Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta kienet l-aħħar darba li sar xi xogħol ta' manutenzjoni jew ordinarju jew straordinarju, ġewwa l-uffiċċju tal-posta f'Bormla billi dan jidher li huwa mitluq u għandu bżonn dawra tajba?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mhux biss il-fergħa ta' Bormla, iżda diversi fergħat oħra għandhom bżonn ta' manutenzjoni ġenerali. Il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija qed jagħti prijorita' lil din il-materja u bħalissa qed jitfassal pjan, kemm fit-tul kif ukoll immedjat, biex il-livell tal-kwalita' jilħaq dak mitlub fl-ambjent kummerċjali. Dwar il-fergħa ta' Bormla, l-awtoritajiet tal-Maltapost ġew mitluba jaraw x'manutenzjoni hi meħtieġa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 958, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi żvilupp rigward il-possibbilta' ta' uffiċċju regolari tal-posta ġewwa l-Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba sabiex fil-Fgura jinfetaħ uffiċċju postali fuq bażi regolari qed tkun mistħarrġa fid-dawl tal-pjanijiet fit-tul li għandha l-Maltapost.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema ġewwa l-uffiċċju tal-posta f'Ħaż-Żabbar? Jista' dan l-ammont jiżdied billi r-residenti tar-raħal tax-Xgħajra qed ikollhom il-posta tagħhom tasal tard?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm 21 ħaddiem li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-uffiċċju tal-posta f'Ħaż-Żabbar. Il-Maltapost qed taħdem biex l-effiċjenza ġenerali u l-impenji li għandha jitjiebu skond l-iżvilupp ta' kull belt u raħal ta' pajjiżna.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kwantita' ta' laħam ġie mportat f'Malta fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond il-pajjiż li minnu ġew importati? X'tip ta' laħam ġie importat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u għaldqastant risposta tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub li tul dan is-sajf il-pompa tad-drenaġġ li hemm fir-raħal tax-Xgħajra fi Triq ix-Xatt hijiex se tiġi rranġata billi jidher ċar li qiegħda fi stat ħażin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pumping station indikata hawn fuq mhix fi stat ħażin f'dak li għandu x'jaqsam ma' pompi. L-istat ħażin huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' struttura ta' bini fuq barra, u dan minħabba l-elementi, speċjalment il-baħar, li jaħkmu sew fuq din l-istruttura.
Jista' jkun hemm ukoll xi problemi ta' tbattil ta' ħmieġ tal-majjali li xi drabi jispiċċa kollu fil-pumping station u jikkawża sadd fil-pompi, iżda dan ma jfissirx li l-pompi ma jaħdmux sew.
L-istruttura ta' barra ser tiġi rranġata wara li jitlesta xogħol ieħor ta' prijorita' akbar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-fuitur qarib jibda x-xogħol ta' drenaġġ ġewwa l-Fgura u Ħaż-Żabbar? Jista' jiġi ndikat dan ix-xogħol fiex jikkonsisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi t-tenders li ħarġu u li x-xogħol għar-rigward tagħhom se jsir aktar tard din is-sena huma kif ġej:
WD 810-98 Hompesch Road, Fgura
WD 962-98 N-S in Wistin Levanzin Street, Fgura
WD 675-82-1 Triq il-Merħba, Fgura (construction of cesspit and main)
WD 212-99 Triq J.G. Baldacchino, Żabbar
WD 872-92-3 Repair works at Triq in-Nissieġ, Żabbar
WD 827-98 L-Imwieġel Area, Żabbar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma ż-żewġ pitturi mill-Knisja tal-Ġiżwiti li se jiġu restawrati ai termini ta' sejħa għall-offerti li qiegħda tidher preżentement fil-Gazzetta tal-Gvern bir-riferenza 41/99?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan hu parti mill-proġett ta' restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Valletta Rehabilitation Project. Iż-żewġ pitturi huma ta' l-ewwel kappella hekk kif tidħol mill-bieb prinċipali u jingħad li huma ta' Mattia Preti jew skola tiegħu. Waħda minn dawn il-"lunettes" għandha ħsara kbira filwaqt li l-oħra għandha bżonn restawr iżda m'għandhiex tiċrit.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mal-Korporazzjoni Enemalta għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni ilha taħdem fuq il-Proġett Y2K għal aktar minn 18 -il xahar. Uffiċjali ta` l-Enemalta għamlu inventarji fuq is-sistemi kollha ta` l-Informazzjoni Technology, kif ukoll l-Embedded Systems, il-hardware kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir reletat.
Inkisbu wkoll assigurazzjonijiet mingħand min iforni lill-Korporazzjoni fit-tagħmir u s-servizzi relatati. Fejn kien hemm bżonn, dawn in-nies kienu wkoll involuti fl-evalwazzjoni, ittestjar u t-twaħħil ta` kwalunkwe non-compliant software, hardware u tagħmir ieħor.
