Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat li fix-xhur li ġejjin jiġu impjegati aktar persuni biex jaħdmu fil-Bibljoteka Nazzjonali l-Belt, fi Pjazza Reġina, sabiex jirrestawraw aktar kotba u dokumenti billi hemm numru sew li għandhom bżonn dan u hija ħasra li l-wirt storiku tagħna jintilef?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għadu kif lesta eżerċizzju fejn impjegati eżistenti fil-grad ta' librara jiġu promossi għal grad aktar għoli. Fil-fatt applikazzjonijiet għal dawn il-gradi ġa għalqu u qed jiġi pproċessati. Qed isir eżerċizzju biex fil-futur qrib impjegati fil-grad ta' Bookbinders jiġu mogħtija grad ta' Restorer of Documents.
Ma' l-ewwel opportunita' d-Dipartiment joħroġ sejħa għal applikazzjonijiet biex jiżdiedu l-impjegati fil-gradi tal-librerija fosthom in-numru ta' gradi li jwasslu għal grad ta' restawraturi.
Barra minn hekk qed inħejji eżerċizzju li jeżamina sew il-ħidma u l-istruttura ta' dan id-Dipartiment bil-ħsieb li jittieħdu miżuri ta' titjib.
Bibljoteka Nazzjonali — Manuskritti/Dokumenti - Restawr
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba, dokumenti u manuskritti għandhom bżonn tiswija u restawr fil-Bibljoteka Nazzjonali l-Belt, fi Pjazza Reġina, u jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ilhom jistennew din it-tiswija sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kotba tal-Bilioteka Nazzjonali kollha għandhom bżonn xi forma ta' tiswija jew restawr għax ma jeżistix ktieb li tista' ssejjaħlu pristine ħlief xi eċċezzjoni ta' xi ktieb rari li jinsab maqful f'cabinet jew showcase u naturalment dawk il-kotba li diġa' ġew irrestawrati. Id-dokumenti u l-manuskritti li qegħdin jistennew ir-restawr uħud minnhom ilhom is-snin. Dan ma jfissirx li huma out of circulation minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Il-policy ta' l-uffiċjal inkarigat mil-Laboratorju tar-Restawr hija li jiġu rrestawrati kotba li għandhom użu qawwi, kotba rari u importanti, kotba li r-riċerkaturi qegħdin jużawhom u kotba li r-riċerkaturi jixtiequ jużawhom iżda minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux għax tiġrilhom iżjed ħsara.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba u manuskritti ġew imsewwija u restawrati f'Santu Spirtu, fl-Imdina tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-Arkivji Nazzjonali, f'Santo Spirito ma ġie restawrat ebda ktieb fis-snin imsemmija ħlief wieħed fis-sena 1998. Dan ġie rrestawrat fil-Laboratorju tar-Restawr u meta kien żarmat, ġie fotokpjat peress li teżisti kopja waħda biss.
Lands Department/Joint Office — Siti fl-Imġarr, Malta
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' l-Imġarr, Malta, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fil-Belt ta' Senglea, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-proposta li l-Lands Department ma jibqax aktar ġewwa l-Auberge de Baviere, Valletta, hijiex qed tiġi studjata u jekk iva, x'progress sar fuq dan?
Response (BORG, TONIO)
L-Auberge de Baviere ma jiġborx fih il-Land Department biss, iżda hemm ukoll id-Dipartiment ta' l-Estate Management u l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni.
Ma naf bl-ebda proposta biex il-Land Department ma jibqax aktar jopera mill-Auberge de Baviere, Valletta.
02.03.99
In vista tad-dibattitu parlamentari li sar is-sena l-oħra waqt l-approvazzjoni tal-mozzjoni tal-Lands Department, jista' l-Ministru jikkonsidra li jwaqqaf kumitat ad hoc sabiex dan jistudja u jipprepara mozzjoni aħjar u aktar progressiva għas-snin li ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
02.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm huma rġiel u kemm nisa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' gwidi liċenzati bejn is-snin 1994 u 1998 kien:
Irġiel Nisa Total
1994 146 302 448
1995 158 334 492
1996 153 338 491
1997 159 357 516
1998 157 368 525
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm hemm irġiel u kemm nisa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' gwidi liċenzati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga fis-snin 1994 sal-1998, maqsumin bejn irġiel u nisa, kien kif jidher hawn taħt:
SENA LINGWA IRĠIEL NISA
1994 Russu 5 3
1995 Russu 5 5
Fjamminga 1 -
1996 Ġappuniż - 1
Russu 4 5
Fjamminga 1 -
1997 Ġappuniż - 2
Russu 5 11
Fjamminga 2 -
1998 Ġappuniż - 2
Russu 5 11
Fjamminga 2 -
In vista tad-domanda parlamentari numru 3538, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport fuq l-istat tal-kostruzzjoni preżenti ta' Villa Rumana, Rabat, u jekk ġewx imsewwija l-bjut li minnhom kemm-il darba l-możajċi daqu l-ilmijiet tax-xita u l-moffa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-możajċi tad-Dar Rumana r-Rabat kienu suġġett ta' sensiela ta' studji u interventi ta' konservazzjoni mis-snin tletin. L-aktar studju reċenti li sar kien dak imħejji minn Moez Chelli, li kien responsabbli għall-możajċi tal-Banji Antonini f'Carthage fit-Tuniżija.
