklużjoni fil-pjan li qed jifformula l-Gvern għall-iżvilupp tal-Kottonera.

Birgu — Auberge de France

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni ta' restawr jinsab l-Auberge de France ġewwa l-Birgu? Hemm il-ħsieb li dan il-post jinfetaħ għal pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi sar xogħol ta' prijorita' li kien jikkonsisti f'tindif tal-Bini, tibdil ta' travi li kienu jinsabu f'qagħda perikoluża, xogħol tar-restawr tal-ġebla, kisi ta' soqfa u xogħol strutturali ieħor. Ix-xogħol sar mill-Cottonera Rehabilitation Project. Għadhom qed jiġu kkunsidrati proposti għal użu aħjar ta' dan il-Bini.

Birgu — Auberge d'Angleterra - Kotba

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kotba għal użu u self tal-pubbliku ġewwa l-Auberge d'Angleterre ġewwa l-Birgu u kemm kotba ingħataw lil din il-librerija pubblika fl-1997 u s'issa, 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-bidu tal-1997, in-numru ta' kotba fil-Librerija tal-Birgu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kien jammonta għal 3,130. Matul is-sena msemmija ġew miżjuda 231 biex l-ammont tela' għal 3,361. S'issa sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 ġew miżjuda 237 ktieb biex l-ammont totali s'issa jaqra 3,598.

Libreriji Pubbliċi — Kotba bl-Ispanjol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Spanjola li nxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u jekk kemm-il-darba kienx bord ad hoc li ħa d-deċiżjoni liema kotba partikolari jinxtraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul dawn l-aħħar ħames snin inxtraw 205 ktieb bil-lingwa Spanjola. Il-Kotba nxtraw fuq pariri ta' kumitat imwaqqaf apposta dwar is-selezzjoni u x-xiri tal-kotba.

Birgu — Auberge d'Angleterre - Espożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba jikkonsidrax li ġewwa l-Auberge d'Angleterre ġewwa l-Birgu jkun hemm espożizzjonijiet kontinwi ta' artisti tal-lokal mill-ħafna talent li hemm u Maltin sabiex dan iservi ta' attrazzjoni oħra għat-turisti li jiġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva ser nilqa' s-suġġeriment ta' l-Onor. Membru u nikkonsidrah fil-kwadru tal-pjan li ser jitħejja biex il-kultura u l-wirt tal-poplu jieħdu sura aktar ħajja fil-lokalitajiet bħal dawk li semma' fil-Mistoqsija.

Fgura — Posta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin jiġi installat jew mibni uffiċċju għal Posta ġewwa l-Fgura billi l-maġġoranza kbira tan-nies ta' hemm għandhom diffikulta' biex jużaw dawn is-servizzi billi jridu jitilgħu Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Mużew tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin isir Mużew tal-Ġustizzja fejn jiġu esposti dokumenti u sentenzi antiki flimkien ma' ħafna mill-oġġetti li jinsabu fis-swali differenti tal-Qorti tagħna li nqabdu sija matul jew qabel l-aħħar gwerra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-suġġeriment ta' l-Onor Membru qed jiġi kkunsidrat fil- kumpless tal-prioritajiet li għandu l-Gvern f'dan il- qasam.
Leg 9 PQ #960 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Bini tad-Dwana

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin il-bini tad-Dwana mibni fl-1774 b'tant sempliċita' klassika jiġi restawrat u f'partijiet minnu jiġi stabilit mużew fejn jiġu esebiti d-diversi oġġetti u dokumenti marbuta ma' l-istorja tad-dwana tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Is-suġġeriment tal-Onor Membru se jiġi studjat.

Palazzo de la Salle — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba hemmx il-ħsieb fil-futur viċin li l-Palazzo de la Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufacturers and Commerce l-Belt jiġix restawrat jew almenu rranġat b'mod li jkun f'pożizzjoni aħjar li jilqa' fih espożizzjonijiet ta' l-arti u konsegwentement iktar turisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li s-suġġeriment kostruttiv ta' l-Onor. Membru jiġi evalwat għall-eventwali konsiderazzjoni tiegħi.
Leg 9 PQ #962 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru tul dawn is-snin sabiex il-problema tad-drenaġġ ġewwa r-raħal tax-Xgħajra tiġi solvuta billi tul din l-aħħar sena far ta l-inqas sitt darbiet b'inkonvenjent kbir u kontra l-iġene għan-nies tal-lokal? X'passi se jittieħdu sabiex dan jispiċċa darba għal dejjem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-fawran li jsir fir-raħal tax-Xgħajra huwa minħabba xi drenaġġ li jintefa' minn xi 'farms' jew permezz tal-'bowsers'. Id-Dipartiment inaddaf ta' spiss is-sistema tad-drenaġġ permezz tal-'jetting/suction bowsers' biex inaqqas kemm huwa possibli dan il-fawran. Barra minn hekk isiru spezzjonijiet regolari f'farms biex jiġi ċċekjat x'jintefa' fid-drenaġġ.

Kalkara — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa ppjanat li l-parti tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata l-Kalkara ssir mill-ġdid billi ttieklet kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona din it-triq sabiex ikun jista' jiġi deċiż x' l-aħjar isir għat-tiswija tagħha.

Tal-Ħawli — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-futur qarib hemmx il-ħsieb li l-ambjent madwar il-bini tal-Gvern ġewwa tal-Ħawli jiġi mnaddaf sewwa u rranġat b'mod aħjar mid-dipartiment konċernat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif u l-irranġar tal-ambjent huma r-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Dan japplika ukoll fil-Kaz tal-Housing Estates. 16.11.98

Isla — Dockyard Terrace

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-futur qarib hemmx il-ħsieb li Dockyard Terrace ġewwa l-Isla jiġi rranġat mid-dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex il-post ikun denju fejn joqogħdu il-bnedmin u t-tieni li jerġa' jirkupra ftit mill-isbuħija tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm f'dan l-istadju m'hemmx ħsieb li jsir xi xogħol qawwi ta' restawr f'Dockyard Terace, il-Kunsill Lokali ta' l-Isla qed jgħin lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi studju ta' xi spiża jenħtieġ li ssir biex tiġi restawrata l-faċċata. Ta' min isemmi li ftit tas-snin ilu d-Dipartiment kien bidel diversi soqfa perikolużi tal-verandi ta' dan il-blokk u b'hekk elimina problema li r-residenti kienu ilhom jilmentaw dwarha għal diversi snin. 16.11.98