Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew imsewwija u restawrati fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt fi Pjazza Reġina, matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Taqsima Book Restoration Laboratory (B.R.L.) tad-Dipartiment tal-Librerija u Arkivji Nazzjonali, sewwiet u rrestawrat dawn il-kotba u manuskritti:
Sena Kotba Manuskritti
1995 25 25
1996 17 8
1997 30 18
1998 35 24
In vista' ta' l-aħħar tweġiba parlamentari rigward il-manutenzjoni ta' l-għassa tal-pulizija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jikkunsidra li jinkariga uffiċjali sabiex isir rapport ta' dak li hemm bżonn li jsir bħala tiswija u jistax jinkludi rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser ikun ikkunsidrat fid-dawl ta' dak li ngħad fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2483 f'Seduta 29.
27.01.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali ta' partijiet mis-swar tal-Kottonera u tal-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għad trid tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
27.01.99
In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Fortizza ta' San Anard, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni, billi jidher li din ġiet fit-tmiem fit-18 ta' Ottubru, 1997?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Art għadu mhux f'pożizzjoni li joffri sit alternattiv liż-żewġ farms li preżentement qed jokkupaw l-istess forti.
27.01.99
In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Forti San Tumas, Wied il-Għajn, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha, jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni billi jidher li din ġiet fit-tmiem fis-16 ta' Awissu, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lokazzjoni ġiet terminata u ċ-ċwievet tal-Forti San Tumas issa qegħdin f'idejn id-Dipartiment ta' l-Estate Management. Qiegħed jiġi studjat l-aħjar użu li jista' jsir minn din il-proprjeta', anke fid-dawl ta' talba li saret mill-Kunsill Lokali ta' Marsacala.
27.01.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 bħala ħlas fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mill-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 fis-sena hu ta' 1,107.
27.01.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu art f'idejh id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd u din b'liema titolu u mingħand min, fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Skond ir-rekords, l-artijiet li d-Dipartiment għandu f'idejħ fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali huma mikrija mingħand il-Kummissarju ta' l-Artijiet. Dawn huma:
Żabbar Olive Grove
Senglea Point Garden
Ex-Military Cemetry, Kalkara
Romm 1st Floor, Civil Centre, Żabbar
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fuq il-kawżi li qed jipproduċu mard dejjem kbir fil-pulmun billi hemm numru dejjem jikber ta' tfal fl-akkwati tal-Kottonera u dawk tal-Port il-Kbir sa Pembroke li qed ibatu minn dawn l-attakki ażmatiċi u dan meta l-ewwel waqaf l-użu tal-faħam fil-pajjiż, kif kien hemm fl-erbgħinijiet, u t-tieni l-istess Power Station tal-Marsa qagħtet ukoll mill-użu ta' dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma` kien hemm l-ebda studju dwar dawk il-fatturi li jistgħu jikkawżaw attakki ta` asthma.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm persuni ażmatiċi taħt l-għaxar snin reġistrati fis-snin 1996, 1997 u 1998 mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ażma mihiex fost il-mard li bil-liġi għandu jiġi notifikat lill-awtoritajiet tas-saħħa w għalhekk mhemmx figuri eżatti tan-numri tat-tfal li jbatu bl-ażma. Pero`, mill-frekwenza tal-marda w mill-għadd ta` attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza w tal-`Outpatients` tat-tfal, nistgħu nikkalkulaw li madwar 4500 tifel u tifla jattendu għall-kura minħabba l-ażma. Ma kienx hemm ċaqliq sostanzjali f`dawn in-numri fis-snin 1996, 1997 u 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm persuni reġistrati bħala ażmatiċi fis-snin 1996, 1997 u 1998 mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kundizzjoni ta` l-ażma mihiex wahda notifikabbli lill-awtoritajiet tas-saħħa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flus intefqu mid-Dipartiment tas-Saħħa in konnessjoni ma' mard tal-pulmun b'dettall u attenzjoni speċjali fuq l-attakki ta' l-ażma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B`riferenza għall-mistoqsija tal-Onorevoli Membru Parlamentari qed tingħata inpoġġi fuq -l-Mejda tal-Kamra nformazzjoni fuq mediċini b`konessjoni ma` mard tal-pulmun li nxtraw mid-Dipartiment tas-Saħħa matul perjodu ta` l-aħħar sitt xhur, jigifieri bejn 1 ta` Lulju 1998 u 31 ta` Dicembru 1998.
