Legislature:
Category:
Reset
Active:

Palazzo de la Salle — Restawr

Question

Jista' l-Ministru, filwaqt li jikkonsidra r-risposta mogħtija għad-domandi parlamentari numri 961 u 3344 għar-rigward ta' restawr ta' Palazzo de la Salle fejn hemm il-Malta Society of Arts Manufacturers and Commerce, il-Belt, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġiex ppreżentat rapport fuq l-istat ta' l-istess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, fuq inizjattiva ts-Soċjeta' msemmija bl-appoġġ finanzjarju tal-Ministeru ta' l-Ambjent kien sar rapport dwar ir-restawr tal-pitturi (murals) li hemm fis-'Sala dei Cavalieri' fil-Palazz de La Salle. Il-Ministeru involut kien dak ta' l-Ambjent u għalhekk nissuġġerixxi li jekk l-Onor. Membru jixtieq aktar informazzjoni jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lil Ministru konċernat.

Xgħajra — Fortizza della Grazzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex f'pożizzjoni li jwieġeb għad-domanda parlamentari numru 2352 u ċioe' jekk waslitx l-informazzjoni neċessarja mid-dipartiment konċernat rigward studju tal-ħsara li hemm fil-Fortizza Delle Grazzja, ix-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda studju dwar il-ħsara li hemm fil-Fortizza Della Grazzia ġewwa x-Xgħajra. Li hemm bżonn hu li jinstabu fondi biżżejjed biex ikun jista' jsir: 1. Rapport xjentifiku tal-kundizzjoni tal-Fortizza 2. Pjan strateġiku ta' konservazzjoni 3. Pjan ta' implimentazzjoni Dan kollu, kif ukoll l-użu tal-fortizza bħala mużew militari ieħor, jiddependi għal kollox fuq prioritajiet finanzjarji.

Universita' — Segretarju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi maħtur segretarju ta' l-Universita' ai termini ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nitratta l-kwestjoni ma' l-Universita'.
Leg 9 PQ #4901 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Gwidi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Franċiża, Taljana u Tedeska tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-pożizzjoni fis-snin imsemmija kienet kif jidher hawn taħt: SENA LINGWA IRĠIEL NISA 1994 Franċiża 27 47 Taljana 49 143 Tedeska 37 83 1995 Franċiża 30 47 Taljana 46 155 Tedeska 45 98 1996 Franċiża 32 45 Taljana 50 155 Tedeska 43 97 1997 Franċiża 32 42 Taljana 51 157 Tedeska 43 102 1998 Franċiża 30 42 Taljana 50 157 Tedeska 43 103

Isla — Twaqqigħ ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li partijiet mill-Belt Sengleana jitwaqqgħu biex minn flokhom jinbnew djar moderni u komdi tul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dis-sena hemm il-ħsieb li jitwaqqa' bini fi Triq San Filippu u floku jitla' blokk ta' 3 appartament. 10.3.99

Universita' — Dipartiment tal-Psychology - Studenti

Question

In vista tar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 2005, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jiġri wara l-aħħar ta' Frar 1999 mill-istudenti li qed jattendu għal certificate course in Education (Classroom support trainee) organizzat mid-Dipartiment tal-Psychology fl-Universita' ta' Malta flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li attendew għal Certificate Course in Education (Classroom Support Trainee) organizzat mid-Dipartiment tal-Psychology fl-Universita' ta' Malta, ġew ingaġġati bħala Supply Kindergarten Assistants ma' tfal bi bżonnijiet speċjali. Tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-kwalifika mitluba għall-mili ta' vakanzi f'dan ir-rigward fuq bażi regolari skond il-ftehim kollettiv s'issa hi dik ta' Diploma.

