Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4331 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw permessi għar-reklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid-Dipartiment tas-Saħħa tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997, 1998 u sa Jannar 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' permessi għar-riklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa kif gej: SENA PERMESSI ------------------------------------- 1994 9 1995 13 1996 20 1997 24 1998 33 Jannar 1999 4

Skejjel — Skola Junior Lyceum Verdala

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm studenti qed jattendu u attendew l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala tul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Junior Lyceum Verdala

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'xogħol ta' manutenzjoni u tiswija saru ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u jista' jelenka l-problemi li qamu riċentement fuq dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 sar xagħol ta' manutenzjoni fil-Junior Lyceum "Ġużeppi Despott" Bormla kif ġej: SENA XOGĦOL SPIŻA 1995 Xogħol ta' tqegħid ta' madum 2,280.00 1996 Tiswija fuq in-"Nissan Huts" 575.00 Xogħol ta' "waterproofing" ta' 8,272.00 soqfa Xiri ta' materjal u kiri ta' 1,894.78 makkinarju għal xogħol ta' manutenzjoni ġenerali Xogħol ta' "Aluminium" 5,231.35 1997 Xogħol ta' "Surveying" 1,700.00 1998 Kostruzzjoni ta' estensjoni 21,705.00 fl-iskola Kostruzzjoni ta' klassijiet 11,101.00 temporanji Xogħol ta' "refurbishment" 1,123.00 TOTAL 53,882.13 Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' Manutenzjoni u tiswijiet kif elenkati mill-iskola f'Novembru li għadda sar f'Diċembru, iżda minn dak inhar 'l hawn inqala' xi xogħol ta' tiswija oħra bħal ħġieġ imkisser, locks miksurin, bibien imkissra etc.

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jsiru xi ameljoramenti u żidiet ta' spazju fl-iskola tal-Junior Lyceum, Verdala, Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul din is-sena sejrin jitkomplew xogħlijiet ta' tiġdid iżda mhux previst li jsiru xogħlijiet ta' żidiet ta' spazju fil-Liċeo tas-Subien Ġużeppi Despott, fil-Verdala, Kottonera.

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kotba ġewwa l-librerija għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti li qed jattendu l-Junior Lyceum Verdala, ġewwa Bormla? Jista' jgħid kemm kotba ġodda ngħataw jew b'xi mod ieħor żdiedu fl-imsemmija librerija matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent fil-librerija tal-Junior Lyceum ta' Verdala hemm 4219 ktieb għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti ta' din l-iskola. F'dawn l-aħħar snin il-kotba żdiedu hekk: 1995 297 ktieb 1996 127 ktieb 1997 285 ktieb 1998 187 ktieb

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm għalliema ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, f'Bormla, matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? Jista' l-Ministru jinforma wkoll lill-Kamra dwar xi kwalifiki akkademiċi għandhom dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 kien hemm in-numru ta' għalliema kif se nsemmi. In-numru jinkludi l-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskola. SENA SKOLASTIKA NUMRU TA' GĦALLIEMA 1994/95 47 1995/96 50 1996/97 58 1997/98 64 1998/99 68 Il-Kwalifiki akkademiċi ta' l-għalliema li preżentement jgħallmu f'din l-iskola huma kif se nsemmi: KWALIFIKA NUMRU TA' GĦALLIEMA M.Ed. 1 B.Educ. 25 PGCE 16 B.A./Teachers Certificate 6 Teachers CErtificate 11 B.A. 2 Diploma in Fine Arts 1 Instructors Training Course 1 Industrial Training 1 'A' Levels 4

Skejjel — Skejjel sekondarji - Ġermaniż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kemm kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f-iskejjel Sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż hu kif se nsemmi: Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti 1994/5 27 1990 1995/6 28 1811 1996/7 28 1847 1997/8 28 1890 1998/99 26 1737

