Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm ħaddiema u ta' liema grad jaħdmu ġewwa s-sezzjoni ta' l-Ambjent tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu ġewwa d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fis-snin imsemmija hu kif jidher hawn taħt:
1995 1996 1997 1998
---------------------------
Director/Acting Director 1 1 1 1
Officer in Grade V 1 1 1 1
Principals 4 5 5 5
Asst. Principals 2 1 1 1
Executive Officers 6 8 9 8
Clerks 16 21 14 15
Messengers 1 2 2 2
Chief Scientific Officer / 1 1 1
Sen. Scientific Officer / 1 1 1
Engineer 3 1 1 1
Senior Tradesman / 1 / 7
Tradesman 14 13 9 3
Principal Env. Officer / 5 5 5
Environment Officer / / 6 4
Env. Inspector Trainee / / / 1
Sen. Health Inspector 1 1 1 1
Mail Inspector 1 1 1 1
Env. Inspector 10 10 10 10
Sen. Postperson / 3 4 5
Postperson 3 6 5 3
General Hand 152 152 81 78
Health Attendant 'B' 46 46 29 27
Coxswain 1 1 1 1
Sen. Operative / 1 1 1
Instructor 1 1 1 1
Casual Typist 4 4 3 3
Impressed Driver 23 22 15 14
Art & Graphic Technician 1 1 1 1
On Loan/Seconded 4 4 5 4
Watchman / / / 2
Operative 3 5 3 3
M.T.D. 2 2 1 2
Gardener 2 2 2 2
Time Keeper 2 2 2 2
Asst. Technical Officers 11 10 9 8
Supervisor 3 2 2 1
Health Assistant 1 1 1 1
Security Guard / / 1 1
Graduate Trainee 1 / 1 /
Senior Principal / 1 1 /
Chief Env. Officer / 1 / /
Senior Technical Officer / 1 / /
Technical Officer 1 1 / /
Labourer 6 3 / /
Environmental Manager 3 / / /
Data Entry Operator 6 / / /
Plasterer & Painter 1 / / /
Welder Burner 1 / / /
Advisor 1 / / /
Environment Officer II 1 / / /
Prof. Officer III 1 / / /
Prof. Officer I 1 / / /
Oil Pollution Executive 1 / / /
--------------------------
TOTAL 343 345 237 228
--------------------------
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa fl-iskejjel primarji u sekondarji li għandhom l-eta' ta' ħamsa u erbgħin (45) sena iżda ma jaqbżux il-ħamsin sena (50) u kemm hemm li għandhom ħamsin sena (50) iżda li ma qabżux is-sitta u ħamsin sena (56)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema femminilil fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' ħamsa u erbgħin (45) sena u ħamsin (50) sena jammonta għal tlett mija disa' u tletin (339).
In-numru ta' għalliema femminili fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' ħamsin (50) sena u sitta u ħamsin (56) sena jammonta għal tlett mija tmienja u tmenin (388).
In-numru ta' għalliema femminili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' ħamsa u erbgħin (45) sena u ħamsin (50) sena jammonta għal mija u tmenin (180).
In-numru ta' għalliema femminili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' ħamsin (50) sena u sitta u ħamsin (56) sena jammonta għal mija ħamsa u għoxrin (125).
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'inhija l-proċedura attwali segwita mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u jekk kemm-il darba huwiex possibbli li jiġi studjat mezz aktar veloċi ta' kif wieħed iħallas pensjonanti li ma jirċievux iċ-ċekkijiet tagħhom billi jkunu ntilfu fil-posta minn dak komunement mogħti ta' tliet ġimgħat xahrejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward ċekkijiet tal-pensjoni li ma jkunux waslu fid-destinazzjoni tagħhom jew ġew mitlufa, il-pensjonant/a jagħmel rapport, billi jimla formola apposta f'wieħed mill-uffiċini distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Malli din il-formola tasal fis-sezzjoni tal-Computer, din tiġi ċċekjata u l-għada tintbagħat talba lill-Bank Ċentrali biex dak iċ-ċekk ma jkunx jista' jissarraf. Fi żmien ġimgħa nirċievu risposta li l-Bank ikun avża lill-banek kummerċjali u hekk minn tali data dan iċ-ċekk ma jistax jissarraf.