Kunsill ta' l-Arti

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1994, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi żviluppi rigward kunsill ta' l-arti ffurmat minn artisti, mużiċisti u persuni tal-palk?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #4893 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Isla — Gardjola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1987, rigward il-Gardjola li hemm fil-Bieb tal-Belt Sengleana, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed jsir billi riċentement jidher li nbeda xi xogħol hemmhekk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa fuq il-Gardjola tal-bieb fid-daħla ta' l-Isla huwa ta' manutenzjoni. F'dan l-istadju ġie deċiż li ma jsirx bdil ta' ġebel, imma li jitberflu l-fili miftuħin biex tiġi evitata aktar ħsara li kienet qed tiġri bid-dħul ta' ilma fl-istess fili. Il-ġebel l-aktar iddeterjorat ser jiġi rranġat permezz ta' 'plastic repair'. B'dan il-metodu jiġi żgurat li l-valur storiku tal-gardjola jibqa' intatt. Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema ta' l-Iskola tal-Bini taħt superviżjoni tat-Taqsima tar-Restawr, Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #4894 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxa tas-suċċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fis-sezzjoni tat-Taxxi Interni li tieħu ħsieb il-ġbir tat-taxxa fis-suċċessjoni sabiex jiġi permess li armla tħallas bin-nifs l-ispejjeż tal-boll tal-kuntratt pubbliku, li huwa neċessarju, billi dan f'ċerti ċirkostanzi qiegħed ikun kaġun ta' tbatija żejda?

Response (DALLI, JOHN)

L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, 1993 tipprovdi li t-taxxa dovuta fuq kull trasferiment causa mortis għandha titħallas fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni causa mortis. Jekk it-taxxa dovuta mill-benefiċjarji fuq id-dikjarazzjoni causa mortis tkun anqas minn elf lira u l-istess d-dikjarazzjoni tkun saret fi żmien sitt xhur mid-data tal-mewt tal-persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa mortis ikun hemm rebate ta` Lm100. Meta d-dikjarazzjoni causa mortis ssir wara sena mid-data tal-mewt jibda jitħallas imgħax ta` 8% fil-mija fuq l-ammont ta` taxxa dovuta għal kull sena jew parti minnha li tiskadi bejn l-ewwel anniversarju tad-data tal-mewt u d-data ta` l-għemil tad-dikjarazzjoni.

Qorti tal-Ġustizzja — Complaints section

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin jitwaqqaf il-mekkaniżmu neċessarju għal "complaints section" ġewwa l-Qorti tal-Ġustizzja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm diversi proġetti għaddejjin fil-Qrati bil-ħsieb li jitjiebu s-servizzi għall- pubbliku u anke għaddej studju mill-MEU dwar l- amministrazzjoni kollha tal-Qrati. Il-ħsieb hu li l-ewwel jissaħħu ċerti strutturi mbagħad titwaqqaf Complaints Section.

Universita' — Kunsill

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa ffurmat u kompost il-Kunsill ta' l-Universita' għas-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill ta' l-Universita' ser jiġi rikostitwit f'dawn il-ġranet.

Bormla — Twaqqiegħ ta' bini antik

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju wasal it-twaqqigħ tal-bini l-antik fi Triq San Ġwann, Bormla billi dan wara li qabad ritmu tajjeb waqaf f'dawn l-aħħar jiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol tat-twaqqiegħ waqaf sakemm jiġu solvuti xi problemi ma xi "evictees" li għad għandhom xi affarijiet fil-bini li ser jaqa'. Biss, sadanittant ix-xogħol ta' taħmil u anki tal-ġebel fuq l-ewwel parti tal-proġett ser jibdew f'dawn il-ġranet. 8.3.99

Djar — Bormla - Triq San Gwann

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm appartamenti huma previsti li jinbnew fi Triq San Ġwann, Bormla wara li jitwaqqa' l-bini l-antik u kemm huwa mistenni li jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel fażi ser jinbnew 20 appartament u dawn ser jiswew madwar Lm270,000. Fit-tieni fażi li ser tibda madwar sentejn oħra, ser jinbnew 49 appartament li ser jiswew madwar Lm650,000. 8.3.99