Kopja ta' dan ir-rapport ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kif jidher mit-tieni paġna ta' dan ir-rapport, interventi ta' konservazzjoni li ma jkunux maħsuba sewwa jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid. Dan jidher mill-interventi tas-snin tletin. Għalhekk, fil-preżent ma hemm ebda intenzjoni li jintmissu l-możajċi nfushom, għax il-kundizzjoni tagħhom hija meqjusa stabbli.
Rigward il-problema ta' l-ilma tax-xita, informat li wara li sar dan ir-rapport sar xogħol estensiv biex jiproteġi s-saqaf mill-ilma. Matul is-sajf li għadda reġa' sar xogħol ta' manutenzjoni esterna fuq l-istruttura ta' dan il-mużew.
Inżid ngħid li f'dawn il-ġranet ser isir eżerċizzju approfondit, bejn kull min fil-Ministeru, Universita' u oħrajn inħoss li għandu responsabbilita', bl-iskop li l-ħarsien, il-konservazzjoni u tgawdija tal-wirt tal-poplu tagħna jitpoġġew fuq organizazzjoni u tmexxija li tixirqilhom.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba x-xogħol in konnessjoni mal-poliklinika ta' Bormla, proġett ieħor ta' Gvern Nazzjonalista, huwiex sejjer kif mistenni jew inqalgħux xi ntoppi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu. Għadu ppjanat li l-klinika tkun lesta biex terġa' tinfetah għall-ħabta ta' April 1999.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm flus intnefqu mid-Dipartiment tas-Saħħa in konnessjoni ma' mard tal-pulmumn, b'dettall u attenzjoni speċjali fuq l-attakki ta' l-ażma għas-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal taż-Żurrieq, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3540 f'Seduta 55, jekk l-Onor. Interpellant hu nteressat f'xi proprjeta' partikolari nitolbu biex jindikahieli peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi.
01.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Mellieħa, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'din l-istess Seduta.
01.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa hu kif se nsemmi:
Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti
1994/5 1 4
1995/6 1 6
1996/7 1 10
1997/8 1 7
1998/9 - -
Fil-fatt ma jien xejn sodisfatt li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex pajjiżna jassigura grupp regolari ta' persuni li huma kompetenti f'din il-lingwa. Beħsiebni niddiskuti mad-Diviżjoni u l-Istitut Kulturali Russu x'miżuri nistgħu nadattaw għal titjib f'dan ir-rigward.
Fid-dinja tal-lum mhux biss hu importanti fih innifsu talli hemm opportunitajiet tajbin għal min jipposedi din il-lingwa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa fl-iskejjel primarji u sekondarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħal issa hemm 90 għalliema nisa fl-iskejjel ta' l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekonarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 39 għalliema rġiel fl-iskejjel ta'l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi waslu x-xogħlijiet ta' estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra?
Response (GALEA, LOUIS)
Inforamt li x-xogħlijiet strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra huma prattikament lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi kif ukoll ta' finatura li hu antiċipat li jkunu lesti lejn Ġunju ta' din is-sena. Wara jibdew xogħlijiet ta' tiġdid fl-iskola eżistenti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'idejn min qegħdin l-imħażen li nbnew fl-aħħar żmenijiet tal-Kavallieri f'Malta ġewwa l-Bajja ta' Rinella, Kalkara, u jistax sussegwentement iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar mill-Estate Management Department ma jirriżultax li fil-Bajja tar-Rinella, l-Kalkara, hemm imħażen li nbnew fiż-żmien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Mir-records tad-Dipartiment u minn informazzjoni li nġabret mill-Kunsill Lokali, ma jidhirx li hemm xi mħażen fil-Bajja ta' Rinella, ħlief għal dak li nbena fi żmien l-Ingliżi u li kien magħruf bħala Ammunition Depot. Dan jinsab mikri lis-Sea Cadets Corps għal Lm25 fis-sena.
24.02.99