Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7240 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-Franċiż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Franċiż fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7241 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Bieb is-Salvatur - Restawr

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3776, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk irriżultax li l-awtoritajiet kompetenti għamlu studju jew rapport rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr ta' Bieb is-Salvatur fil-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7242 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Luċija — Kappella

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 4051, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli għad-dipartiment li jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet eklesjastiċi sabiex issir il-manutenzjoni tal-Kappella ta' Sta. Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn Tal-Barrani għar-raħal tal-Gudja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7243 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Auberge de Castille

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3678, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġewx stabbiliti l-ħinijiet u l-ġranet meta partijiet mill-Auberge de Castille se jkunu miftuħa għall-pubbliku u jekk le, jikkonsidrax li dawn ikunu miftuħa matul is-sajf?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għad ma kienx possibli li Auberge de Castille tiġi miftuħa għall-pubbliku kif issuġġerejt fir-risposta għad-domanda numru 3678 ta' l-Onor Interpellant. Iżda nittama li dan ikun jista jsir aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #3542 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mużewijiet/siti storiċi — Materjal informattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal konness mal-mużewijiet u siti storiċi tagħna ġie stampat mill-iStamperija tal-Gvern mill-1925 sal-ġurnata tal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'żieda għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 3542, ġejt infurmat li mill-informazzjoni li teżisti fl-Istamperija tal-Gvern, ma ġiet stampata l-ebda pubblikazzjoni konnessa mal-Mużewijiet u siti storiċi f'dawn l-aħħar ħames snin.

Djar — Bormla

Question

Issa li x-xogħol jidher li huwa għaddej ġmielu, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet il-kostruzzjoni ġdida tal-bini ta' flat 69 f'St. John Street, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li prattikament tlesta x-xogħol ta'tqattiegħ tal-blat tal-proġett ta' l-ewwel fażi u qed isiru xogħolijiet fuq l-ewwel "unit" fil-parti ta' fuq tal-proġett maġenb il-mitħna fi Triq San Ġwann. 24.05.99

Dawl fit-toroq — Senglea

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, wara l-investigazzjoni neċessarja, x'inhi r-raġuni li l-arbli tad-dawl ġewwa l-pjazzez Pope Benedict u 4th September ġewwa l-Belt ta' Senglea inqalgħu, reġgħu tqiegħdu u reġgħu tneħħew b'mod u manjiera li l-post jinsab aktar mudlam milli kien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iż-Żewġ arbli oriġinali ġew magħluqa biex jinbidlu m`oħrajn ġodda. Waqt li kien għaddej dan il-proċess, inqagħlet ħsara fuq il-cable ta` taħt l-art li jinsab fl-istess post. Konsegwenza ta` dan, l-arbli kellhom jerġgħu jinqalgħu biex tissewwa din il-ħsara. Issa li l-ħsara issewwiet, iż-żewġ arbli ġodda għandhom jitwaħħlu f`qasir żmien.
Leg 9 PQ #7008 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4317, jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol li qed isir fil-fortizza tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn u jistax jiġi preżentat rapport ta' dak li qed jiġi propost li se jsir mill-istess fortifikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li kien sar xogħol ta' tindif tat-torri u tneħħa bini li kien qiegħed jingombra l-foss (risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4719 tirreferi), ġiet preparata tender għall-ewwel fażi ta' xogħol ta' restawr fuq waħda mill-faċċati. Din it-tender qiegħda bħalissa tiġi ġġudikata u hu mistenni li x-xogħol jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #7009 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Knisja tal-Madonna tas-Sokkors

Question

Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4319, jinforma lill-Kamra jekk l-investigazzjonijiet li kellhom isiru rigward it-tindif l-ewwel tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla u t-tieni tal-Mina ta' Santa Liena, issa jistgħux isiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għar-rigward tal-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors f'Bormla, saru studji preliminari biex ikun jista' jiġi diskuss mal-Kunsill Lokali użu kompattibbli għaliha. B'hekk ikun jista' jinbeda xogħol ta' riabilitazzjoni. Rigward il-mina ta' Santa Liena, qegħdin isiru xi studji li jridu jkunu diskussi u approvati mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera meta dan jiġi mwaqqaf.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

In vista tad-domanda parlamentari numru 4315, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-bini, kostruzzjoni u tkomplija tad-dar ta' l-anzjani, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4315 li saret fi Frar. Minn dak in-nhar 'l hawn tkompla x-xogħol ta' l-ilma u drenaġġ li wasal fi stadju finali, tkompla t-tibjid u tikħil li huwa fi stadju avvanzat, tlesta x-xogħol fuq il-bjut u anki tpoġġew xi twieqi ta' l-aluminium. Inbeda x-xogħol fix-'shafts' tal-liftijiet u sar ukoll xi xogħol ta' tqegħid ta' madum fil-gallariji u fil-ħerżiet tat-twieqi. Inħarġu tenders oħra għall-xogħolijiet ta' ħadid, għall-installar ta' soffitti u xogħol ta' strutturi ta' ħadid u tinda għal fuq il-bitħa. It-tender tal-madum u kmamar tal-banju kien ingħata għat-tieni darba u reġa sar appell quddiem id-Direttur tal-Kuntratti. Din il-ġimgħa ngħatat deċiżjoni finali għal dan it-tender u għalhekk il-kuntrattur issa jista' jibda jaħdem u jrid ilesti x-xogħol fi żmien tlett xhur. 24.5.99
Leg 9 PQ #5157 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Koki

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm impjegati fil-grad ta' koki matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa? Hemm ħsieb li dan in-numru jiżdied?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' koki mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa fis-snin 1995, 1996, 1997, u 1998 kien 46, 50, 45 u 40 rispettivament. M'hemmx ħsieb għalissa li dan in-numru jiżdied.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Koki

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm impjegati fil-grad ta' koki matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment ta' l-Anzjani? Hemm ħsieb li dan in-numru jiżdied?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Anzjani kellu dan in-numru ta' koki kif jidher hawn taħt: 1995 SVPR 17 Homes 3 1996 SVPR 15 Homes 3 1997 SVPR 12 Homes 3 1998 SVPR 11 Homes 3 Bħalissa qed isir eżerċizzju sabiex ikunu magħrufa l-bżonnijiet ta' staff fir-Residenza San Vinċenz. Il-probabbilta' hija li n-numru ta' koki jrid jiżdied. 23.3.99
Leg 9 PQ #5159 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Safi - Siti Storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Safi ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 23.03.99

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' N.I.

