In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 962 u 1997 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm sigurta' fil-manholes imsemmija billi tiġi nstallata sistema ta' sigurta' li permezz tagħha dawn jinfetħu minn uffiċjali tad-dipartiment iżda ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni, sistema wżata minn missierietna f'sekli oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara jistax jagħmel xi ħaġa f'dan ir-rigward biex tiġi installata xi sistema fil-manholes biex ma jinfetħux minn terzi persuni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-proċess sabiex is-sit preistoriku f'Birżebbuga, magħruf bħala Borg in-Nadur, jiġi wżat aħjar u adattat bħala attrazzjoni turistika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm pjanijiet sabiex is-sit preistoriku ta' Borġ in-Nadur, kif ukoll il-villa Rumana ta' Kaċċatura, isiru aktar aċċessibli permezz ta' xogħol fuq il-mogħdijiet li ġa' jeżistu fl-inħawi. Dan huwa post idejali sabiex wieħed jibda jiżviluppa mogħdijiet għall-passiġġati b'interess kulturali, kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti.
Diġa' saru xi diskussjonijiet dwar dan bejn il-Mużew ta' l-Arkejoloġija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet, li hija responsabbli għall-proġett ta' titjib tal-bajjiet fin-Nofs in-nhar ta' Malta.
Ser inpoġġi artiklu qasir dwar dan is-suġġatt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġi mwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jistudja u jagħti l-pariri meħtieġa sabiex numru sew mis-siti storiċi tagħna jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bl-użu tat-teknoloġija moderna magħrufa bħala cd rom bħalma qed isir minn varji mużewijiet fosthom l-Louvre u n-National Gallery ta' Londra?
Response (GALEA, LOUIS)
Fil-fehma tiegħi s'issa ma nħossx li l-proposta ta' l-Onor. Kollega l-aħjar naslu għaliha bit-twaqqif ta' kumitat.
Fil-qasam tal-wirt ta' siti storiċi ta' valur inestimabbli għad fadal ħafna u ħafna x'isir. Fl-aħħar snin l-istrutturi u l-organizzazzjoni fis-settur ġew analizzati u saru diversi rakkomandazzjonijiet. Jiena bdejt naħdem fuq dawn il-proposti biex fi żmien raġjonevoli inressaq ir-rakkomandazzjonijiet li jidhirli li jkunu fl-aqwa interess ta' pajjiżna għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-mużewijiet tagħna tidħol il-faċilta' moderna li turist iħallas għall-entratura tiegħu permezz ta' l-użu ta' l-hekk imsejħa credit cards?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti.
Dipartiment tal-Kultura/Mużewijiet — Skilled workers
Question
Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm skilled workers jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Kultura u Mużewijiet u ta'liema grad u sengħa huma fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal dak li jirrigwarda d-Dipartiment tal-Kultura l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif se nsemmi:
1995 1996 1997 1998
Technical Officer 1 1 1 1
Ass. Technical Officer 3 3 3 3
Senior Tradesman 4 4 4 4
Industrial Group II (men) 19 19 19 19
(women) 2 2 2 2
Industrial Group III 8 8 8 8
Industrial Group IV 3 3 3 3
Gardener 1 1 1 1
Timekeeper 1 1 1 1
Il-lista ta' ħaddiema "Skilled Workers" li kienu/għadhom jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998, skond il-grad u sengħa ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirijiet u ċnus mogħtija mill-Joint Office lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux l-mitt lira (Lm100) bħala ħlas fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, skond Annex 8 (il-lista ta' proprjeta' li l-Knisja għaddiet lill-Gvern), l-Uffiċċju Konġunt għandu 10,248 kirjiet u 13,421 ċnus li ma jaqbżux il-Lm100.
Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmija lista hi suġġetta għal numru kbir ta' korrezzjonijiet li jirriżultaw meħtieġa wara verifiki dwar il-proprjeta' elenkata.
20.01.99
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu, Senglea u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninforma lil Onor. Interpellant li sabiex tinżamm il-kunfidenzjalita' ta' benefiċċjarji li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja bħala persuni b'diżabilita', l-istatistika għal dawn il-ħames lokalitajiet qed tingħata f'daqqa fl-aħħar kolonna tat-tieni tabella.