Children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li rċevew u qed jirċievu Children's Allowance ġewwa l-ibliet ta' Bormla, Birgu, Senglea, u l-irħula ta' Xgħajra, Kalkara tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u kemm għalhekk tħallsu flus fuq dan sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji li rċevew l-Allowance tat-Tfal ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu u l-Isla u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara matul is-sena 1997 u 1998 huwa kif jidher aktar 'l isfel. Ma teżistix informazzjoni dwar is-snin 1995 u 1996. Qatt ma inħass il-bżonn li tinġabar statistika dwar l-ammonti ta' Allowance tat-Tfal li jkunu ġew imħallsa f'kull lokalita' ta' Malta. BELT JEW RAĦAL 1997 1998 -------------- ---- ---- Bormla 687 718 Birgu 307 297 L-Isla 433 402 Xgħajra 97 115 Kalkara 367 387 22.2.99

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni wasal il-bini ta' kostruzzjoni u tkomplija tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla u jekk kemm-il darba hemmx xi intoppi imprevisti f'dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol ta' kostruzzjoni fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ilu li tlesta. F'dawn l-aħħar 4 xhur inħarġu numru ta' tenders sabiex jitkomplew xogħolijiet oħra, bħal xogħol ta' ilma u dranaġġ, tibjid u tikħil, xogħol fuq il-bjut, bibien u twieqi ta' l-aluminium, xiri u stallazzjoni ta' "lifts", xiri ta' "catering equipment" u xogħol ta' madum u kmamar tal-banju. Inqala intopp fl-għotja tat-tender tal-madum u kmamar tal-banju peress li sar protest uffiċjali quddiem id-Direttur tal-Kuntratti. Għadni kif ġejt infurmat li d-Direttur tal-Kuntratti, wara seduta pubblika li saret fl-20 ta' Jannar 1999, iddeċieda li dan it-Tender għandu jerġa joħroġ. 22.2.99

Bormla — Triq San Gwann - Proġett

Question

In vista tal-fatt li l-proġett tal-Partit Nazzjonalista għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta'djar fi Triq San Gwann, Bormla fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar 1999 beda jsir u dawn bdew jaqgħu, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm appartamenti se jinbnew, kemm dawn huma stmati li se jiswew u meta huwa stmat li jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett ta' Triq San Gwann Bormla ser jinbnew 20 flat fl-ewwel fażi u 49 flat fit-tieni fażi. Il-flats ta' l-ewwel fażi hu stmat li ser jiswew Lm 265,471 u għandhom jitlestew fi żmien sena u nofs jekk jissolvew il-problemi pendenti li baqa' bl-"evictees" tal-proġett. 22.2.99
Leg 9 PQ #4317 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa tinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport rigward l-istat li din tinsab fih u t-tieni, jekk dan għadu ma sarx, jistax isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sar rapport dwar il-Forti San Tumas, f`Wied il-Għajn, mir-'Restoration Unit' fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ninsab infurmat ukoll li ċ-ċwievet ta` dan il-forti issa jinsabu f`idejn l-istess 'Unit'. 22.02.99
Leg 9 PQ #4318 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Skamps

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li mingħajr dewmien jittieħdu passi neċessarji sabiex il-Palazz hekk msejjaħ ta' Skamps ġewwa l-Moll tal-Birgu jibda jsir ir-restawr tiegħu billi l-ewwel jiġu rranġati is-soqfa li minnhom qed tidħol kwantita' ta' ilma li qed jikkaġuna ħsara konsiderevoli lil fond ta' ħdejh, u t-tieni, li l-istudenti ta' l-Iskola Girolamo Cassar jerġgħu jtellgħu l-parti li waqgħet ma' l-aħħar Gwerra Dinjija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Palazz imsejjaħ ta' Skamps jifforma parti mill-proġett tal-Kottonera Waterfront Development u li d-diskussjonijiet fuqhom qegħdin fi stadju avvanzat ħafna u wieħed jittama li x-xogħol ta' riabilitazzjoni u konservazzjoni tal-Palazz ikun fuq quddiem fil-prioritajiet ta' l-iżvilupp. Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli kollega dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari rigward l-involviment ta' l-iskola Girolamo Cassar huwa ta' min wieħed jikkonsidrah.
Leg 9 PQ #4319 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Knisja tal-Madonna tas-Sokkors