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura attwali segwita mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għar-rigward il-ġbir tan-National Insurance mingħand dawk il-persuni li jagħlqu l-eta' tal-pensjoni iżda li jkunu għamlu żmien ma jaħdmux? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk huwiex minnu li din il-bolla tinġabar xorta waħda meta dawn ikunu għalqu l-eta' u tiġi mneħħija mill-pensjoni tagħhom? F'każ pożittiv, tista' din il-prattika tiġi modifikata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li ma taħdimx, sakemm ma tkunx koperta bi kreditu ta' kontribuzzjoni, jew sakemm ma tagħmilx talba biex tiġi eżentata milli tħallas l-istess kontribuzzjoni, xorta waħda tista' tkun dovuta tħallas kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali fil-perjodu li ma taħdimx, jekk id-dħul jaqbeż il-minimu stabbilit bil-liġi (Lm390). Hija proċedura tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li f'każ ta' talba għal pensjoni ta' l-Eta' Mhux Kontributorja, qabel jingħata dan il-benefiċċju, fejn hemm kontribuzzjonijiet dovuti mill-applikant, dawn jitnaqqsu minn xi dritt li l-persuna jista' jkollha bħala pensjoni ta' l-Eta'. Fil-każ ta' Pensjoni Kontributorja, fejn it-talba ssir qabel l-eta' ta' l-Irtirar, d-Dipartiment iqis din bħala talba għal ħlas ta' arretrati f'kontribuzzjonijiet. F'dan il-każ issir stima tal-kontribuzzjonijiet dovuti fl-aħħar ħames (5) snin qabel l-istess talba għal pensjoni kontributorja. Ninforma lill-Onor. Membru li hija l-prassi li jinġabru biss mill-pensjoni, flus li jkunu dovuti qabel l-għoti tal-pensjoni. Dan il-ġbir ikun jinħtieġ li jsir biex il-pensjoni titħallas bir-rata korretta. Irid jingħad, li fejn persuna tkun naqset li tħallas kontribuzzjonijiet dovuti, jew ħallsithom b'rata mnaqqsa din tirċievi pensjoni li tkun tirrifletti dan in-nuqqas. Fiż-żewġ każi li semmejt, jeżisti provvediment fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali li jirregola kif għandu jsir tnaqqis mill-pensjoni meta persuna jkun baqgħalha tħallas xi kontribuzzjonijiet lid-Dipartiment. Intenni li l-Kontribuzzjonijiet li jinġabru huma kontribuzzjonijiet li jkunu dovuti mill-persuna assigurata. Għaldaqstant ma nħossx li l-ligi għandha tiġi modifikata, imma aktar għandna nedukaw lill-poplu biex dak li jkun dovut lill-Gvern jitħallas fi żmienu biex proċeduri bħal dawn ma jkunx hemm il-ħtieġa tagħhom. 23.3.99
Leg 9 PQ #5306 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm impjegati ġewwa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandhom il-pożizzjoni ta' desk officers u jista' jingħad mingħajr ma jiġu msemmija ismijiet kemm dawn kellhom aplikazzjonijiet pendenti quddiemhom wieħed wieħed fis-snin 1996,1997, 1998 u sa Frar 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' impjegati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandhom il-pożizzjoni ta' case officers hu ta' 33. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' każi li rċieva kull case officer fil-perijodu mitlub mill-Onor. Interpellant. Ta' min jgħid li n-numru ta' każijiet ivarja minħabba it-tipi differenti ta' żvilupp u għal fatt li mhux il-case officers kolllha jagħmlu xogħol ta' proċessar ta' applikazzjonijiet biss. Dwar in-numru ta' każi pendenti, jiġifieri dawk li għadhom mhux deċiżi, dan ivarja il-ħin kollu għax dan jiddependi mill-ipproċessar innifsu u mill-ammont ta' applikazzjonijiet ġodda li jidħlu. 23.03.99
Leg 9 PQ #5151 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ward Clerks

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati fil-ħidma ta' ward clerks tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa u hemmx il-ħsieb li dan in-numru jiżdied?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor Interpellant li n-numru ta' Ward Clerical Assistants impjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 kien 93, 90, 83 u 119 rispettivament. Qed isir studju biex jiġi deċiż jekk dan l-aħħar numru huwiex suffiċjenti.
Leg 9 PQ #5152 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Siti Storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal-Luqa ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 22.03.99
Leg 9 PQ #5153 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Kirkop - Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal-Kirkop ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 22.03.99

Skejjel — Għalliema tal-Grieg

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Grieg klassiku fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Grieg Klassiku ma jiġix mgħallem fl-Iskejjel Sekondarji tal-gvern.

Skejjel — Għalliema tal-Ġappuniż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġappuniż fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Ġappuniż ma jiġix mgħallem fl-Iskejjel Sekondarji tal-gvern.