20.1.99
Jista' l-Ministru jwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jistudja l-possibilta' li l-Birgu Fest li sar b'suċċess minn Gvern Nazzjonalista jiġi trasformat f'Kottonera Fest li jinkludi l-bliet ta' Bormla, Birgu u Senglea?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, bħalma kien indikat fl-okkażjoni ta' l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Birgu fl-1995, hija l-intenzjoni ta' l-N.T.O.M. li, 'l quddiem, din l-attivita' tkun żviluppata b'mod li tiġi trasformata fil-'Festival tat-Tlett Ibliet'.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra f'liema stadju ta' restawr u konservazzjoni wasal l-proġett marbut ma' Banjijiet Rumani li jinsabu fin-niżla lejn Għajn Tuffieħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa ma hemm għaddej ebda proġett kapitali għall-iżvilupp tal-Bajnijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa. Dan hu minħabba li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu f'idejh numru ta' proġetti oħrajn li qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji għal din is-sena.
Minkejja dan, id-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkonserva l-fdalijiet ta' mportanza arkeoloġika li jinsabu fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jinkariga kumitat ad hoc sabiex jistudja l-possibbilta' li l-Knisja tal-Ħniena ġewwa r-raħal tal-Qrendi tiġi restawrata u sussegwentement miftuħa għall-pubbliku u t-turisti billi hija ta' wirt storiku kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru talab lill-awtoritajiet responsabbli minnn dan il-wirt sabiex jikkonsidraw il-proposta ta' l-Onor. Membru u jagħmlu r-rakkommandazzjonijiet meħtieġa.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 596 rigward il-Maċina ġewwa l-belt ta' Senglea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu sabiex l-post jiġi debitatment mnaddaf u jekk kemm-il darba instabux il-fire-places kollha li kien hemm u dawn twaħħlux lura?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Lands fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar, 1995, u s-26 ta' Awissu, 1998, kien hemm disa' mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal-Pulizija. Mill-aħħar data msemmija dan in-numru niżel għall-sitta, kif għadu sal-lum.
Ninsab infurmat ukoll li fis-snin speċifikati fil-Mistoqsija, ma kienx hemm mastrudaxxi mpjegati fid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ħlief għal wieħed matul l-1998, li kien impjegat mall-'maintenance team' ġewwa Ta' Qali. Fil-preżent ma hemmx mastrudaxxi mpjegati mad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
19.01.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm skilled workers jaħdmu ġewwa d-Dwana u ta'liema grad u sengħa huma fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Jista'l-Ministru jieħu ħsieb li jittieħdu passi minnufih sabiex il-materjal li tħalla fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu meta hemmhekk twaqqa' bini s-sena l-oħra, jitneħħa biex ma tikbirx il-ħsara lil paviment kif ġara qabel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Saru l-arranġamenti neċessarji biex il-materjal li tħalla fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu jitneħħa mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi mwaqqaf u stabilit kumitat ġdid ad hoc sabiex jara l-istrateġija nazzjonali tal-gvern preżenti rigward l-informazzjoni u t-teknoloġija?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalissa qed jiġu evalwati l-irwol u l-ħidma tal-kummissjoni Nazzjonali dwar it-Teknoloġija ta' l-Informatika biex imbagħad ikunu jistgħu jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jinkariga rappreżentanti tad-dipartiment tat-toroq sabiex jieħu ħsieb jagħmel rapport ta' l-istat tat-toroq ġewwa Ħaż-Żabbar, fil-parti magħrufa bħala ta' San Pietru minn Triq Alessio Erardi sal-konfini tal-Kalkara, billi dawn jinsabu fi stat diżastruż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Inkarigajt lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jagħmel l-ispezzjonijiet issuġġeriti mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Taljana inxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal libreriji pubbliċi u jekk kemm-il darba wħud minnhom tqassmux ġewwa l-librerija ta'l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin inxtraw mit-Taqsima tal-Libreriji Pubbliċi tad-Dipartiemnt tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali, 1126 ktieb bl-ilsien Taljan.
Minn dan in-numru, 22 tqassmu lil-librerija ta' l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jsiru libreriji pubbliċi ġewwa l-Kalkara, Xgħajra, Fgura u l-bliet ta' Senglea u Bormla billi l-preżenza ta' librerija pubblika ġewwa l-Birgu jidher li nrexxiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali jinsab għaddej b'ħidma biex ikattar it-tixrid ta' l-aċċessibilita' għall-libreriji mal-gżejjer Maltin permezz ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u l-Kunsilli Lokali. Dan il-proġett ġie varat permezz ta' ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ u hu ttamat li jinkseb suċċess biex Kunsilli Lokali oħra, fosthom dawk tal-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Membru, jidħlu huma wkoll għal din is-sħubija.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 961 rigward restawr ta' Palazzo de La Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce l-Belt,jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġiex ippreżentat rapport fuq l-istat ta' l-istess u x'inhuwa l-ħsieb tal-futur ta'l-istess?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.