Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm u għad hemm ħaddiema mpjegati taħt l-isem ta' beach cleaners fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-1995 kien hemm 32 'beach cleaners' u 113 il-'labourer' oħra impjegati fuq dmirijiet ta' 'beachcleaning'. B'effett mill-1996 wara r-riforma fis-Servizz Pubbliku l-grad ta' 'beach cleaner' ġie assorbit fil-grad ta' 'General Hand' fi Grupp II. Għaldaqstant fl-1996 l-għadd ta' 'General Hand II' li kienu qed jagħmlu xogħol ta' 'beach cleaners' kien ta' 134. Dan l-għadd niżel għal 123 fl-1997 u sar 126 fl-1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru applikazzjonijiet għal talbiet ta' permessi in konnessjoni mal-ftuħ ta' Casino f'Malta u Għawdex minn Hotels tal-ħames u tar-raba' grad?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret applikazzjoni waħda għall-ħruġ ta` liċenzja in konnessjoni mal-ftuħ ta` `Casino` f`Malta u Għawdex minn Hotels tal-ħames u tar-raba` grad.
Din l-applikazzjoni kienet sottomessa minn Tomino Ltd. in konnessjoni ma New Dolmen Hotel ta` San Pawl il-Baħar. Dan wara li l-offerta tagħhom kienet adġudikata bħala l-aktar waħda vantaġġjuża mill-bord ta` evalwazzjoni mwaqqaf apposta fl-1997.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm huma l-persuni li għandhom jieħdu drittijiet mill-Gvern ta' Malta in konnessjoni ma' perizji legali u tekniċi kif imqabbda mill-Qrati tagħna, kemm huwa l-ammont globali dovut lilhom u kemm huwa l-ogħla ammont dovut lil persuna waħda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li għandhom jieħdu
drittijiet mill-Gvern in konnessjoni ma` perizji legali u
tekniċi huwa ta` 57. L-ammont globali dovut lilhom huwa
ta` Lm17,519 u l-ogħla ammont dovut lil persuna waħda huwa
ta` Lm2576.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba minn Novembru 1996 sa Awissu 1998 itteħdu passi neċessarji mid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex id-diversi persuni u annimali li qegħdin jokkupaw parti mill-fortizza ta' Sant'Iermu fil-Belt jiġu mistiedna jitilqu; u jikkonfermax li f'waħda minn dawn il-kmamar hemm annimal ta' natura feroċi miżmum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-parti tal-Forti Sant Iermu li mhix f'idejn il-Pulizija jew f'idejn il-Mużew tal-Gwerra, li hija magħrufa bħala Lower St Elmo u li hija mgħassa minn watchman, fil-maġġor parti hija allokata lid-Dipartiment tal-Kultura.
Ninsab infurmat ukoll li xi persuni huma awtorizzati mid-Dipartiment tal-Kultura biex temporanjament jużaw dan il-post in konnessjoni max-xogħol li jsir għal Karnival.
L-allegazzjoni li f'waħda mill-kmamar qed jinżamm annimal ta' natura feroċi qed tiġi nvestigata.
16.02.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Latin fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Latin hu kif se nsemmi:
Sena Skola Nru ta' Nru ta'
Skolastika Għalliema Studenti
1994/95 Corradino BJL 1* 2
Handaq BJL 1* 2
Verdala BJL 1* 1
1995/96 NIL NIL NIL
1996/97 Victoria Gozo BJL 1 1
Victoria Gozo GJL 1 1
1997/98 Victoria Gozo BJL 1 1
1998/99 NIL NIL NIL
* L-istess għalliem fit-tliet skejjel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet għaddejjin ġewwa l-Iskola ta' l-Arti ġewwa Old Bakery Street, Valletta? Kemm hemm studenti jattendu dawn preżentement?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Iskola ta' l-Arti, ta' Triq l-Ifran, Valletta, għas-sena akkademika 1998-1999 ġew organizzati dawn il-korsijiet:
Kors Nru ta' studenti
Foundation Course:
Class 1 30
Class 2 30
Class 3 30
Advanced Level Class 12
Diploma Course:
First Year 18
Second Year 13
Third Year 12
Gold & Silversmithing 12
Three Dimensional Class
(Sculpture) 20
Wood & Stone Carving 18
History of Art 30
Post-Diploma Course 08
Art Appreciation 22
TOTAL 225
Barra dan l-Iskola qed tintuża fil-għodu għal dawn il-korsijiet imnedija mill-Adult & Evening Courses Section tad-Dipartiment:
Drawing & Painting 19
Flower Arranging 19
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja lill-bieb u l-intern tal-Kappella tal-Ħarba lejn l-Eġittu f'Pinto Wharf li kienet ġiet restawrata minn Gvern Nazzjonalista preċedenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi l-proposta ta' l-Onor. Membru lid-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja lill-Kappella ta' Sant Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn tal-Barrani għar-raħal tal-Gudja billi din tinstab fi stat ta' kważi abbandun totali?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-snin 1996, 1997 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : -
Sena Numru ta' impjegati
---- -------------------
1996 322
1997 329
1998 312
15.02.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu, Senglea u l-irħula ta' Xgħajra, Kalkara u kemm hemm minn dawn il-persuni li huma fuq l-20 sena, kemm minnhom fuq it-30 sena, kemm minnhom fuq l-40 sena u kemm minnhom fuq il-50 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex persuna waħedha jew familja tingħata l-Għajnuna Soċjali, din trid tissodisfa t-test tal-meżżi. L-għoti ta' din l-għajnuna mhix marbuta ma' l-eta' iżda maċ-ċirkostanzi li min japplika jkun jinsab fihom.