Kalkara — Appartamenti Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin idawru l-Appartamenti Indipendenza, il-Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilta' għall-irranġar tat-toroq fil-housing estates hija tal-Kunsill Lokali fil-każ li dawn jinħtieġu "patching", jew tad-Dipartiment tat-Toroq fil-każ li dawn iridu jsiru mill-ġdid. Jien infurmat li fl-estate tal-Kalkara magħruf bħala tas-Salvatur, il-Kunsill qed jippjana li jirranġa t-toroq fil-futur immedjat. Biss għal aktar informazzjoni nagħti parir lill-Onor. Interpellant jagħmel dil-Mistoqsija lill-Onor. Prim Ministru li taħtu jaqgħu il-Kunsilli Lokali. 8.3.99
Leg 9 PQ #4718 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa jinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba bediex isir xi xogħol fl-intern u fl-estern ta' l-istess?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 3682 u Nru. 4317, nitolbu biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. 08.03.99
Leg 9 PQ #4719 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Fortizza tat-Torri - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fil-Fortizza tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li diġa' nbdew fit-Torri ta' San Tumas huma: * tindif tal-faċċati u bejt mill-ħaxix * tindif tal-foss madwar it-torri * tneħħija ta' bini fil-foss li kien sar fiż-żmien li t-torri kien għand il-Jerma Hotel * tneħħija ta' sejjieħ minn fuq ir-'redoubt' quddiem it-torri. Xogħlijiet li ser jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin huma: * tiswija tal-kmamar fuq il-bejt tat-Torri (bdil ta' travi msewsa, xorok maqsumin eċċ) * xogħol fuq waħda mill-faċċati (ix-xogħol fuq il-faċċati ser jinqasam f'erba' fażijiet. Xogħlijiet li għandhom jinbdew fis-sajf huma: * Landscaping madwar it-Torri (irranġar tar-redoubt, landscaping fil-foss eċċ).
Leg 9 PQ #4890 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Qrati — Ħlas bi credit cards

Question

In vista għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 2346 mogħtija mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba jistax jiġi ffurmat kumitat sabiex jinvestiga u jara huwiex possibbli li l-pubbliku jkun jista' jagħmel pagamenti lill-gvern permezz ta' l-użu tal-credit cards?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isiru arranġamenti biex il-pubbliku jkun jista` jagħmel pagamenti lill-Gvern permezz tal-Credit Cards. Meta dawn l-arranġamenti jidħlu fis-seħħ, il-pubbliku jkollu mezz ieħor effiċjenti kif jagħmel dan. Ir-riċevuta mid-Department tibqa tinħareġ bħas-soltu.

Mużewijiet/siti storiċi — Materjal informattiv

Question

In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3542, jikkonsidra l-Prim Ministru li jitwaqqaf kumitat ad hoc li permezz tiegħu l-ewwel issir ir-riċerka kollha neċessarja biex tinġabar l-informazzjoni mitluba billi din tieħu numru sew ta' snin lura u li t-tieni li jagħmel suġġerimenti u proposti kif dan l-materjal jista' jiġi aġġornat u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Mużewijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-istamperija tal-Gvern ma stampat l- ebda pubblikazzjoni konnessa mal-Mużewijiet u siti storiċi f'dawn l-aħħar ħames snin. Jien infurmat ukoll li la d-dipartiment tal-Mużewijiet u lanqas il-Librerija Nazzjonali ma għandhom l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Membru. L-eżerċizzju li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant jieħu żmien twil ta' riċerka u jammonta għal spejjeż sostanzjali.

Marsaxlokk — Sit arkeoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi wasal il-proġett oriġinarjament mibdi minn Gvern Nazzjonalista għall-preservazzjoni moderna tas-sit arkeoloġiku magħruf bħala tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Birgu — Restawr ta' l-Armerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' restawr tinsab l-Armerija fil-belt tal-Birgu u jekk hemmx il-ħsieb li l-post jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa m'hemm ebda tip ta' restawr għaddej fl-Armerija tal-Birgu u għad ma hemmx ħsieb fuq kif il-bini jista' jiġi żviluppat fil-futur. Ma jidher li hemm ebda informazzjoni eżistenti fuq l-istorja ta' dan il-bini ħlief li x'aktarx kienet isservi bħala Armerija ta' l-Ordni ta' San Ġwann qabel marru l-Belt Valletta.