Kull ġimgħa, id-Dipartiment jirċievi ċ-ċekkijiet imsarrfa flimkien mad-diska tat-tqabbil. Din tiġi pproċessata u l-pakketti taċ-ċekkijiet jiġu numerati. Hekk naraw jekk iċ-ċekk ikunx laħaq issarraf qabel ġie nfurmat il-bank. Fil-każ li jidher li baqa' ma ssarrafx sad-data msemmija fl-avviż tal-Bank Ċentrali, allura jinħareġ ċekk ieħor f'isem il-pensjonant/a.
Dan il-perjodu kollu jieħu madwar tlett ġimgħat. Fl-opinjoni tiegħi, minħabba sigurta' biex ma jkunx hemm pagamenti doppji, dejjem trid tieħu madwar tlett ġimgħat b'kollox.
Minkejja dan kollu, hija l-prassi tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali li fejn dan il-perjodu ta' stennija ser joħloq problemi finanzjarji fuq il-pensjonant, il-ħlas taċ-ċekk mitlub isir qabel iż-żmien stipulat.
17.3.99
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati mas-soċjeta' Air Malta Co. Ltd u dawn liema gradi kienu jokkupaw tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-hekk imsejħa local plans li huma akkarigu tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar jinstabux fi stadju avvanzat ta' xogħol jew le u jekk le, liema huma dawk li għadhom lura?
Response (BORG, TONIO)
Malta hija maqsuma f'sebgħa żoni koperti minn Pjan Lokali u ninsab infurmat li l-proċess ta' kull pjan wasal fl-istadju kif ġej : -
Għawdex u Kemmuna - Ġbir ta' informazzjoni
Pjan għall-Majjistral - Formulazzjoni tal-policies
Żona Ċentrali - Pjan għadu ma nbediex
Portijiet tat-Tramuntana - Formulazzjoni tal-policies
Port il-Kbir - Approvat mill-Awtorita' ta'
l-Ippjanar u ntbagħat lill-Gvern
għall-konsiderazzjoni tiegħu
Nofsinhar - Pjan għadu ma nbediex
Bajja ta' Marsaxlokk - Pjan addottat mill-Awtorita' ta'
l-Ippjanar u mill-Gvern
17.03.99
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Pjan ta' Struttura li wasal biex jiġi mġedded huwiex isir xogħol fuqu minn ġewwa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'liema stadju dan wasal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq ir-Reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura beda, skond kif meħtieġ fl-Att tal-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp u l-'Structure Plan Review Project Managment Plan' li ġie approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Novembru ta' l-1997.
Bħalissa l-Awtorita' qed tħejji tlettax il-studju fis-setturi prinċipali li huma koperti fil-Pjan ta' Struttura bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni. Uħud minn dawn l-istudji waslu fl-istadju ta' l-ewwel abbozz, oħrajn għadhom aktar lura minħabba problemi ta' ġbir ta' informazzjoni.
Dawn l-istudji ser iwasslu għal Topic Papers li ser jippreżentaw l-issues għar-reviżjoni fir-rigward tas-setturi speċifiċi u huma mistennija li jinħarġu għal konsultazzjoni pubblika matul din is-sena.
Skond il-programm imħejji hu mistenni, li d-Draft Replacement Plan jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika lejn l-aħħar tas-sena 2000 u li jiġi ppreżentat lill-Parlament għan-nofs is-sena 2001.
Il-Gvern approva kwart ta' miljun lira għas-sena finanzjarja 1998-1999 ta' l-Awtorita' biex isiru l-istudji neċessarji għar-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.