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi progress sar sabiex fil-futur qarib isir it-tindif, l-ewwel tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla, u t-tieni, tal-Mina ta' Santa Liena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli kollega ġie nnutat u nispera li x-xogħol indikat ikun jista' jsir wara li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Fgura — Residenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huma l-persuni u f'liema gradi qegħdin fi ħdan l-uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li qed jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tar-residenti tal-Fgura? Hemm ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. L-uffiċċju ta' Ħaż-Żabbar barra li jkopri din il-lokalita' iservi wkoll lir-residenti tal-Fgura, Xgħajra u Marsaskala. 2. L-istaff jikkonsisti f'uffiċċjal eżekuttiv li jagħmel xogħol ta' 'Welfare Officer' u miegħu għandu uffiċċjal eżekuttiv, żewġ skrivani, żewġ persuni fi grad industrijali li jagħmlu xogħol klerikali u żewġ messaġiera. 3. Bħalissa għaddej eżerċizzju biex jara l-ħtiġijiet ta' dawn l-uffiċini u kemm hu n-numru idejali li jkun hemm nies jaħdmu fihom. 17.2.99
Leg 9 PQ #4309 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm, u kien hemm ħaddiema u f'liema gradi, tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 fl-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristoforu, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant, in-numru ta' ħaddiema fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristofru, il-Belt, u l-gradi tagħhom kien kif ġej : - fl-1995 - għalliem misluf mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li kien jiftaħ l-Arkivji regolarment fl-1996, 1997, - 2 impjegati, normalment impjegat 1998 klerikali u labourer, li jaħdmu fl-Arkivji Notarili ewlenin fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt, ġew assenjati jiftħu l-Arkivji fi Triq San Kristofru darba fil-ġimgħa filgħodu. 17.02.99
Leg 9 PQ #4310 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hija l-aħħar darba li saret manutenzjoni u tindifa ġenerali tal-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar li saru kemm manutenzjoni kif ukoll tindif fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristoforu, il-Belt, kien fl-ewwel ta' Frar 1999. 17.02.99
Leg 9 PQ #4311 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-atti notarili

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt jinfetħu regolari ta' kuljum u wkoll is-Sibt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-domanda biex l-Arkivji ta' l-Atti Notaril, fi Triq San Kristofru, il-Belt, jinfetħu regolarment kuljum inkluż is-Sibtijiet mhix tali li tiġġustifika l-ispiża meħtieġa biex isir dan. Qed tiġi studjata l-possibilita' li malli tinqala' l-opportunita', dawn l-arkivji jiġu trasferiti f'xi post ieħor. 17.02.99

Inkwatru ta' Caravaggio — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li x-xogħol ta' restawr li kien qiegħed isir Firenze fuq l-inkwadru tal-Caravaggio tlestiex u f'Marzu ta' din is-sena jistax jinġieb lura Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1317 u 1635, li kif kont għidt, l-operazzjoni tar-restawr fiżiku tal-pittura "Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann" tal-Caravaggio ġiet terminata fl-aħħar ta' Jannar 1999. Skond il-parotocollo d'intesa iffirmat mal-Comune di Firenze f'Ġunju 1996, il-pittura għandha terġa'tiġi eżebita f'Palazzo Vecchio, Firenze wara r-restawr. Qed nistennew l-awtoritajiet tal-Comune ta' din il-belt biex jgħarrfuna bid-dati ta' din il-wirja, ħalli wara jsiru l-arranġamenti kollha neċessarji biex il-pittura tal-Caravaggio tinġieb lura Malta.

Djar — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li partijiet mill-belt tal-Birgu jitwaqqgħu biex flokhom jinbnew djar moderni u komdi tul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-ġimgħat li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuq Numru 1, Pope Alexander Street, Birgu. Jekk u meta jiġu identifikati siti għall-proġetti oħra, dawn jiġu studjati. 17.02.99
Leg 9 PQ #4054 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm impjegati fil-Joint Office fis-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-snin 1996, 1997, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt kien hemm 25, 32 u 33 impjegat full-time rispettivament u 4 konsulenti fuq bażi 'part time'. 16.02.99