Ta` min jinnota wkoll li ħafna mit-tagħmir li hemm fil-Korporazzjoni hu mekkaniku u għalhekk mhuwiex data-sensitive. L-Enemalta qed tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tara li tibqa` tinżamm kontinwita` fis-servizz malli jibda l-millenju l-ġdid.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mal-kumpannija Maltacom p.l.c. għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4026 fejn jirriżulta li ma hemm ebda student fl-iskejjel sekondarji tagħna li qegħdin jitgħallmu l-Latin, jista' l-Ministru jinformani jekk hemmx raġuni partikolari għal dan u t-tieni jikkonsidra ħidma minn naħa tad-Dipartiment sabiex dan in-numru jiżdied fis-sena li ġejja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ir-raġuni primarja tidher li hi li l-istudenti u l-ġenituri tagħhom jaraw iżjed vantaġġi prattiċi u għajnuna għall-karriera tagħhom fil-futur jekk jistudjaw lingwa barranija moderna milli fl-istudju tal-Latin.
Qed tingħata ħarsa tajba lejn it-tagħlim tal-lingwi barranin u l-interess fihom ta' l-istudenti u tal-ġenituri tagħhom, iżda mhux probabli li jkun hemm xi tibdil mis-sena li ġejja għaliex perċezzjoni u fehma pubblika ma tinbidilx daqshekk malajr.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4025 et seq, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' xogħol u restawr wasal fih il-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-Istorja Naturali billi dan jidher li qiegħed fi stat ħażin ħafna?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3535, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-proċess ta' xogħol li kellu jibda jsir bejn il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet fuq is-sit preistoriku f'Birżebbuga magħruf bħala Borg in-Nadur bediex jew huwiex fil-fażi li se jinbeda?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 3536 u 3537, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-suġġerimenti hemm imressqa għal tfassil ta' l-użu tal-credit cards għall-entratura tal-mużewijiet u tat-tfassil ta' cd roms ta' l-istess mużewijiet tagħna ġewx rikonsidrati u għalhekk hemmx xi żviluppi li din il-Kamra tista' tiġi nformata bihom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 3332 u 3681, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx żvilupp fuq dan il-każ u ġiex identifikat sit alternattiv għal min qiegħed jokkupa din il-Fortizza ta' San Anard u jużaha għall-iskop li m'huwiex ta' ġieh għan-nazzjon?
In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tħawlu siġar matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 fit-tieni distrett elettorali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Skond ir-rekords li għandu d-dipartiment, minn 1996 il-quddiem, sar dan it-tħawwil ta' siġar/arbuxxelli fit-tieni distrett elettorali:
Sena Siġar Arbuxelli
1996 49 338
1997 30 287
1998 17 198
Ma kienitx tinżamm statistika għal kull distrett qabel l-1996.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Sea Malta Co. Ltd. għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-Sea Malta ilha sa mill-1987 taħdem fuq pjan ta` azzjoni sabiex tilqa` għall-problema tal-Y2K jew kif inhi komunement magħrufa `millenium bug`. Dan il-pjan beda jiġi implimentat fl-ewwel xhur ta` l-1998. Huwa ttamata li dan il-pjan jintemm sa Settembru li ġej u dak li twettaq s`issa huwa skond il-programm jew jinsab fi stadju aktar avanzat mill-ippjanat. Fit-twettieq ta` dan il-pjan il-Kumpanija qed tieħu ħsieb kemm lil dawk li jipprovdulha servizz u l-klijenti kif ukoll lill-vapuri.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Air Malta Co. Ltd. u l-kumpanniji l-oħra sussidjarji tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 4020, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment spiċċax il-proċess ta' komputerizzazzjoni u għalhekk x'inhi l-possibbilta' li din il-Kamra tiġi nformata dwar kemm persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu, Senglea u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm il-proċess ta' komputeriżżazzjoni fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali miexi b'pass mgħaġġel, dan għadu ma jkoprix il-Benefiċċji Soċjali kollha. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-Għajnuna Soċjali tkun tista' tinġabar aktar tard din is-sena meta l-imsemmi benefiċċju jkun komputeriżżat.
31.5.99
In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 1996 u 3533 u tweġibiet mogħtija rigward studji futuri mid-dipartiment tas-saħħa dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-saħħa tal-bnedmin, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-konsiderazzjonijiet ta' riżorsi umani u finanzjarji sarux u għalhekk hemmx il-probabbilta' li tali studju jkun għad-dispożizzjoni tal-poplu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa permezz tal-Clean Air Board qiegħed jippjana biex jikkollabora mal-programm ta' monitoring ta' l-arja li qiegħed jagħmel id-Dipartiment tal-Ambjent.
Meta jkollna r-riżultati fuq dawk il-parametri fuq bażi regolari, dan id-Dipartiment ikun fil-pożizzjoni li jibda studju fit-tul fuq l-effett tal-grit blasting fuq is-saħħa.
La darba dan l-istudju ikun jista juri xi riżultati xjentifiċi, dawn jiġu ppubbikati kif inhija n-norma.