17.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati ġewwa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandhom il-ħatra ta' periti arkitetti fis-snin 1996, 1997, 1998 li (1) għadhom ma qabżux it-30 sena; (2) għadhom ma qabżux il-35 sena; (3) għadhom ma qabżux l-40 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' periti arkitetti fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-snin 1996, 1997 u 1998 u t-tagħrif ieħor mitlub dwarhom hu kif ġej : -
Li ma qabżux l-eta' ta'
Fis-sena 30 sena 35 sena 40 sena
1996 9 9 1
1997 6 11 1
1998 9 9 1
17.03.99
Jista' l-Ministru, in vista tar-risposti mogħtija għad-domandi parlamentari numri 962, 1997 u 3534 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġietx installata sistema fil-manholes li permezz tagħha dawn jinfetħu minn uffiċjali tad-dipartiment iżda ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma teżisti ebda sistema li permezz tagħha l-manholes installati fil-preżent jinfetħu biss mill-ħaddiema tad-Dipartiment u ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni.
Għandu jiġi nnotat ukoll illi l-operaturi privati tal-bowsers għandhom 'discharge points' indikati lilhom biex ibattlu fihom id-drenaġġ. Jekk dawn ibattlu fejn mhux indikat, dawn għandhom jiġu mħarka minn tas-sanita'.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba huwiex qed jiġi kkonsidrat li jiżdiedu l-impjegati li jaħdmu fil-Qrati Superjuri u Inferjuri?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi bħalissa qed isir studju mill-MEU dwar
l-amministrazzjoni kollha tal-Qorti. Il-kwestjoni dwar il-
possibbilta' ta' żieda fin-numru ta' impjegati fil-Qrati
tiġi kkunsidrata fid-dawl tar-rapport li tagħmel l-MEU.
Nista' inżid li n-numru ta' persuni mpjegati fil-Qorti huwa
attwalment ta' 306.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa l-ispiża għat-tiswija ta' Triq San Mikiel fil-konfini bejn il-Fgura u Raħal Ġdid?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli huma
korpi statutorji ta' Gvern lokali.
Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li
jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li kuntrarjament għall-prattika s'issa segwita, l-istabbilimenti liċenzjati għal Casino se jingħataw permess sabiex jaħdmu wkoll fid-Duluri, Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li llum il-liċenzji jinħarġu mill-Gaming Board imwaqqaf bl-Att X ta' l-1998.
16.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Ingliża inxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u kemm minn dawn intbagħtu lil-librerija pubblika ta' l-Auberge D'Anglettere ġewwa l-Birgu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul dawn l-aħħar ħames snin, il-libreriji pubbliċi xtraw tmienja u erbgħin elf, ħames mija u tlieta u sittin (48,563) ktieb bl-ilsien Ingliż u minnhom intbagħtu, elf, ħames mija u ħdax (1511) fil-lbirerija pubblika ta'l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu.
Sena Kotba mixtrija Kotba mibgħuta
bl-ilsien Ingliż l-Librerija tal-Birgu
1994 10,995 299
1995 11,087 340
1996 9,869 355
1997 9,734 253
1998 6,878 264
Totali 48,563 1,511
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekondarji li għandhom l-eta' ta' ħamsa u erbgħin (45) sena iżda ma jaqbżux l-ħamsin sena (50) u kemm hemm li għandhom ħamsin sena (50) u kemm hemm li għandhom ħamsin sena (50) iżda li ma qabżux is-sitta u ħamsin sena (56)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema maskili fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' ħamsa u erbgħin (45) sena u ħamsin (50) sena jammonta għal sitta u għoxrin (26).
In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' ħamsin (50) sena u sitta u ħamsin (56) sena jammona għal mija u sittax (116).
In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' ħamsa u erbgħin (45) sena u ħamsin (50) sena jammonta għal mija wieħed u sittin (161).