Mediċini li jintużaw għall-din il-kundizzjoni, iżda li ma nxtrawx f`dan il-perjodu, ma jidhrux fuq din-lista.
In vista tar-risposta għad-domanda parlamentari numru 3293, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa ġewwa stabilimenti ta' l-ikel tat-tip "ħwienet li jaħdmu u jbiegħu l-ħelu" tul is-sena 1998 u kemm ittieħdu passi legali fuq dawn l-ispezzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa wettaq 2570 spezzjoni fi ħwienet li jaħdmu u/jew jaħdmu u jbiegħu l-ħelu matul is-sena 1998 u nħarġu 17 il-kap t'akkuża konnessi ma' dawn l-istabbilimenti matul l-istess sena.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fi ġranet partikolari, per eżempju ġimgħatejn f'sena sħiħa, l-Auberge de Castille tkun hija wkoll miftuħa għall-pubbliku? Jikkunsidra wkoll li parti minnha biss tkun miftuha s-sena kollha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed jiġi kkunsidrat li dak li jista jkun ta' interess
ġenerali għall-pubbliku -
t-taraġ prinċipali, is-Sala ta' l-Ambaxxaturi u l-Kamra tal-
Kabinett - ikun jista jarah il-pubbliku f'ħinijiet u
ġranet partikolari tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr u konservazzjoni wasal il-proġett marbut mal-Villa Rumana ġewwa r-Rabat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa ma hemm għaddej ebda proġett kapitali għall-iżvilupp tal-Mużew ta' l-Antikitajiet Rumani. Dan hu minħabba li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu f'idejh numru ta' proġetti oħrajn li qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji għal din is-sena.
Minkejja dan, id-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkonserva l-fdalijiet ta' importanza arkeoloġika li jinsabu fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar li saret manutenzjoni fuq il-Berġa tal-belt tal-Birgu u jekk kemm-il darba jiġix ikkonsidrat li tiżdied il-frekwenza ta' ftuh u ta' servizzi billi hemm parti sostanzjali tal-popolazzjoni ta' l-imsemmi raħal li qed tavvanza fl-eta' u ssibha diffiċli biex tmur post ieħor?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-aħħar `refurbishment` li sar fil-klinika tal-Birgu kien fl-1996. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjanijiet konkreti biex jitbiddlu l-ħinijiet ta` ftuh tal-klinika fil-Birgu.
Lands Department/Joint Office — Siti ta' natura storika
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti ta' natura storika, barra fortizzi, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejhom?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant zgur japprezza li partijiet kbar minn Malta u Għawdex jistgħu jaqgħu taħt id-difinizzjoni ta' sit ta' natura storika, u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku.
25.01.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal ta' informazzjoni, bħal per eżempju gwidi eċċ., huwa għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi barranin u Maltin fil-mużewijiet tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li f'dan ir-rigward jidher li hemm ħafna x'isir, informat li fil-mużewijiet hemm captions li jiddeskrivu l-oġġetti esibiti.
Il-viżitaturi jistgħu wkoll isaqsu lill-kustodji tad-dipartiment xi informazzjoni li jkunu jixtiequ dwar xi esibit.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal konness mal-mużewijiet u siti storiċi tagħna ġie stampat mill-iStamperija tal-Gvern mill-1925 sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li l-informazzjoni li tista tinġabar tmur
lura għall-aħħar ftit snin biss. Id-dettalji għadhom qed
jinġabru u jingħataw f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx pjanijiet sabiex matul din is-sena jsir upgrading tal-football ground ġewwa l-Kalkara billi hemm bżonn urġenti li dan isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa xi tlett snin ilu, il-Ground tal-football tal-Kalkara kien amministrat mill-Klabb tal-Football tal-lokal. Fil-preżent dan il-Klabb jinsab xolt u s'issa ħadd ma wera interess fl-użu ta' dan il-ground. Il-Gvern jittama li f'din il-komunita' jerġa' jkun hemm għaqda li tinteressa ruħha u flimkien magħha jara kif l-aħjar ittejjeb is-sitwazzjoni.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Talbiet mill-Kunsilli Lokali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1721, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra fiex jikkonsistu t-talbiet tal-Kunsilli Lokali tax-Xgħajra, Zabbar, Senglea u Birgu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
skond dokumentazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Kunsilli
Lokali.
Il-lista tinkludi wkoll propjeta` oħra minbarra bini ta`
valur storiku.