Għaldaqstant ma tistax tinġabar statistika dwar l-eta'. F'dan il-każ, id-Dipartiment ukoll s'issa m'hux f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba dwar fejn joqgħodu dawk il-persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali 'l għaliex d-dettalji dwar dan il-Benefiċċju partikolari għadhom m'humiex komputeriżżati kollha.
9.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra l-ewwel kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti fil-Fgura u Ħaż-Żabbar li jirċievu xi forma ta' pensjoni u t-tieni kemm minnhom jirċievu pensjoni, it-tielet kemm hemm f'kull kategorija jekk u safejn tista' tingħata tali informazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
9.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba faċilitajiet ta' mollijiet ipprovduti mill-Awtorita' Marittima għal min irid jesporta "scrap material" humiex se jiġu rranġati f'din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima dejjem ħadet ħsieb li tipprovdi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex taqdi d-domandi ta` kumpaniji Maltin li jesportaw is-`Scrap Iron`. Infatti din it-tip ta` esportazzjoni saret minn diversi mollijiet.
L-Awtorita` matul din is-sena se tonfoq aktar minn Lm500,000 sabiex tirranġa l-mollijiet fil-Port il-Kbir.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonsidrax li Palazzo Falzon, ossia id-dar Normanna ġewwa fl-Imdina, tinfetaħ fuq bażi regolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Palazzo Falzon, magħruf ukoll bħala n-Normann House fl-Imdina, huwa propjeta' tal-Capt. O.F. Gollcher Art & Archaeological Foundation, li c-Chairman tagħha huwa dejjem ex officio d-Direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jiena informat ukoll li hemm diffikultajiet dwar is-sigurta', u oħrajn ekonomiċi, li jagħmluha diffiċli biex Palazzo Falzon jinfetaħ għall-pubbliku fuq bażi regolari. Biss, ġejt mgħarraf li l-board ta' Fondazzjoni Gollcher qed tistudja pjan biex Palazzo Falzon jiġi ġestit b'mod li jaqdi l-ħtiġijiet tal-pubbliku b'mod iktar regolari.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' restawr wasal il-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-Istorja Naturali u jekk tul is-sena d-dieħla huwiex se jkun lest il-proġett kollu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' restawr fuq il-faċċata ta' Misraħ il-Kunsill tlesta u restawr ieħor għandu jibda matul din is-sena. Dan ir-restawr jista' jdum ma jitlesta minħabba l-volum ta' xogħol illi jirrikjedi.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr tal-Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li ma jirriżultali l-ebda studji propju fuq is-suġġett, tlabt l-awtorita' kompetenti tagħtini opinjoni informata fuqu.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul din is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin jdawru l-Appartamenti Indipendenza l-Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformani jekk ġiex ippreżentat rapport rigward l-istat tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini, sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata, l-Kalkara wara l-aħħar domanda parlamentari li għamilt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u jirriżulta li fiha ħafna ħofor u żrar maqlugħ. Qed issir konsiderazzjoni jekk din il-ħsara hiex qed tiġri minħabba kostruzzjoni ħazina tat-triq jew hija sempliċiment ħsara tal-wiċċ biex ikun jista jiġi ppjanat ix-xogħol meħtieġ.