In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' ħamsin (50) sena u sitta u ħamsin (56) sena jammonta għal mitejn disa' u erbgħin (249).
Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4051, jinforma lill-Kamra jekk tistax issir manutenzjoni tal-Kappella ta' Santa Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn tal-Barrani għar-raħal tal-Gudja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kappella ta' Sana Luċija m'hijiex responsabilta' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet iżda tal-Kapitlu tal-Katidral.
Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4050, jinforma lill-Kamra jekk id-dipartiment konċernat ħax ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja għall-bieb u l-intern tal-Kappella tal-Ħarba lejn l-Eġittu f'Pinto Wharf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din hija materja tal-Valletta Rehabilitation Committee u għalkemm ma nsibx diffikulta' li ngħaddi l-Mistoqsija għall-attenzjoni tagħhom, ikun aħjar jekk l-Onor. Ħabib tiegħi jirrivolġi ruħu għall-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4025, jgħid u jinforma lill-Kamra dwar liema xogħol ta' restawr għandu jsir fuq il-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-iStorja Naturali tul din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-mistoqsija parlamentari numru 4025 'l hawn, diġa' beda xi xogħol ta' tindif fuq is-swar tan-naħa tal-lvant tal-Palazz Vilhena. Meta dan jitlesta għandu jingħata konkos biex titnaqqas il-possibilita' illi s-swar ta' dik in-naħa jiġrilhom aktar ħsara.
Minn naħa l-oħra din is-sena għandu jibda wkoll ix-xogħol ta' restawr fuq il-faċċata prinċipali ta' dan il-Palazz, speċjalment fuq il-lavur tal-kolonni, statwi, dekorazzjonijiet, u twieqi li ħafna mill-ġebel tagħhom tmermer u huma ta' periklu. Dan ix-xogħol huwa proġettat u ffinanzjat mis-sezzjoni tar-restawr fi ħdan il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Biss l-armar meħtieġ biex isir ix-xogħol se jiġi fornut mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Huwa maħsub ukoll illi din is-sena jitbajjdu l-kurituri prinċipali li jiċċirkondaw il-bitħa interna u wkoll jitbiddlu xi travi ta' l-injam fis-sala li kienet tintuża bħala kappella fiż-żmien meta l-Mużew kien sptar. Dan ix-xogħol se jiġi esegwit mill-ħaddiema ta' l-iskola tal-bini li qegħda fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-materjal se jkun fornit mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 3773, jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jsiru żviluppi fuq ir-rapport ippreżentat mill-mibki Perit Joseph Huntingford rigward l-istat ta' l-imtieħen ġewwa Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'għandniex kopja ta' dan ir-rapport billi qatt ma ġie ppreżentat lid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Ser inkompli nindaga dwar il-materja.
Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 3686, jinforma lill-Kamra b'kemm hemm ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tat-tieni distrett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għandu tlettax il-ħaddiem jaħdmu full-time f'dan id-distrett. Hemm ukoll 'team' ta' wieħed u għoxrin ħaddiem li jagħmel parti mix-xogħol f'parti mit-tieni distrett. Min-naħa l-oħra x-xogħol ta' żabra jitwettaq minn parti ta' sezzjoni ta' għoxrin persuna li tieħu ħsieb Malta kollha.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn ħames mitt lira (Lm500) iżda li ma jaqbżux l-elfejn lira (Lm2000) bħala ħlas fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mill-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma l'fuq minn Lm500 iżda li ma jaqbżux l-Lm2,000 hu ta' 586.
15.03.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fil-futur qarib hemmx il-ħsieb li l-wirja tant tajba li kienet ittellgħet f'Għawdex u wara f'Firenze ta' dak li kien instab fil-Brockdorff Circle se tiġi esposta b'mod permanenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li parti l-kbira mill-esibizzjoni li kienet saret f'Għawdex u Firenze jifforma parti mill-esibizzjoni permanenti tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija minn fejn kienu oriġinaw il-maġġor parti ta' l-esibiti.